JOSEPH DE PIRO - Official Site of the Cause of Canonisation

Horizontal Drop Down Menus

 
  

Dun Guzeppi De Piro

 

Artikli Varji f'Publikazzjonijiet

(Maltese)

 

 

_________________________________________________________________________

 

Il-Berqa.

It-Tnejn, 18 ta' Settembru, 1933

 

In memoria Aeterna Erit Iustus

 

Fil-jum tal-bierah ghal filghaxija bhal lehha ta berqa griet l-ahbar illi miet

Can Dec Mons. Giuseppe De Piro li skond ma gejna mgharrfin ma jghoddx aktar minn 56 sena.

 

Mons De Piro fil-jum tal-bierah kien iffunzjona fil-purcissjoni gewwa l-Hamrun, u wara li dahlet kellu jghati il-Benedizzjoni fil-Parrocca ta' San Gejtanu. Kien fil-waqt li sejjer jghati l-Benedizzjoni meta hassu hazin u gie migbur mill-art u mdahhal gewwa s-sagristija tal-Knisja. Wara, billi kien fi stat tabilhaqq maghdur, gie mehud fl-Isptar Centrali tal-Furjana, fejn wara ftit miet.

 

Ahbar kiefra ta' din ix-xorti tolqot il-qlub ta' kbir ghadd fost il-popolazzjoni, billi Mons De Piro kien il-veru mudell ta' Sacerdot Nisrani u Religjuz skond il-qalb tal-Mulej, illi lejh jigbed imhabba u rispett ta' kull min kien ikollu x-xorti li mieghu jiltaqgha. Tant fis-Socjeta', kemm fil-Konfessjonarju u fil-waqt tal-ghelt bejn partiti politici Mons. De Piro gharaf dejjem bid-dehen tieghu imexxi kollox ghall-ahjar.

 

Kien il-missier hanin ghal bosta ulied foqra. Huwa d-direttur Superjuri tas-Socjeta' ta' San Paolo, tal-Missjoni li taghha huwa kien il-fundatur, direttur ta' l-Istitut "Gesu Nazzarenu" taz-Zejtun u ukoll ta' l-Istitut ta' Fra Diegu. Minn flusu waqqaf l-Oratorju ta' Birkirkara ghal dawk it-tfal li ikollhom vokazzjoni ghal sacerdoti biex jidhlu ghal hidma ta' Missjunarji. Direttur ghal ghaxar snisn ta' l-Istitut Bonnici "id-Dar ta' San Guzepp" tal-Hamrun u wkoll tad-Dar ta' San Guzepp li hemm f'Ghawdex.

 

Kien Mons. De Piro illi fl-eqqel tal-kwistjoni politika religjuza li kellna f'pajjizna, ghamel hiltu u haddem dejnu sabiex din il-kwistjoni setghet tirranga ruhha.

 

Imghobbi kif kien b'hidma qalila ghall-kobor tal-gieh tal-Mulej, Mons. De Piro kien accetta li jkun wiehed mis-Senatur, Rapprezentanti ta' l-Isqof.

 

Ulied il-foqra bil-mewt tal-Mons De Piro tilfu l-aqwa benefattur, tilfu lil missierhom, u l-Kleru Malti tilef sacerdot maghruf u mahbub, imfahhar u meqjum minn kulhadd. Ukoll malta tilfet wiehed mill-ahjar pajzani taghha.

 

Lill-Nobbli Igino De Piro, Buruni ta' Budak, li kien President tas-Senat, mill-1927 - 30, li jigi hu l-Mons De Piro, u lil qrabatu l-ohra, ahna naghtu l-ghomor filwqaqt illi mal-popolazzjoni ta' Malta ahna ukoll niehdu sehem fin-niket li minnhu giet milquta bil-mewt ta' dan il-kbir benefattur tal-foqra.

 

Ghada fit-8.00 a.m. fl-Istitut Bonnici issir Funzjoni Funebri u fl-4.00p.m. isir il-Funeral mill-Istitut ghac-Cimiterju ta' l-Addolorata.

 

 

_________________________________________________________________________

 

Poezija ta' Gorg Pisani miktuba ghal xi gurnal

19 ta' Settembru 1933

 

 

Sur Editur,

Fil-Mewt ta' Mons. De Piro.

Fic-cimiterju tal-Addolorata.

 

Fil-midfen kollu fjuri

"Ta' ommna l-imbikkija",

L-ahbar ghamara helwa

Li tilqa n-nies Maltija,

Jien smajt elf tfajjel jibku

Jitnhedu l-missier taghhom

U b'dak il-biki jhollu

Lil kull min kien jismaghhom.

'Ma demgha ckejkna ckejkna

Ta tfajjel li kien hdejja

Rajtha taqa' bil-hlewwa

Fuq warda hdejn riglejja;

Jien qtajt lil dik il-warda

Bid-demgha tilma fuqha

U smajt hierga din l-ghanja

Ghalkemm daqxejn mahnuqa:

"M'jienx demgha ta' biza

M'jienx demgha ta' hniena

M'jienx demgha ta' ndiema

Jien hgrigt minn qalb ta' tfajjel

Imrobbi bl-akbar sliema

Li taf bhal hutu l-ohra

Li x'hin jisbah fil-ghodu

Jisfaw ilkoll iltiema."

 

19 . 9 . 33 Gorg Pisani.

 

_________________________________________________________________________

 

Il-Berqa

20 ta' Settembru 1933

Ahbarijiet ta' Malta

 

Id-Difna ta' Mons. De Piro.

 

Xhieda liema bhala ta' l-effett li jaghmel fuq il-qal ta' l-ohrajn l-ezempju t-tajjeb, dehret il-bierah fil-funeral tal-wisq mibki Mons. Dekan De Piro.

 

Il-Funeral sarlu fic-Cimiterju ta' l-Addolorata. Il-Katavru tal-Mons. Gie mehud mid-Dar ta' San Guzepp tal-Hamrun ghac-cimiterju l-Kbir, imsieheb b'ghadd kbir ta' motor cars u karrozzini, li fihom kienu l-irjus kbar kollha ta' Malta li setghu imorru, idba mill-istess Gvernatur, biex jaghtuh l-ahhar turija ta' qima u ta' gieh, li bil-wisq kienu jisthoqqlu.

 

Gemgha bla ghadd ta' nies, gew mill-Belt u minn bnadijiet ohra u kienu jistennewh hdejn ic-Cimiterju. Qassisin, patrijiet u sorijiet ta' kull ordni u Kongregazzjoni li hawn Malta; kjerici u seminaristi; ghadd bla tarf ta; tfal iltiema subien u bniet; irgiel u nisa, ghanja u foqra; bandisti tal-Baned ta' l-ibliet u ta' l-irhula bl-istendardi mghottijin bil-mustaxija sewda, eghliem ta' niket.

 

Il-purcissjoni funebri imxiet qajl qajl minn hdejn il-bieb tac-cimiterju ghall-Kappella. Hemda u swied il-qalb. Ma kontx tisma ghajr il-kant miksur tal-qassisin u t-talb hiemed tas-sorijiet, ta' mijiet ta' tfal u ta' l-insara l-ohra. Bosta kuruni tal-ward mizmuma minn irgiel jew tfal ittiehdu mal-funeral biex jitqieghdu fuq il-qabar tieghu, xbieha tal-kuruni ta' sebh li Alla hejjielhu fis-sema.

 

Wara t-tebut kienu mexjin nies bil-mijiet, u bosta nies maghrufin u rjus kbar, fosthom xi Ministri u Membri ohra tal-Parlament u l-Eccellenza tieghu l-Gvernatur u s-Segretarju tieghu. Fil-Kappella sarlu is-soltu talb ghall-mejtin u mbaghad gie mehud ghall-qabar tal-familja tieghu.

 

In-nies ingemghet madwar il-qabar fil-Kappella zghira, sakemm il-gisem tqieghed fil-qabar. Rassa liema bhala, kullhadd mibluh, bhal ras maqtugha, ghal din it-telfa ghal-gharrieda ta' wahda mill-ikbar kolonni qawwija li kienu jirfdu il-gid spiritwali temporali tal-gzira taghna.

 

Wara d-difna, n-nies baqghet ghal hin titnikker madwar il-qabar, bhal min ma tatiehx qalbu jiccaqlaq u jmur jhalli warajh dak it-tezor ghaziz li Malta mhux ghalkemm tikseb iehor bhalu.

 

Mons. De Piro halliena ghal dejjem! Imma nistghu nghidu li ghad li halliena, fl-istess hin ghadu maghna bit-tifkira ta' l-ezempji t-tajba tieghu, li minn kulhadd huma maghrufa u li jibqghu ghal zmien twil jissemmew. Mons. De Piro mis-Sema fejn jisab ma jinsiex lill-foqra li hsiebu dejjem fihom biex jghinhom mill-ahjar. Ma jinsiex lil Malta, art welidu l-ghaziza, li ghal imhabbitha, biex iragga l-paci fiha, meta naqset, ghamel sagrificcji kbar. Le, Mons De Piro ma mietx ghal kollox, imma r-ruh ghaziza tieghu tibqa' tghinna mis-sema u t-tifkira tal-ezempji tajba tieghu jaghmlulna l-qalb biex bhalu nahdmu bla biza' ghal Glorja tal-Kbir Alla, u ghall-gid tal-mahbuba Malta taghna.

 

_________________________________________________________________________

 

Lehen is-Sewwa

23 ta Settembru 1933

Editorjal

 

Minghajr qatt ma stennejniha kellna nilqghu bis-sabar l-ahbar tal-Mewt ta' wiehed mill-akba membri tal-kleru Malti, l-ahbar li tlifna lill-Mons. Gius. Dei March. De Piro, Canonku Dekan tal-Katidral.

 

Bniedem nobbli fit-twelid tieghu u fl-istat sacerdotali li ghazel, baqa nobbli sa l-ahhar mument ta' hajtu, fis-sentimenti, fl-imgieba u fl-ghamil kollu tieghu.

 

Nhar il-Hadd, 17 ta' dan, fil-waqt li kien jaqdi d-dmirijiet tieghu ta' qassis, f'mument l-aktar solenni, meta kien wasal biex jixhet il-Barka ta' Gesu fuq il-fidili li kienu migbura madwaru fil-Knisja ta' San Gejtanu l-Hamrun, Mons, De Piro hassu hazin ghall-mewt u sighat wara miet.

 

L-mewt tieghu halliet vojt kbir, vojt li Alla biss, fil-Providenza kbira tieghu, jista u jaf, jekk irid, jimlih.

 

Kulhadd jaf kif u kemm dan il-bniedem hadem u ghalkemm ta' 56 sena, kien ghadu jahdem ghall-glorja t'Alla u ghall-gid ta' l-erwieh.

 

Imrobbi sewwa fil-familja, hass li Alla sejjahlu ghalih biex jikkonsagra ruhu Lilu u ghax-xoghol tieghu, u hu bil-generozita kbira ta' qalbu kkorrisponda ghal din is-sejha. Sar qassis skond il-qalb t'Alla, pront li jaghmel kull sagrificcju, ta sahhtu u ta butu, ta hajtu basta li jara l-gid isir, id-deni jonqos, l-imdejqin jistabru, il-hziena jersqu lejn Alla.

 

Ghall-gherf u ghall-prudenza tieghu sewa bhala Segretarju lill-Mons. Isqof Dom Mauro Caruana. Mis-sena 1914 sa l-1918 hu kien Rettur tas-Seminarju Arciveskovili.

 

Imma l-aktar li kien maghruf u li ghamel gid kien fl-istituti li taghhom huwa ma kienx biss il-mexxej, imma sahansitra l-missier.

 

Kellu fdat f'idejh l-istitut Bonnici ghat-tfal ta' San Guzepp, l-istitut tax-xebbiet imsejjah Fra Diegu, l-Istitut taz-Zejtun iffundat mis-Sinjorina Curmi.

 

Kien il-missier taghhom ghaliex huwa mhux biss kien imexxi lil dawn l-Istituti, imma, kull fejn hass il-htiega, kien jghin ukoll minn butu tant li tfaqqar ghal dana l-iskop hekk nobbli.

 

Imma n-nies kbar kollha jhallu xi haga li ma tmut qatt warajhom u Mons. De Piro, ta' bniedem kbir likien, halla monument haj li jibqa jfakkarna dejjem fih - id-Dar tas-Socjeta ta' San Pawl Appostlu biex fiha jitghallum l-qassisin ghall-Missjoni.

 

U din n-nobbilta fit-twelid, fis-sentimenti, u fl-ghemil kollu tieghu kienet tiddi izjed ghall-umilta' li biha kien moghni dan il-bniedem qaddis. Min ma kienx jara fih il-bniedem ta' fiducja li mieghu jista' jiftah qalbu: Il-bniedem li minnu tista' tiehu l-parir it-tajjeb? Il-bniedem li jaf isabbar kemm bl-ghajnuna, kemm bil-kelma helwa tieghu? Il-bniedem kbir mal-kbar, c-ckejken mac-ckejknin? Il-kelma taghna mhix bizzejjed biex tipprova dan li qeghdin nghidu: dan jipprovawh il-fatti.

 

Sakemm l-gherf tal-bniedem jista' jgharrafna, ahna nghidu li dana l-bniedem kien qaddis u li Alla sejjahlu biex ifittex jaghtih il-premju li jisthoqqlu ghall-hidma qaddisa tieghu.

 

_________________________________________________________________________

 

28 ta' Ottubru 1933

Mons. E. Bonnici.

 

L-Istitut Wara l-Mewt ta' Mons. De Piro.

 

Dak l-imbierek ta' telephone, kos, fih komdita' kbira u tinqeda malajr u tiffranka hafna zmien; izda kultant idejjqek xi ftit, l-izjed meta jkollok tqum minn fejn tkun qieghed biex twiegeb ghas-sejha tieghu. Dak in-nhar kien ilu jcempel mis-setti mattinati; min ghal haga u min ghal ohra. F'xi nofs in-nhar cempila ohra.

 

Min hemm? Jien. Xi trid? Artikolu ghall-Lehen is-Sewwa fi zmien jumejn. Fuq hiex? Fuq hiex trid. Ara aghmlilna xi haga fuq l-Istitut li halla Mons. De Piro.

 

Ftehemna. Xi haga fuq l-Istitut. Jekk tibda tikteb ma tispicca qatt. Kienet tkun haga sabiha li kieku qieghed jikted l-istorja taghhom, minn mindu bdew sal-lum. Bhal dik li kien kited darba is-Sur Fons f'daqxejn ta' kbieb li minn ghalija sejjahlu l-Karita' f'Malta. Imma biex taghmel dan ma tridx li jtuk jumejn biss, ghalhekk din il-bicca xoghol inhalluha ghal haddiehor.

 

Wara xi jumejn mill-mewt ta' Mons. De Piro, kelli indur l-Istitut l-izjed biex infarraghom xi ftit u nghamlilhom ftit tal-qalb, ghalkemm kelli bzonn minn jaghmel il-qalb lili. Malli kond nidhol f'xi wiehed minnhom, kont inhoss bhal kesha fuqi, bhal ghoqla fi grizmejja, bhal roghda f'saqajja. Kont bhal wiehed li donnu qieghed ifittex xi haga ghaziza u ma jistax isibha. Thares lejn it-tfal, kont itlmahom ibexxqu fommhom biex jitlbuk tberikhom. Sthajjilthom ighidu f'qalbhom, x'hin lejmhuni: jigi min jigi m'hu hadd Mons. De Piro. Tajthom ragun u ghadirthom mhux ftit ghax meta tahseb li hafna minnhom jekk mhux kollha, gabarhom hu, lilu biss jafu, l-izjed fl-Istitut ta' Fra Diegu fejn kien ilu sitta u ghaoxrin sena, min jista ilumhom dawn it-tfal? Daqskemm tista tlum l-ulied li wara li tlfu l-ommhom jaraw mara ohra, ghalkemm din taghmel kemm tista biex iddur bihom daqs l-ohra.

 

Mal-bxara tal-mewt tieghu, f'dawn l-Isituti waqghet hemda kbira, hemda li tkexkex. Imqar waqt il-loghob taghhom, dawk l-imberkin ta' tfal mill-kbir saz-zghir, donnhom ma felhux jghajtu, jifirhu u jaqbzu bhas-soltu. Hassew ilkoll li fl-Istitut naqset xi haga, naqset xi haga kbira u din il-hemda fuqhom ghadha sal-lum. Donnhom qed jsitennew li tfegg xi ruh ohra tittanta timla l-vojt li halla warajh Mons. De Piro. Il-kbar fosthom, li ghandhom izjed ghaqal, ihossu li disgrazzja bhal din ghandha terfaghhom izjed il-fuq, tnebbahom li kif Alla kien li baghtu f'nofshom, Alla ukoll kien li hadu l-Genna mieghu u dik l-imhabba li biha kien kebbislu qalb li ftit minn dik l-imhabba li biha hi mimlija bla qies il-qalb t'Alla. Meta hu hekk ir-ruh thossha tintrefgha ghalkemm il-gisem jibqa ibati mhux ftit.

 

Kont qieghed darba, f'wahda minn dawn il-granet ghal habta ta' filghaxija, maghluq f'kamra wahdi f'Istitut minnhom, nithasseb fuq xi kwistjoni iebsa li kelli f'idejja x'hin bdejt nisma mill-boghod it-talb tat-tfal fil-kappella. Smajthom jitolbu flimkien u jghidu ma nafx ghal kemm il-darba "Sinjur tieh il-mistrieh ta' dejjem, …Sinjur tieh…." Dlonk waqaft minn dak li kont qed naghmel, tajjart, jew tar wahdu, il-hsieb li kelli f'mohhi u bdejt intiehem il-hlewwa ta' din it-talba li ghalmitna l-Knisja ghall-mejtin taghna. Sthajjilt lil dawk it-tfal kollha, ghalkemm ma kontx qieghed narahom b'ghajnejja, sthajjilthom fuq qabartu, donnhom iridu iqajmuh minn hemm biex iroddulu l-hajja ta' kemm kien thabat ghalihom; donni rajthom resqin wiehed wiehed ma genbu ibusulu idejh u jghidulu grazzi hafna, bhal ma jghamlu t-tfal kollha meta ittihom xi haga ghal qalbhom.

 

X'setghu issa jtuh dawk it-tfal kollha hlief l-ghajta taghhom, hlief it-talba taghhom, hlief il-karba taghhom? Ghidt bejni u bejn ruhi: zgur li Alla jismaghhom bhalissa lil dawn l-iltiema? Qeghdin jitolbu l-mistrieh ghal min ghadda hajtu jahdem bla mistrieh, qeghdin jitolbu bhala sinjal ta' tpattija u ta' qalb tajba. Li Alla jtih il-mistireh ta' dejjem. Li Alla ma jhallihx ibati fid-dinja l-ohra ghax f'din bata bizzejjed, li Alla ma jcahhadlux, anqas ghal ftit ta' zmien, mill-glorja tieghu, wara li hu ccahhad minn kollox f'din id-dinja, wara li ccahhad mill-ghana li kellu f'butu, mill-ghozza t'ommu u ta' niesu, mill-kumdita' li biha setgha ghadda hajtu kollha bla hsieb ta' xejn, u minn tant hwejjeg ohra tad-dinja.

 

Forsi u aktarx dawk it-tfal li kienu jghidu dik it-talba mhux kollha hasbu x'kienet tfisser il-kelma mistrieh li kienet hierga minn fommhom, izda Alla li hu All tal-mistrieh u tal-paci kien qieghed jifhem dak li tifhem il-Knisja meta titlob fuq il-mejtin taghha.

 

Ghidt f'qalbi: kemm hi xorti kbira li issib wara mewtek tant iltiema jitolbu il-mistrieh ghar-ruhek bhala radd ta' hajr ghal kull ma tkun ghamilt maghhom.

 

U din it-talba ghadha tinstema fl-Istituti kollha ta' kull filghaxija u ta' kull filghodu ghar-ruh Mons. De Piro, ghax bhalissa donnhom it-tfal u dawk ta' madwarhom ma jistghux jahsbu f'haga ohra x'hin jilmhu l-vojt li fih jinsabu.

 

Meta Alla jrid, nahsbu f'haga ohra.

 

_________________________________________________________________________

 

Lehen is-Sewwa

15 ta' Settembru, 1948.

Mons. E. Bonnici.

Pg 4

 

B'Tifkira ta' Mons. De Piro.

 

Nhar il-Hamis li gej, 16 tax-xahar, jinfetah qabru fid-dell tac-cipress tac-cimiterju. Ilu 15-il sena maghluq dak il-qabar, jghozz il-fdal tieghu. Iz-zmien t'Alla jimxi bil-mod, izda jasal fejn irid. Minn go dak il-qabar, sejjer jintrefa;, maghluq go tebut iehor, il-ghadam tieghu. Minn hemm ghall-Knisja ta' Sant'Agata ta' l-Imdina u minn hawn ghall-post tieghu f'Sant'Agata tar-Rabat sa ma Alla jsejjahlu biex izejjenu bil-gmiel ta' ruhu.

 

Mons. De Piro kien halla fit-testment: "Nista nindifen fil-Kattidral, izda rrid li s-Superjur tal-Kumpanija ta' San Pawl jiddisponi mill-katavru tieghi kif irid hu". B'hekk l-ebda xewqa ma wera, ghamel bixx att ta' ubbidjenza. Minn superjur tal-Kumpanija ried isir, wara mewtu, sudditu taghha f'dak li baqa' minnu fid-dinja. Bhalma f'hajtu kien jghid 'l Alla: aghmel bija dak li trid Int; wara mewtu dan l-att ta' sottomissjoni ghamlu lejn dak is-superjur li kien f'hajtu sudditu tieghu: "bil-katavru tieghi aghmel dak li trid int!"

 

U x'setghet trid il-Kumpanija ta' San Pawl hlief li tigbor fi hdanha, fid-dar taghha, that ghajnejha dak li fadal fid-dinja mill-Fundatur taghha?

 

Ghadda zmien bi zmien. Ghaddew sewwa sew hmistax il-sena. Izda l-hsieb ma baqax sejjer mar-rih. Waqaf u nhar il-Hamis ser isehh.

 

Mic-Cimiteru ta' l-Addolorata ghal Sant'Agata tar-Rabat. L-Istituti tal-Karita' li mexx f'hajtu, ikunu hemm, jimxu warajh, iwassluh sal-post. It-tfal, li fihom jinsabu llum, aktarx li ma jafuhx, forsi lanqas kienu ghadhom twieldu meta miet hu, jafuh biss b'ismu, fir-ritratti tieghu fl-istitut taghhom, fil-kliem ta' tifhir u qima li semghu fuqu. Jafuh fl-opri tieghu, ghax jekk illum dawn it-tfal jinsabu qalb dawk l-erba' hitan ta' hniena u mhabba nisranija, dan hu gej mill-hidma kontinwa bla mistrieh ta' xejn ta' Mons. De Piro.

 

Forsi dawn it-tfal ma jxerrdux demgha minn ghajnejhom, ghax ma garbux it-telfa tieghu, imma li kellhom nhar il-Hamis li gej, jingabru fit-triqat li mic-Cimiteru jiehdu ghar-Rabat u l-Imdina, t-tfal kollha, binet u subien, li trabbew fi zmienu go l-Istitut, illum forsi dawn missirijiet u ommijiet, kienet tixtered izjed minn demgha wahda. U li kienet ghadha hajja ommu, il-Markiza De Piro, zgur li nhar il-Hamis kif tilmah mit-tieqa taghha l-Katavru tieghu kienet terga' ttenni dawk l-istess kelmiet li kienet tghid kull darba li kienet tilmhu gej id-dar: gej il-fqir tieghi.

 

Meta dak in-nhar stess li miet, irhewli f'idejja l-hames Istituti li kellu hu, sa ma jaraw x'ser isir, u bdejt inzurhom wiehed wiehed u qalloeb ir-registri ta' l-amministrazzjoni taghhom, iltqajt, tista' tghid f'kull istitut, imqieghed fuq l-iskrivanija u miktub minn stess, avviz li kien jghid hekk: post ghal kull haga u kull haga f'postha. Dan, nahseb jien, kien is-sigriet ta' l-ezattezza tal-ghageb li sibt fil-kotba tieghu.

 

Post ghal kull haga u kull haga f'postha.

 

Ghalhekk, minn nhar il-Hamis li gej sa ma jrid Alla, il-fdal ta' Mons. De Piro jitqieghdu f'posthom fil-Knisja ta' Sant'Agata.

 

_________________________________________________________________________

 

Fl-istess Pagna 4, ta' Lehen is-Sewwa, insibu artiklu iehor ta' C.P.B. bit-titlu:

 

F'Ghawdex

 

IT-TIFKIRA tal-bniedem sewwa, ma tintemm qatt; huwa jibqa' jghix fl-opri li jkun halla u jibqa' mbierek minn dawk li jgwdu l-wirt tieghu. Dan it-tifhir tal-bniedem sewwa, jaqbel wisq ghal dak il- Ministeru t'Alla tant maghruf ghall-qdusija u ghall-hidma tieghu, li fis-17 ta' dan ix-xahar ta' Settembru, jahbat il-hmistax l-anniversarju tal-mewt tieghu. Monsinjur De Piro, kif kien ihobb li jsejhulu , billi l-umilta' tieghu gaghlitu dejjem iwarrab u jahbi t-titolu tan-nobilta' u tad-ddinjita' tieghu, li kienu jaghmluh wiehed mill-aqwa persunaggi ta' Malta.

 

Skop ta' dawn il-kelmtejn mhuc li tighata l-hajja u t-tifhir tal-fundatur, riformatur u direttur ta' ghadd ta' Istituti ta' beneficenza fiz-zewg gzejjer taghna; dan sar, u jsir u jibqa' jsir mill-ulied gheziez tal-Kumpannija Missjunarja ta' San Pawl, li huwa waqqaf, kif ukoll minn tant Istituti, li huma monument l-aktar sod li jzommu dejjem hajja l-fama tieghu; l-iskop ewlieni ta' dawn il-kelmtejn huwa li tinghata xhieda, pubblika u kif inhi tassew xierqa, ta' kemm Monsinjur De Piro baqa' u jibqa' fil-menti u fil-qalb ta' l-Istitut ta' l-orfni subien, imwaqqaf f'Ghajnsielem, mill-Wisq Reverendu Kullegg tal-Kappillani ta' Ghawdex taht l-isem ta' "Dar ta' San Guzepp", li Monsinjur De Piro dam ghal tmien snin jiehu hsiebha, bhala l-ewwel direttur, benefattur u missier mahbub taghha, li mill-bi8du taghha organizzaha b'ghaqal kbir, inawgraha b'festa kcira u taha dik ix-xejra li kien jaf jaghti hu, li biha d-Dar ghadha miexja tant tajjeb u ghaddejja dejjem 'il quddiem, that id-dipendenza ta' l-Isqof Djocesan ta' Ghawdex u t-tmexxija ta' Direttur, meghjun minn Assistant tieghu, zewg Sacerdoti mill-ahjar u mill-aktar haddiema, li fil-kliem u fil-ghemil taghhom ghadu jidher l-ispirtu ta' Monsinjur De Piro.

 

Jiena li qed nikteb, li ghaddejt zmien madwar Monsinjur De Piro fil-Kurja ta' Malta, staghgibt bosta drabi bil-hrara, bil-hegga u blimhabba li huwa kellu lejn id-Dar ta' San Guzepp ta' Ghajnsielem; mistieden minnu, that kmand li ma nonposx, kelli x-xorti nassisti bl-akbar pjacir, ghac-cerimonja tal-ftuh tad-Dar, li saret, fost festi kbar, nhar Lapsi, is-17 ta' Mejju, 1925 mill-Gvernatur ta' dak iz-zmien, war li giet imbierka mill-Isqof ta' Ghawdex illum Arcisqof ta' Malta, meta Monsinjur De Piro, b'ghajnejh jghumu fost bahar ta' dmugh ta' ferh u ta' kommozzjoni, wera, f'indirizz li hareg minn qalbu, kemm habb id-Dar; smajt ukoll minn Monsinjur De Prio, bi tbissima f'fommu, l-incident ta' meta kein fid-Dar ta' San Guzepp ta' Ghajnsielem, ilesti ghall-festa tal-ftuh taghha, u f'daqqa wahda, fil-waqt li kien qed jistrieh ftit, il-paviment tal-kamra cieda minn loku, u huwa, qalb ix-xorok u mbarazz iehor sab ruhu, bla hsieb fil-pjan ta' that, u gie mehlus minn korriment serju, kif stqarr huwa stess, bi grazzja specjali ta' San Guzepp, li kien tant ihobb.

 

Id-Dar ta' San Guzepp ta' Ghawdex ma nsiet qatt u qatt ma tinsa t-tifkira ghaziza u mbierka ta' Monsinjur De Piro: u ma jidholx fiha habib tieghu li ma jsemmuhx mieghu, bhala l-ewwel Direttur taghha; anzi juruh xi hwejjeg minn tieghu, il-kamra li kienet waqghet bih u sahansitra tifkira ta' din il-waqgha, li tikkonsiti f'disinn, impingi tajjeb hafna, li juri l-Monsinjur De Piro, niezel ghal isfel, wiehed mit-tant sagrificcji tieghu ghad-Dar mahbuba tieghu.

 

Sabiex imbaghad, jidher aktar car, fiz-zminijiet li ghad iridu jigu kemm id-Dar ta' San Guzepp ta' Ghajnsielem qatt ma nsiet u qatt ma tinsa lil Monsinjur De Piro, l-ewwel Direttur taghha, il-habrieki u mahbub minn kulhadd Direttur tal-lum haxeb u rnexxielu jaghmel fl-ewwel bitha ta' l-Istitut, sewwa sew fid-dahla tieghu, faccata tal-bieb ta' barra, monument b'tifkira ta' Monsinjur De Piro, etern daws l-irham u l-bronz li minnhom huwa maghmul, li juri fil-medaljun ta' fuq ir-ritratt ta' Monsinjur De Piro, twajjeb, dahkani, bhalma kien il-karattru tieghu, fil-medaljun t'isfel il-San Guzepp, imdawwar bit-tfal ta' l-Istitut, jifrah bihom u huma jifirhu bih, u fin-nofs, bejn iz-zewg medaljuni, kitba bil-Latin, li xxandar ir-rabta li torbot l-Isitut ma l-ewwel Direttur tieghu.

 

Fuq kollox, id-Dar ta' San Guzepp ta' Ghajnsielem mhix biss tiftakar dejjem, ta' kuljum u bosta drabi mal-gurnata f'Monsinjur De Piro, fit-talb u fis-sufragji li hija tghmel ghall-benefatturi taghha, hajjin u mejtin, izda wkoll ta' kull sena, fil-jum ta' l-anniversarju tal-mewt tieghu, nhar is-17 ta' Settembru, taghmel it-tifkira tieghu specjali u tapplikalu l-Quddiesa bit-Tqarbina tat-tfal, kif ukoll l-opri tajba kollha tal-gurnata b'sufragju tar-ruh imbierka tieghu, li fil-waqt li thares bil-hlewwa lejn l-Isituti kollha li huwa tant ibbenefika, thares b'harsa specjali lejn id-Dar ta' San Guzepp ta' Ghawdex, li kienet tant 'il gewwa fil-qalb kbira tieghu.

 

_________________________________________________________________________

 

Il-Qalb ta' Marija

Settembru 1956

Nru.21

Pg 2

 

Mons. De Piro

Missier u Habib

 

Fejn huma l-kbarat tan-nazzjonijiet? Lenin, Stalin, Hitler, u ohrajn bid-dittatorja kollha taghhom? Mietu u ma mewthom spicca kollox. Mhux biss, l-izjed hu li anki dawk stess li kienu jappogjawhom, issa lanqas biss ma jridu jisimghu aktar fuqhom. Imma mhux hekk fuq il-bniedem t'Alla. L-opri tieghu jibqghu. Hekk gara dejjem mal-medda taz-zmien. Miet Giovanni Bosco, il-Cottolengo, u ohrajn, imma ghadhom u jib qghu magharufin matul is-snin. U fic-cokon taghha, Maltata tista' tghodd ma dawn wiehed minn uliedha, il-mahbub Mons De Piro.

 

Ghaddew ga 23 sena, minn mindu halliena, imma, ghadu jghix fostna, blopri li halla b'mod specjali bis-Socjeta' Religjuza Missjunarja, li huwa waqqaf. L-eghmil tal-bniedem t'Alla, ma ghandux jindifen ma ghadmu, imma ghandu jibqa mnaqqax u mnizzel b-ittri tal-bronz fil-qalb ta' kull bniedem, biex jiswew ta' tqanqil ghall-ohrajn, u ta' hajr lil Alla.

 

Lil Mons. De Piro kienet tafu Malta kollha. Ghalkemm aktarx kont issibu maghluq fil-kamra li kellu f'kull Istitut li kien imexxi, mohhu, qalbu u butu kienu dejjem ireddnu fuq haga wahda; biex ighin il-foqra. Bl-umbrella that spalltu u b'xi ktieb f'idu, min kien jarah, kien jahsbu wiehed li ma ghandux x'jaghmel. Biss meta kont tersaq lejh malajr kont taqralu f'ghajnejh il-kotra ta' hsibijiet li kien ikollu. Hisiebu dejjem wiehed, kif ighin il-fqar u l-ulied il-haddiema. Kull min kien jersaq ghandu kulhadd kien johrog imfarrag. Iben, is-sinjuri, bin il-markiziz, ried ighix ta' fqir, u dan kienet wisq tajjeb ittennih is-Sinjura Ursola, meta tara lil binha Giuseppe riesaq lejha, "Hekku gej il-fqir tieghi".

 

Kienet is-sena 1907, u l-Isqof Pace sejjah liz-zaghazugh sacerdot, Dun Guzepp De Piro, u fdalu f'idejh l-Istitut ta' Fra Diegu. Kemm ferah b'din il-Missjoni, il-habib tal-fqar. Kemm kien iwissihom u jipprietkalhom biex dejjem jghixu fil-biza t'Alla, vera twissija ta' missier. Biss daqshekk, kien ghadu mhux bizzejjed ghall-qalb ta' Mons. De Piro.

 

Kienet is-sena 1922, u narawh Direttur ta' l-Istitut ta' San Guzepp (Hamrun). Dana kien ikun ga bizzejjed, ghax-xoghol ta' bniedem wiehed, ghax kulhadd jista jifhem kemm trid biex tahsbilhom ta' kuljum ghal ruhom u gisimhom lil dawk imsejkna orfni. Ma kien kuntent, ried jiftah, hdejn id-Dar ta' San Guzepp, Dar ohra ghat-trabi. U rnexxielyu, ghax ftit boghod, fetar Dar ghac-ckejknin, u fdaha f'idejn ix-xebbiet li dahlu fl-Istitut tas-Sinjorina Curmi taz-Zejtun.

 

F'Birkirkara jinsab Istitut iehor ghall-bniet imwaqqaf min-Sinjorina Guzeppa Psaila u msejjah Istitut "San Frangisk di Paula", Mons. De Piro dahal ghalih ukoll. F'Birkirkara stess dahal ukoll ghall-Oratorju Festiv, li hallih in-Nutar Casolani, lis-Socjeta' li waqqaf hu. Fih ta' kuljum jingabru wlied il-haddiema, ghad-duttrina u r-rikrejazzjoni onesta.

 

Haseb f'Ghawdex ukoll u fis-sena 1925, fetah l-Istitut ta' San Guzepp f'Ghajnsielem ghat-tfal orfni.

 

Biss l-aqwa u l-isbah opra, u li kienet il-mimmi ta' ghajnejh u li turi l-qalb kbira li kell ta' missier u habib tal-poplu, hija bla dubju ta' xejn is-Socjeta' Religjuza li waqqaf: il-Kumpannija ta' S. Pawl, l-ewwel Socjeta' Missjunarja f'Malta. Ma kien kuntent li jahseb f'Malta, imma ried ukoll jahseb f'dawk li jinsabu 'l boghod minn gziritna, u f'din il-missjoni huwa ried jaghti preferenza lill-Maltin ta' barra. Illum il-holma ta' Mons. De Piro sehhet. Illum din is-Socjeta' ta' San Pawl, ghandha Dar f'Melbourne fl-Awstarlia, fost il-Maltin fejn hemm tliet qassisin, u Dar ohra f'Perth, li ghandha Parrocca maghha, fejn hemm ukoll tliet qassisin, li lkoll qeghdin jahdmu bla heda ghall-gid tal-Maltin.

 

Kien il-jum 17 ta' Settembru, 1933, waqt li kien qieghed ma' Gesu Sagramentat, meta s-Sinjur ghogbu jsejjah li-serv fidil ghall-premju etern. Ghex ta' fqir fost il-fqar u ried imut ta' fqir. Miet fl-isptar Centrali fost l-imsejkna morda. Ghalhekk dan il-jum, ghandu jkun ghaziz, mhux biss ghall-fqar li kienu gheziez ghalih, imma sahansitra ghall-Maltin kollha ghax kien missier u habib ta' kulhadd.

 

_________________________________________________________________________

 

Tahdita Bijografika

Minn: Guz: Dimech Debono.

Maghmula minn fuq ir-Rediffusion f'eghluq il-25 sena tal-mewt ta' De Piro.

 

Monsinjur Guzeppi dei Marchesi De Piro.

 

Monsinjur Guzeppi De Piro kien iben in-Nobbli Alessandru De Piro D'Amico u martu, is-Sinjura Orsla Agius li lihom twieled gewwa l-Imdina nhar it-2 ta' Novembru, 1977.

 

Meta tfarfar beda l-istudju tieghu mehtieg biex jilbes it-toga, imma l-Madonna ta' Pompei nhar il-festa taghha fis-sena 1898 sejhitlu biex ikun Ministru ta' l-Iben Divin taghha billi mbaghad bdiet aktar tghogbu l-qdusija tas-Sacerdozju.

 

U ma dan kollu sa mill-1894 insibuh minn ta' l-ewwel bl-Istendard tal-Licea f'idu f'dimostrazzjoni ta' Protesta Religjuza.

 

Kellu 21 sena meta f'Ottubru tal l-1898 mar jistudja fil-Kullegg "Capranica" ta' Ruma fejn dam sal15 ta' Marzu, 1902 meta xewqtu li jsir Sacerdot sehhet minn idejn kardina fil-Bazilika ta' San Gwann fil-Lateran.

 

Hsieb Dun Guzepp kien li jibqa' Barra, imma Alla riedu li jerga' lura f'Artu biex jahdem shih ghal Artu u minn Artu ghal arijiet ohra.

 

Ghalhekk fit-2 ta' Marzu ta' dik is-sena l-Isqof Pietru Pace nduna li ghal jista jkun Missier mill-aqwa ta' l-iltiema.

 

Ghalhekk fdalu f'idejh l-Istitut ta' Fra Diegu meta f'daqshekk l-istess bhal San Gwann Bosco, hu kellu l-ghajnuna t'ommu bhala mara tassew qaddisa li kienet.

 

Fl-1909 hu ried jaghmel fatti x-xewqa li sa minn meta kien ghadu seminarista kellu biex ikun fundatrur ta' kongregazzjoni Missjunarja Religjuza l-aktar billi, bhalma stqarru l-Arcisqof prezenti taghna, "F'waqt li ghandna Kongregazzjonijiet maltin tas-Sorijiet, m'hawnx hlief dik ta' San Pawl ta' l-irgiel", jigifieri l-Kumpannija li f'dak iz-zmien kien ghadha biss mahsuba minn Dun Guzepp De Piro biex titwaqqaf.

 

Ghalhekk gharraf bil-hsieb tieghu lill-Isqof (aktar tard Kardina) Pietru La Fontaine f'waqt li kien fostna bhala Vizitatur Appostoliku. U minn ghandu qala' l-ghajnuna mehtiega biex il-Qdusija Tiegh, il-Papa San Piju X. gie mgharraf b'kollox…u mbaghad bil-ferha kollha ta l-approvazzjoni Tieghu.

 

Approvata u mbierka , kif sfat, mill-Papa, Dun Guzepp nhar it-30 ta' Gunju, 1910 ta l-hajja lill-opra tieghu billi beda bi tliet aspiranti; student u zewg fratelli katekisti.

 

Mill-banda l-ohra fl-1911 l-isqof ried li bhala hlas tal-hidma fejjieda tieghu jaghmlu kugitur tad-Dekan tal-Kattidral kif ukoll idahhlu fit-triq li jilhaq wiehed minn ta' madrar il-Papa ghax fehem wisq tajjeb kemm jiswielha ta' gid lill-Knisja bniedem hekk qalbieni li sa ghaqdiet sigrieti tal-mishutin ghamlu hilithom biex jigbduh maghhom.

 

Billi ghalih tista' wkoll tinghad il-frazi: "persuna ta' nisel nobbli, imma aktar nobbli fil-qdusija" li Berengosju qal ghall-imwielda principessa Sant'Elena, allura hu ta min ikun jaf sew li hu qatt ma habb l-unuri.

 

Imma jekk irnexxielu jisgicca mill-unuri li jkun wiehed mill-"Onorati" tal-"Kazin…", u xejn inqas meta aktar tard f'Ruma gie mistieden bgiex jidhol fl-"Accademia dei Nobili", b'dana kollu r-rabta ta' l-ubbidjenza gieghlitu jaccetta l-grad ta' Monsinjur li, kif sthoqqlu, kien inghatalu.

 

Fl-1914 hu ma ferahx bil-ftit meta mill-Isqof Portelli s-segwaci tieghu fil-"Kumpannija ta' San Pawl" inghataw il-libsa ta' missjunarji kif hija llum.

 

Meta fl-1915 lahaq l-Isqof Caruana, hu malajr ghazlu segretarju tieghu. U tliet snin wara ghamlu Rettur tas-Seminarju ta' l-Imdina.

 

Fl-1919 kellu sodisfazzjon jara l-ewwel wiehed minn fost il-missjunarji tieghu ordnat Sacerdot.

 

L-imsemmija opra tieghu baqghet dejjem gejja l-quddiem b'mod li fost l-akbar ferh tieghu rnexxielu jaraha mwaqqfa kanonikament mill-istess Isqof Caruana b'digriet ta' l-14 ta' Novembru, 1921.

 

Il-hsieb, li kellu jberren f'mohhu sa minn meta fl-1902 kien qieghed jistrieh f'Davos l-Isvizzera biex kieku jidhol fl-Istitut ta' San Guzepp li hemm mibni bejn Birkirkara u l-Hamrun, bed bil-mod isehh wara zmien.

 

Ibda biex, hu qaghad kemm il-darba flok Dun Gorg Bugeja meta dan id-Direttur ta' l-Istitut kien ikollu bzonn iwarrab xi ftit.

 

Fl-1922 hu nnifsu sar is-successur tieghu f'dik il-kariga billi t-twajjeb Dun Gorg meit fil-25 ta' Novembru ta' dik is-sena.

 

Aktar tard hu fetah dar ohra qrib l-istess Istitut ghat-trabi subien. Fl-istess zminijie gar li s-Sinjorina Curmi, fundatrici ta' l-Istitut "Gesu Nazzaren" fiz-Zejtun, kellha bzonn l-ghajnuna tieghu bhala l-benefattur ta' dawk it-tfal bniet migburin gewwa fih.

 

F'isem Kristu hu accetta t-talba taghha bil-qalb kollha; ha hsieb l-Istitut; giebu l-quddiem, u bhal dak ta' San Guzepp kabbru kemm felah biex kemm jista' jkun ma jikser qalb hadd minn dawk kollha li jkunu jinhtiegu l-farag li jingabru fihom.

 

Ghalkemm imghobbi bil-piz ta' tliet istituti tal-karita' u iehor tal-Missjoni, hu waqqaf Orfanatrofju f'Ghawdex nhar il-21 ta' Mejju, 1925 fuq talba li f'isem l-Isqof t'hemm kienet saritlu hames xhur qabel.

 

Istitut iehor, li kellu x'jaqsam meighu, u li giebu l-quddiem, hu l-Istitut "San Francesco di Paoli", imwaqqaf mis-Sinjorina Guzeppa Psaila gessa Birkirkara, u li skond xewqtu, wara mewtu ghadda f'idejn is-Sorijiet Missjunari ta' Gesu Nazzarenu.

 

Fl-1927 Monsinjur De Piro gie moghti f'idejh l-Oratorju ta' Birkirkara biex ikompli jservi ghall-Edukazzjoni Religjuza t'ulied il-Poplu barra milli xejn inqas beda jisa bhala Kullegg t'Edukazzjoni Avanzata ghal dawk li jixtiequ jsiru Missjunarji fil-Kongregazzjoni Missjunarja tieghu.

 

Altru li sewiex ta' xejn, imma sewa bil-bosta t-thabrik tal-Kanonku Penitenzjier Dun Mikiel Sammut biex fl-imsemmi subborg twelidu ra l-imsemmi post ta' fejda religjuza jiehu l-holqien tieghu mill-qalb twajba tan-Nutar M.L.Casolani.

 

Barra milli kien ukoll Direttur tas-Sacerdoti Adoraturi, u Rettur ta' San Kalcidonju id-Dar ta' l-Iritiri, hu gie fl-1932 maghzul wiehed miz-zewg Rapprezentanti tal-Kleru fis-Senat meta tghidx kemm il-darba gall-gid t'Artu u ghall-harsien ta' Dinu, htieglu jibqa' sas-siegha ta' bil-lejl u aktar ukoll fil-Parlament.

 

Aqwa minn hekk hu kien il-bejjieni li b'ghaqlu u sforz il-hegga tieghu twittew id-differenzi li fi zmienu kienu nqalghu bejn Knisja u Stat fejn imbaghad id f'id baqghu jahdmu ghall-Gens Kattoliku taghna.

 

Mertu iehor tieghu u illi, ghalkemm fl-1950 konna ahna li qajjimna l-kwistjoni ta' nteress nazzjonali dwar il-probabilita' li kien hemm Papa Malti jew ghall-inqas Papa mwieled f'Malta, imma b'dana kollu kien Monsinjur De Piro l-ewwel wiehed li minn Ruma wassal dan it-taghrif gewwa Malta fejn imbaghad ahna, li qeghdin inkellmukom, poggejnih quddiem ghajnejn il-Pubbliku Malti permezz ta' l-Istampa Lokali.

 

Meta nafu xi bniedem serju kien Monsinjur De Piro, allura hassejna lilna nfusna certi li min tah limsemmi taghrif ghalibn mhux ftit importanti, kienu Nies Awtorevoli, ghax mill-bqija ma kienx sa jemmen kollox bl-addocc.

 

U kemm dan id-dubju u din ix-xewqa ghad jistghu jsiru fatti hemm il-kas li b'minkejja ta' kemm il-darba fil-pinna tal-kittieba ta' kull gens instabet in-nazzjonalit' ta' kull Papa li s'issa sar, ir-Registri Ufficjali tal-Vatikan juru mod iehor ghax kif dan l-ahhar Patrick Crosse xandar, flimkien ma l-akbar ghadd ta' Papiet Taljani, 17 Francizi, 11 Griegi, 4 Germanizi, 3 Spanjoli, 3 Afrikani, 1 Ingliz, 1 Portugiz, u iehor Olandiz, jinsabu rregistrati zewg Papiet ohra li art twelidhom baqghet bla maghrufa…. ghall-inqas s'issa bla maghrufa, u li allura jisthoqq isir studju tassew kbir min-naha taghna l-Maltin ghal xi decizzjoni li xi darba tista' ssir dwar in-nazjonalita' forsi Maltija taghhom, specjalment war li ahna diga' fissirna x'inhi l-fehma ta' Nies Maghrufa…ta' Nies Awtorevoli gewwa Ruma dwar il-probabilta' li f'xi zmien kien hemm Papa malti bhalma Maltin kien hemm Princep, Duka u Vici-Rejjiet ta' diversi artijiet.

 

Imma biex inkomplu bis-suggett taghna halli nghidu li f'dik l-ahhar sen li konna semmejna Monsinjur De Piro haseb biex jibni l-Kunvent ta' Sant' Agata bal l-Casa Madre xierqa ghall-kongregazzjoni li kienet qeghda dejjem tikber tant li llum tghodd aktar minn 50 Sacerdot.

 

L-ewwel gebla tpoggiet fid-29 ta' Gunju, 1932, imma l-istess bhalma gralu fil-bini l-iehor mahsub ghax-xjuh li darba kienu tfal ta' l-istitut ta' San Guzepp, hu ma kellux ix-xorti jarah lest ghax nhar is17 ta' Settembru, 1933, jigifieri 25 sena ilu, f'waqt li kien qieghed jikkonduci l-ewwel festa tad-Duluri gewwa l-Hamrun, hassu hazin fuq it-targa ta' l-artal, u miet mal-lejl fl-ghomor ta' 56 sena.

 

M'ghandniex xi nghidu hu ma mietx kbir, imma biex lahaq safa Appostlu ta' Gesu' Kristu u Missier l-iltiema hu kien ghex bizzejjed la Alla ma ppermettiex li jmut b'mard jew b'disgrazzja zmien qabel, waqt li jkun se jaghmel xi opra fejjeda bhal meta darba sfrondat l-art bih ghall-kamra ta' that fl-Istitut t'Ghawdex.

 

Hu gie midfun fil-Kappella tal-Familja gewwa c-Cimiterju ta' l-Addolorata, imma 15 il-sena wara, hekk kif il-Kumpannija, frott tal-hidma tieghu, kellha superjur wiehed minn uliedha stess, maljar hasbet biex il-fdal tieghu gie midfun qribhom go sarkofagu gdid li ghamlulu f'Sant' Agata stess biex il-prezenza tieghu f'nofshom izzid theggihom imorru missjunarji f'artijiet imbeghda kif hekk kienet ix-xewqa li fisser waqt mewtu.

 

U hutna mbeghda f'Tunes, Lixandra, l-Amerika u l-Awstralia qeghdin diga' jhossu l-effetti tajba ta' hidmiethom, li, kif ghedna, kienet l-istess xewqa tieghu… l-istess xewqa patrijottika tieghu…l-istess xewqa qaddisa tieghu.

 

_________________________________________________________________________

 

Il-Qalb ta' Marija

Lulju 1960

 

Kienet Holma.

 

Kienet holma imma, l-ewwel bicca bini tad-dar ta' S. Agata kienet lesta u Mons. G. DePiro ma xi membri tal-Kumpanija kien hemm, kif kien jaghmel soltu darba fil-gimgha. Kien filghaxija meta bis-serjeta' kollha qal lil ta' madwaru li kellu holma, ftit stramba, imma li xtaq jghidilhom.

 

"Sibt ruhi fuq vapur, konni mixjin, meta f'daqqa wahda grat xi hsara fl-iskrun; jiena nzilt mal-gemb u bdejt nithabat biex nirrangah, imma ma lhaqtx naghmel dan ghax magenbi sibt 'xebba' li qaltli 'itla', halli f'idejja, issa nkompli mmexxi jiena'. Mons G. DePiro qal li kienet holma, imma hawn, li min jafu jaf kemm kien serju, ghalkemm sejhilha holma, that certa mportanza meta ried jirrakkontha lill-membri tal-Kumpanija; barra dan propju ftit granet wara Mons. DePiro miet u d-dghajsa ckejkna tal-Kumpanija kellha tghaddi f'idejn haddiehor. Issa ahna bl-ebda mod ma rridu nesageraw il-holma, pero' lanqas hadd ma jlumna jekk, wara li nafu mill-famuz holm ta' San Gwann Bosco, u war li nikkunsidraw ic-cirkustanzi kollha naslu ghall-konkluzjoni li ghalkemm f'holma dik ix-xebba setghet kienet il-Vergni Marija li lejha Mons. DePiro kellu kull qima.

 

U ma setax ma jkunx hekk; difatti kien f'riglejn Marija Sultanta tar-Ruzarju li fit-8 ta' Mejju 1898, waqt is-supplika, fil-Knisja tal-Gizwiti, il-Belt, Mons. DePiro hass il-vokazzjoni sacerdotali, meta kien diga ta bidu ghall-istudju tal-Ligi.

 

Aktar l'quddiem inisbu dejjem izjed tikber fih din l-imhabba Marjana, u narawh f'entuzjazmu ta' venerazzjoni u fiducja, ipoggi f'idejn Marija Assunta Probandat tal-Kumpanija, u kien dak in-nhar stess, fis-sena 1932, li ghan-nom tal-kumpanija talab lil Mons. Arcisqof Dom M. Caruana biex iressaq quddiem il-Q. T. il-Papa t-talba biex jghaddi 'l quddiem id-definizzjoni ta' Marija S.S.ma.

 

Lejn il-Vergni Marija Mons. DePiro kien ihares sa minn dejjem bhala l-"Ghassiesa" tal-Kumpanija, u jghidulna l-kbar taghna li kienu ghadhom joqghodu l-Imdina meta l-Fundatur kien soltu jghid li malli jidhol il-bieb kien ikun jaf x'ma hemmx, "ghax il-Madonna qaltli", u kien ikun qieghed jirreferi ghall-kwadru sabih u ghaziz hafna ghalin, li allura kien imdendel fl-intrata.

 

Marija ma naqset qatt lis-serv fidil taghha, anzi riedet li jkun propju waqt li qed jaghmel festa lilha, tad-Duluri, li tigi biex tigbor ir-ruh ta' dak l-iben ghaziz.

 

Mons G. DePiro miet u l-Kumpanija?… hafna hasbuha tispicca hija wkoll, u forsi kellhom ragun imma l-fatti wrew il-kuntrarju; kien hemm xi hadd li qaghad imexxi, iva, hija bla dubju ta' xejn ix-"Xebba", tal-'holma' , hija l-Vergni Mbierka, li l-Fundatur hallielna fir-regola li ghandha tkun il-mudelll taghn u li ghandna nippriedkaw dejjem id-devozzjoni taghha.

 

"Issa halli f'idejja", qalet ix-'Xebba', u d-dghajsa baqghet sejra, anzi f'dawn l-ahhar zminijiet Marija ghogobha tonorana biz-zjara taghha l-izjed sensibbli.

 

Meta l-Wisq Rev. Dun M. Callus gie maghzul mill-E.T. l-Arcisqof bhala superjur tal-Kumpanija, huwa xtaq li l-ewwel haga li jaghmel tkun li jigbor f'Sant' Agata l-fdal ghaziz tal-Fundatur u hekk Mons. DePiro rega gie fostna.

 

Imma mieghu giet, biex nghid hekk, ukoll il-Vergni Mbierka, meta gie moghti lill-Kumpanija mill-Familja Cirillo, kwadru ghaziz hafna tal-Qalb bla Tebgha ta' Marija; u kemm barka tas-Sema ma nizlitx fuqna u fuq kull min resaq lejn din ix-Xbieha prodigjuza fiz-zmien li ilu fil-knisja taghna.

 

Meta filghaxija jinzel il-lejl u tasal biex taghlaq il-gurnata, boghod mit-taqlib u l-bluha tad-dinja, nara l-Komunita' ta' Sant'Agata, Superjur, Studenti, Novizzi u Fratelli katekisti, jingabru madwar il-qabar tal-Fundatur wara dik il-Qalb ta' Omm li meta kellu jigi nieqes il-Missier ma sabitx bi tqila li tiehu f'idejha x-xorti taghna, allura nifhmu li din tal-Fundatur ma kienitx biss holma.

 

Tkun talba siekta din ta' kull filghaxija, talba libera, qasira jew fit-tul, tkun talba tal-qalb, talba ta' l-ulied, talba li tkompli tmexxi d-dghajsa ckejkna taghna fl-ibhra miftuha, fejn is-Sinjur joghgbu jsejhilna biex nahdmu fil-qasam tieghu.

 

Hekk il-holma saret realta.

 

_________________________________________________________________________

 

Artiklu

Francis Darmanin S.S.P.

Pg. 257

 

It-Tieni Sacerdot Malti

Li se tfakkar il-"Christus Rex"

Fundatur tas-Socjeta' Ta' San Pawl.

 

Din is-sena l-Christus Rex, ghaqda tas-Sacerdoti, maghrufa hafna ghall-gid spiritwali li qieghda thalli fil-kamp ta' l-Apostolat, ghogobha taghzel lil Mons. Giuseppe De Piro biex turih lill-poplu bhala sacerdot, patrijott u cittadin Malti.

 

Min hu Mons. De Piro? X'ghamel li ismu ma jmut qatt?

 

Mons. De Piro twieled fl-Imdina fit-2 ta' Novembru, 1877, min-Nobbli Alessandru Dei Marchesi De Piro u Ursola Agius. Ta' 11-il sena beda l-istudju tieghu fil-Liceo. Kif spicca l-istudji sekondarji z-zaghzugh Guzeppi ssokta jistudja ghal avukat. Imma l-bniedem jipproponi u Alla jiddisponi.

 

Kien fit-8 ta' Mejju, 1898, u bhas-snin l-ohra, l-istudenti ta' l-Universita' kienu migura fil-knisja tal-Gizwiti sabiex jaghmlu s-Supplika tal-Madonna ta' Pompei. U hekk waqt it-talba l-Madonna tisraqlu qalbu. Guzeppi hass is-sejha, fehma u wieghed li jitlaq l-istudji tal-ligi u jaqbad ta' l-Artal.

 

Ghalhekk ta 21 sena beda l-istudji ghal qassis fil-Kullegg Capranica f'Ruma. Ix-xewqa tieghu nqatghet fil-15 ta' Marzu, 1902, meta gie ordnat sacerdot fil-Bazilika ta' San Gwann Lateran.

 

Hawn Dun Guzepp beda x-xoghol ghas-salvazzjoni ta' l-erwieh. Mons. G. Pace sejjah lil Dun Guzepp u fit-2 ta' Awissu, 1907, tah f'idejh l-Istitut Fra Diegu, li kien safa bla Direttur. Hu mexxa dan l-Istitut ghal 26 sena.

 

Fl-1909 gietu x-xewqa li jwaqqaf Socjeta' Missjunarja u fl-istess hin wera l-hsieb tieghu lil Kardinal Pietru La Fontaine li weghdu li jressaqqlu x-xewqa nobilissima tieghu ghand il-Qdusija Tieghu l-Papa, li dak iz-zmien kien San Piju X. U hekk sehhet ix-xewqa tieghu u fit-30 ta' Gunju, 1910, twieldet is-Socjeta Missjunarja ta' San Pawl bil-barka tal-Papa San Piju X.

 

Fis-sena 1911 Dun Guzepp ha l-pussess ta' Monsinjur fil-Kattidral ta' l-Imdina. Malli Mons. Caruana lahaq Isqof ta' Malta fl-1915, huwa sejjah lill Mons. G. De Piro u ghamlu Segretarju tieghu, post li dam jokkupa sa l-1918. Kif spicca minn Segretarju, l-Isqof ghamlu Retur tas-Seminarju fejn dam sentejn.

 

Wara l-mewt ta' Dun Gorg Bugeja, Direttur tad-Dar ta' San Guzepp tal-Hamrun, l-Isqof qieghed lil Mons. De Piro Direttur, fejn baqa' sa kemm miet. Fl-istess waqt kellu wkoll f'idejh l-Istitut ta' Gesu Nazzarenu li hemm iz-Zejtun, imwaqqaf mis-Sinjorina Curmi. Huwa ghen hafna wkoll fit-twaqqif tas-Socjeta' tas-Sorijiet tan-Nazzarenu. Wara talba li ghamillu s-Segretarju ta' l-Isqof ta' Ghawdex, huwa waqqaf id-Dar ta' San Guzepp li hemm f'Ghajnsielem fil-21 ta' Mejju, 1925, li kienu jiehdu hsiebha l-membri tas-Socjeta' ta' San Pawl li huwa kiem waqqaf. Barra minn dan kellu wkoll f'idejh l-Istitut "S. Francesco di Paola" ta' Birkirkara, imwaqqaf mis-Sinjorina Guzeppa Psaila.

 

Fl-1932 Mons. Arcisqof Caruana ghazlu bhala rapprezentant tal-Kleru Malti fis-Senat. Nghidha kif inhossha, din il-kariga sefghet ghalih f'martirju li bih Alla riedu jtemm hajtu biex ikun tassew vittma tal-karita' u ta' l-ubbidjenza. Mhux darba u tnejn giel li dam sas-siegha ta' bil-lejl imqajjem u filghodu kmieni ghall-hamsa kont tarah gharkupptejh jaghmel il-meditazzjoni. Kemm dam fis-senat irnexxielu b'ghaqal kbir u dehen tassew qaddis, igib il-paci politico-religjuza li tant kienet mixtieqa. Kemm tabilhaqq kienu jibuh shabu tas-Senat intwera bic-car f'mewtu u fil-funeral li sarlu wara.

 

Ghandha ragun Malta tfakkar il-hajja ta' Mons. Giuseppe De Piro, ghaliex fih hi rat sacerdot tassew qaddis, wiehed mill-aqwa patrijotti u veru cittadin dehen taghha.

 

Kien il-jum tas-17 ta' Settembru, 1933, li Mons. G. De Piro ma kellux jara tintemm. Dak in-nhar saret il-festa tad-Duluri ghall-ewwel darba fil-Hamrun u Mons. G. De Piro kien ir-ruh u l-mexxej ta' din il-festa. In-nies kienu jistaghgbu kif dan il-bniedem seta jiflah ghal tant xoghol. Il-Madonna, li darba serqet il-qalb ta' Mons. De Piro u wrietu t-triq tas-Sacerdozju, hekk issa f'din il-festa ghaziza taghha serqitu minn fostna u wrietu t-triq eterna li ghaliha hadem tul hajtu kollha bla waqfien. Miet fl-Isptar Centrali, qalb hafna tfal morda u mcahhda minn dik l-hena li jhoss fundatur fuq is-sodda tal-mewt imdawwar minn uliedu.

 

_________________________________________________________________________

 

Artiklu

6 ta’ Frar 1961

Bro. Francis Darmanin S.S.P.

 

Garrejnieh l-Ahhar Darba.

 

MONSINJUR G. DE PIRO miet fis-17 ta' Settembru 1933 u gie mitfun fic-cimiterju ta' l-Addolarata. Fl-1948 is-Superjur Dun M. Callus S.S.P. xtaq li l-Fundatur ikun midfun go Sant'Agata, il-post fejn kien hu stess. Ghalhekk dal-hsieb twettaq u gie poggut f'sargofagus.

 

Xi sena u nofs ilu, Rev. Fr. S. Tomlin, Fr. Master tan-Novizzi u Studenti gietu li-idea li jhaffer Kripta fejn kien poggut il-Fundatur. Saru il-pjanti mill-Kavallier Bonello u x-xoghol beda tiela gmielu. Kemm l-istudenti u kemm in-Novizzi b'sagrificcji kbar hadu parti kbira ta' garr tat-terrapien, thaffir u konkriet. Kemm hi sabiha tara lil kulhadd taht l-inizjattiva tal-Brothers taghna imidd idu ghax-xoghol!

 

Wara li sar l-ewwel qabar gie poggut Dun G. Spiteri S.S.P. fil-5 ta' Lulju 1960, l-ewwel sacerdot mejjet tal-Kumpannija. Wara hafna tbatija u zmien il-Kripta kienet kwazi lesta, meta nhar il-Hamis 26 ta' Jannar 1961 gie it-trasportat il-fdal tal-Fundatur mill-kamra ta' barra. Kellna ngorruh hemm ghal ftit xhur biex inkunu nistghu nahdmu ghax il-Kripta saret fil-post fejn kien qieghed hu gos-sargufagus.

 

Bros. Albert, Vincent, Thomas u zewg Fratelli Katekisti Bros. Calcedon, u Lawrence, raw il-Fudatur. L-ewwel tlieta iffirmaw bhala xhieda fid-dokument li gie mqieghed fit-tebut.

 

Dawl li refghuh kienu Bros. Alber, Bincent, Thomas, Norbert, William, Dennis, Michael, u Francis. Bro. David kien il-"photographer". Kien hemm prezenti wkoll il-"Padre" u l-komunita' kollha. Wara li nizzilnieh tkantat il-"Libera". Imbaghad Fr. Tomlin bierek u incensa il-fdal u gie maghluq fis-sargofagus. Ix-xoghol sar mill-imghallem Anglu Quattromani u nepputih Salvu. L-iskultura tas-sargufagus saret mill-iskultur Montabello. Il-Padre qalilna biex nghidu Pater Noster u Requiem ghar-ruh Dun Guzepp u hekk twettqet wahda mill-holmiet sbieh tal-ghaziz Fr. Master.

 

Huwa hsieb sabih ukoll ta' Fr. Tomlin li nigibu lil Fra Gilormu Gatt S.S.P. l-ewwel Fratell u Membru mejjet tas-Socjeta' mic-Cimiterju tal-Addolorata u hekk titwettaq il-holma, "Ulied mal-Missier Taghhom".

 

_________________________________________________________________________

 

OPERAII AUTEM PAUCI

Bulettin ta' l-Unjoni Pontificja Missjunarja tal-Kleru f'Malta.

Ottubru-Dicembru, 1961

Id-Direzzjoni.

Pg. 1

 

B'Tifkira tal-Fundatur tas-SOCIETAS SANCTI PAULI.

 

Socjeta' Maltija mwaqqfa bie skop ghal kollox missjunarju, hija dik maghrufa minna bhala "Societas Sancti Pauli". In-nies taghraf lil dawn il-missjunarji bhala "Ta De Piro". Dawn is-Sacerdoti Maltin jidhlu f'din il-Kumpanija bl-iskop li jmorru fl-arijiet tal-Missjoni jew kwazi missjunarji.

 

Il-Fundatur.

 

Min waqqaf din il-Kumpanija ta' Sacerdoti huwa l-mibki Monsinjur Guzeppi De Piro, li, flimkien ma l-istess uliedu, u mal-"Christus Rex", ridna ahna wkoll infakkru f'din ir-Rivista taghna. F'parti ohra qeghdin ingibu xi haga minn hajtu, miktuba minn wiehed li jaf sewwa l-Kumpanija u lill-Fundatur. Hawn nistghu si ftit nistudjaw lil din il-figura nobbli tas-Sacerdot Malti li ndahal ghal din il-bicca xoghol. li jkompli izid mal-monumenti sbieh u qalbiena li waqqaf il-Kleru Malti matul is-sekoli.

 

Kleru Qalbieni.

 

Ighidulna x'ighidulna l-ghedewwa tar-Religjon taghna, izebilhuna kemmm izebilhuna, ahna nistghu dejjem niftahru b'wiccna minn quddiem, li l-Kleru Malti ghandu fost il-fili tieghu, nies qalbiena li habbew lil Malta daws u iktar mill-aqwa Maltin li qatt dehru fuq din il-gzira. Illum insemmu biss lil Mons. De Piro.

 

L-Emigrazzjoni Maltija.

 

Meta l-Maltin bdew, sistematikament, ihallu x-xtut ta' din il-gzira biex ifittxu hozhom f'art 'l boghod, il-Knisja hadet hsiebhom ukoll. Mill-art tal-Fidi, mill-art ta' San Pawl, minn art mija fil-mija Kattolika, dawn hutna Matin kellhom isibu ruhom f'artijiet kwazi ghal kollox pagani u protestanti. Mons. De Piro ma hasibx biss li jhajjar lil xi hadd imur, imma ghal dan il-ghan waqqaf Kumpannija shiha ta' Sacerdoti. U kienu u ghadhom dawn is-Sacerdoti li qeghdin jiehdu hsieb il-Maltin fl-art gdida li laqghethom.

 

Qassis Missjunarju

Mons. De Piro, diga' missjunraju f'pajjizu, kien ihares iktar 'il boghod mix-xtut taghna. Kien ihares lejn il-medda kbira ta' artijiet fejn il-Vangelu ta' Kristu kien ghadu mhux imxandar. Kien jisma fih l-ghajta ta' dejjem iktar qawwija u penetranti tal-Imghallem tieghu. "Xterdu mad-dinja, ghallmu l-gnus kollha". Ried li s-Socjeta tieghu tiehu l-isem mill-kbir missjunarju li kkonveta lil Malta: San Pawl. Ried li s-Sacerdoti li jwiegbu ghas-sejha tieghu, jkunu missjunarji, ried li huma wkoll iharsu bhalu lejn il-miljuni li ghadhom mhumiex fil-merhla wahda ta' Kristu. Il-Kumpanija ghadha zaghzugha. Hija tittallab vokazzjonijiet iktar. Biex tkun tista tibghat lil uliedha ukoll f'artijiet ghal kollox missjunarji. Dan kien il-ghan tal-Fundatur u nitlobu 'l Alla li jsehh ma jdumx.

 

UT FLOREAT

 

Ix-xewqa taghna hi li din il-Kumpanija tikber. Malta minn dejjem kienet generuza mal-Missjonijiet. Ghajnuna materjali tat dejjem. Personal tat ukoll. Imma forsi f'dan il-kamp ta' personal ghadha ma tatx bizzejjed. J'Alla Malta taghti iktar, iktar haddiema fl-ghalqa kbira ta' Kristu. Is-Socjeta' ta' San Pawl, imwaqqfa mill-qaddis Monsinjur De Piro, ghad tista taghti sehem kbir. Meta qeghdin infakkru lill-qalbieni Fundatur taghha, ejjew nitolbu flimkien ghal iktar haddiema fl-ghal tas-Sinjur.

 

_________________________________________________________________________

 

Bro. Vincent Magro S.S.P.

 

Mons. G. De Piro, Qassis li Ghamel Gieh lil Malta.

 

Malta fic-cokon tagha tat nies kbar lill-Knisja Mqadds, bhalma kienu Mons. E. Dandria, Fra Diegu (appostlu tal-Karita), Mons. G. De Piro u ohrajn. Mons G. De Piro ghamel dejjem li sta' biex jghin lil kulhadd minghajr ebda distinzjoni ta' hadd. Hu kien l-intermedju bejn il-Knisja u l-Istat fis-snin 1932-33.

 

Mons. G. De Piro twieled l-Imdina fit-2 ta' Novembru, 1877, u gie mrobbi fil-biza' t'Alla minn genituri tassew tajbin. Ghall-ewwel kellu hsieb isir avukat, imma mbaghad Alla sejjahlu ghal warajh. Il-kors tieghu sacerdotali ghamlu Ruma fil-Kullegg "Capranica". Fl-1902, huwa gie ordnat sacerdot minn idejn Kardina fil-Bazilika ta' San Giovanni Laterano. Lura lejn Malta ntefa' b'ruhu u b'gismu ghax-xoghol. Diga' fl-1907 gie afdat lilu l-Istitut ta' Fra Diegu (Hamrun) li kienet bicca xoghol kbira ghalih wara hames snin biss li kien ilu jqaddes. Il-karigi li l-Awtoritajiet Ekklezjastici fdawlu f'idejh kienu hafna. F'idejh kellu t-tregija ta' dawn l-Istituti li gejjin: San Guzepp (Hamrun), tan-Nazzarenu (Zejtun), tal-Karita' ta' San Francesco di Paola (Birkirkara), u hu stess waqqaf l-Istitut ta' San Guzepp f'Ghawdex fis-sena 1924. Barra minn din ir-responsabilta' kollha, ghal xi zmien kien Segretarju ta' l-E. T. Mons. Arcisqof M. Caruana, imbaghad mill-1918 sa l-1920 kien rettur tas-Seminarju.

 

Bhala tpattija l-E.T. Mons. Arcisqof M. Caruana lil Mons. G. De Piro ghamlu Kugitur tad-Dekan tal-Katidral. Dawn il-karigi kollha juru l-fiducja kbira li kellhom fih l-Awtoritajiet Ekklezjastici.

 

Kif diga semmejna fil-bidu l-iktar bicca soghol li swietlu nkwiet kienet dik meta hu gie nlahhaq mill-E. T. Mons. Arcisqof M. Caruana bhal Rapprezentant tal-Kleru Malti fis-Senat.

 

Tassew li Mons. De Piro ghandna ghax niftahru bih ahna l-Maltin ghall-gid kbir li ghamel maghna fiz-zmien l-imghoddi, izda l-gid li ghamel hu, ghadu haj fil-Kumpanija Missjunarja ta' San Pawl li hu stess waqqaf fl-1910. Il-hsieb tal-waqfien taghha kien li Mons. G. De Piro jibghat missjunarji f'dawk il-postijiet kollha fejn m'hemmx qassisin bizzejjed, dejjem bi prefernza fejn jinsabu l-emigranti hutna l-Maltin. Dan il-hsieb bil-ghajnuna t'Alla u war hafna provi il-Kumpanija ta' San Pawl qieghda twettqu bis-shieh. Il-Kumpanija ga ghandha zewgt idjar go Perth u go Melbourne (l-Awstralja), u ohra go Windsor (il-Kanada). Hafna jghidulek li kieku l-qassisin taghna ma marrux f'dawn il-postijiet, kieku llum il-Maltin tilfu l-fidi ghal kollox. Il-Kumpanija ta' San Pawl ghandha wkoll tliet idjar hawn Malta: St. Agatha's (Rabat), San Guzepp (Hamrun), u l-Oratorju Birkirkara.

 

Nistqarru bejn u bejn ruhna: "Kienx bniedem kbir Mons. G. De Piro? Jisthoqqlu jew le tifhir lil dan il-qassis Malti hekk ta' hila u dehen?" Din kienet ir-ragun li "Christus Rex" din is-sena ghazlitu bhala l-qassis li ghandu jigi maghruf minn kull Malti ta' din il-Gzira taghna.

 

_________________________________________________________________________

 

Ghawdex

15 ta' Novembru, 1961

N. Bonavia S.S.P.

Pg. 2.

 

Monsinjur G. De Piro u l-Istitut ta' Ghawdex.

 

F'dawn il-granet f'Malta l-ghaqda ta' "Christus Rex" sejra turi (din is-sena) lil Mons. G. De Piro bhala Figura Nazzjonali. Hija haga tassew sabiha li ntaghzel dan il-bniedem. Dan il-bniedem li huwa tant maghruf mix-xjuh kien jahasra qed jintesa miz-zghar. Sacerdot li tant ghamel gid ghal Malta u Ghawdex. Huwa maghruf bizzejjed ghall-imhabba li kellu lejn l-iltiema u gha dak il-Monument haj tal-Fidid taghna, is-Socjeta Missjunarja ta' San Pawl li huwa waqqaf.

 

Izda ma' Ghawdex Mons. G. De Piro ghandu x'jaqsam b'mod specjali, ghaliex fl-1925 f'isem l-Ecc. tieghu Mons. Arcisqof M. Gonzi, quddiem il-Gvernatur Sir Waloter Congreve fetah l-Istitut ghaziz ta' San Guzepp f'Ghajnsielem.

 

Kif beda l-istitut:

 

Il-Knisja bhala Omm hanina minn dejjem xtaqet li tiehu hsieb l-iltiema f'Ghawdex; ghalhekk naraw l-Arcisqof Mons. P. Pace diga b'dan il-hsieb iberren f'rasu. L-Isqof ta' warajh Mons. G. M. Camilleri O.E.S.A. ma halliex dan il-hsieb jghaddi mar-rih u infatti flimkien ma' l-Arcipriet u l-Kappillani ta' Ghawdex qatghuha li jwaqqfu Istitut fil-Villa Gauci biex b'hekk ikunu bdew xi haga. Izda l-prividenza riedet li jkun haddiehor li jiftah l-istitut propju ta' ta' Ghawdex. Le mhux fil-Villa Gauci, izda fid-dar stess li fiha darba kien joqghod il-maghruf Ballijju ta' San Gwann.

 

Il-Waqa Tal-Monsinjur:

Mons. Arcisqof M. Gonzi li dak iz-zmien kien Isqof ta' Ghawdex, sejjah lil missier il-fqar Mons. G. De Piro (ghax hekk kienu jzommuh f'Malta) biex jiehu hsieb jiftah Istitut sewwa gewwa Ghawdex. Mons De Prio bniedem ta' qalb tad-deheb ma ghidux kemm ferah meta l-Isqof tah din l-ahbar. Izda ghalih kienet haga difficli li jkun jista jlahhaq ma' Ghawdex ukoll, ghax f'Malta huwa kien diga' qieghed jiehu hsieb ta' diversi Istituti. Izda dak li jrid Alla jsir. Ghalhekk wara Mons. De Piro mar Ghawdex u beda t-tiswija tad-dar. Waqt dan iz-zmien gara fatt li jure kemm id-dimonju ma hax pjacir b'dan ix-xoghol. Mela darba waqt li Mons. De Piro kie qieghed jistrieh f'wahda mill-kmamar ta' fuq waqa' s-saqaf bih. Alla ried li ma baqax mejjet b'dik il-waqa'. B'dana kollu ma sofriex hlief il-ksur ta' siequ u xi ftit gerhat ohra. Minkejja dan il-fatt, il-Monsinjur li kien ser jiftah l-Istitut privatament qal li jrid jifthu b'Solennita' l-aktar kbira. Ghalhekk nhar Lapsi ta' l-1925, l-Ecc. tieghu l-Arcisqof Gonzi u l-Gvernatur Sir Walter Congreve waslu f'karozza wahda biex jifthu ufficjalment l-Istitut Djocesan ta' Ghawdex. Kien hemm prezenti wkoll ghal din ic-cerimonja hafna dinjitarji kemm Ekklesjastici kif ukoll Civili.

 

Is-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl.

 

Monsinjur De Piro sejjah biex jiehu hsieb dan l-Istitut lill-gheziez uliedu, il-membri tas-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl. Dawn il-membri kienu mharrgin sewwa fix-xoghol ghax kien ilhom hafna jahdmu qal l-Iltiema ta' l-Istitut ta' San Guzepp il-Hamrun. Sa mill-bidu nett tat-twaqqif tal-Istitut f'Ghawdex il-Monsinjur gharaf l-importanza tax-xoghol. Ghalhekk f'qasir zmien waqqaf is-sengha tal-hajjata, mastrudaxxa u tal-Iskarpan. Kull meta kien jigi Ghawdex Monsinjur De Piro kien dejjem jigi mghobbi b'xi haga. Darba fost l-ohrajn wasa b'qartas mhux bhla tas-soltu, f'dan il-qartas kien hemm strument tal-banda u dak in-nhar dan it-twajjeb missier qal li jrid iwaqqaf banda. Intant strument wara l-iehor il-banda twaqqfet. U min jaf kemm kellu progetti ohra l-Fundatur ghall-Istitut, imma Alla qallu bizzejjed. Kien sew sew is-17 ta' Settembru 1933 meta r-ruh ta' dan il-bniedem qaddis ittajret bejn is-smewwiet biex tiehu l-premju li kien jisthoqqilha. Monsinjur De Piro miet f'riglejn l-artal wara l-purcissjoni tad-Duyluri gewwa l-knisja tal-Hamrun. Ezatt kif xtaq hu ghax dejjem kien jitlob; "sinjur aghmel mmut vicin tieghek f'riglejn l-artal".

 

L-Istitut u l-Kleru ta' Ghawdex.

 

Wara l-mewt tal-Fundatur il-membri tas-Socjeta ta' San Pawl baqghu jiehdu hsieb tal-Istitut huma. Izda wara sena minhabba hafna xoghol li kellha Malta, dis-Socjeta ta' San pawl kellha thalli dan l-Istitut. Ghalhekk l-Arcisqof sejjah lil Dun Guzepp Galea Rapa u hatru l-ewwel Direttur tal-Istitut ta' Ghawdex. Dan kien fl-1934. Din l-ghazla kienet tassew minn Alla ghax Dun Guzepp sa mill-ewwel wera l-kapacita' u l-imhabba tieghu lejn l-Istitut. Dan jixhdu x-xoghol li ghamel bhal ma huma d-dormitroju, ir-refittorju, is-sala tat-tijatrin u hwejjeg ohrajn. Izda l-ikbar opr li ghamlu Dun Guzepp hi bla dubju ta' xejn il-bini tal-Istitut il-gdid, u li hija haga kollha kemm hi tieghu. Illum ma' Dun Guzepp hemm Dun Gwann Galea li ilu mill-1934, il-Kanonku Emanuel Galea li jiehu hsieb l-istamperija, Dun Tarcis Attard prefett tat-tfal, u hemm ukoll xi Sorijiet Agostinjani.

 

Monument lil Mons. De Piro.

 

Il-Kleru ta' Ghawdex ried jaghmel xi haga biex Mons. De Piro fundatur tal-Istitut jibqa' imsemmi ghal dejjem bhala benefattur kbir tat-tfal iltiema f'Ghadex. Ghaldaqsthekk ghamlulu Monument fil-bitha tal-Istitut il-qadim, u li kien gie mikxuf fid-9 ta' Mejju 1948 mill-Ecc. Tieghu Mons. G. Pace Isqof ta' Ghawdex. Ghal din l-okkazjoni kien hemm prezenti ghadd kbir ta' Kappillani u Kleru, flimkien ma' rapprezentanza sabiha ta' nies Ghawdxin. Il-Monument huwa xoghol tal-Professur Pisi, biex b'hekk Mons. De Piro ma ' jintesa qatt u l-Ghawdxin kollha jibqghu jiftakru f'dan il-Benefattur kbir ta' wliedhom.

 

_________________________________________________________________________

 

Il-Qawmien

16 ta' Novembru, 1961

Norbert Bonavia S.S.P.

Pg. 2

 

Mons. G. De Piro.

 

Din is-sena l-ghaqda ta' 'Christus Rex', ippropniet lil Mons. Guz\eppi De Piro bhala figura nazzjonali. Kienet ghazla tassew sabieha l-ghaliex dan il-bnedem huwa veru ezempju ghal kulhadd kemm fil-hajja privata tieghu, u kemm fil-hajja pubblika. Huwa hadem f'diversi kampijiet ta' xoghol ghall-gid ta' art twelidu u tal-Knisja.

 

Hadem fl-istituti tal-karita'. Hekk per ezempju, insibuh bhal direttur fl-istitut ta' Fra Diegu u ta' San Guzepp il-Hamrun. Insibuh bhala wiehed li hadem kemm felha ghat-twaqqif ta' l-isititut tan-Nazzarenu taz-Zejtun u ta' San Frangisk di Paoli f'Birkirkara. U mbaghad insibuh bhala fundatur fl-istitut ta' San Guzepp ta' Ghawdex. Dan ta' l-ahhar, kien l-Arcisqof taghna li talbu biex iwaqqfu. Dan sar fi zmien meta f'malta kellu diga' f'idejh erba' istituti u s-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl li kien ghadu kif waqqaf.

 

Xoghol iehor likellu kien il-Parlament. Mons. Isqof Mauru Caruana ghazlu biex ikun rapprezentant tal-Kleru fis-Senat. Dan kien post delikat hafna imma huwa gharaf jaqdi dmirijietu sewwa. Min ma jfitakarx x'ghamel Mons. De Piro, fil-kwistjoni bejn Lord Strickland u l-Knisja? Il-paci u l-ftehim kien kollu xoghol tieghu.

 

Minn barra dan Mons. De Piro kien ukoll, segretarju generali ta' l-isqof Mauru Caruana, Rettur tas-Seminarju u Dekan tal-Katidral. Dawn il-karigi gew moghtija lilu bl-ubbidjenza, ghax hu dejjem hass li ma kien den ta' dawn il-karigi. Anki l-unur li jkun Monsinjur irrifjutah u ghamel kemm felah biex ma jiehdux, izda l-isqof obbligah.

 

Opra ohra kbira li ta lill-Knisja u lil Malta Mons. De Piro hija s-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl. Din kienet l-aqwa opra ta' hajtu, u kemm swietlu lill-ghaziz fundatur din is-socjeta' taghna! Bizzejjed li wiehed ikun qara xi hajja ta' qaddis li kien fundatur ta' xi Ordni jew Socjeta' biex ikun jista' jifhem ftit xi tfisser tkun fundatur ta' Ordni jew Kongregazzjoni Religjuza. Mosn. De pro hass li malta ghandha tkun tafulu lil Alla tal-Fidi taghha hekk providenzjali. Ghalhekk waqqaf l-unika kongregazzjoni Religjuza Maskili ta' Malta. lil uliedha ziedilhom vot mat-tlett voti Evangelici, il-vot tal-Missjoni, biex imorru f'kull parti tad-dinja, bie prefernza ghax-xoghol qalb l-Emigranti Maltin. Illum wara erbghin sena mit-twaqqif Kanoniku taghha s-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl, barra li ghandha tlett djar hawn Malta, fosthom l-istitut ta' San Guzepp tal-hamrun li ilu ghandha minn zmien il-fundatur, ghandha wkoll zewg djar l-Awstralja u ohra l-Kanada fejn hemm l-iktar emigranti Maltin.

 

Mela hija haga tassew sabiha li din is-sena gie maghzul Mons. Guzeppi De Piro biex Malta kollha terga' ggedded il-memorja ta' dan il-bniedem u timitah. Ghalhekk nixtieq inheggeg lil kulhadd jiehu parti fic-celebrazzjonijiet li sa jsiru ad unur tieghu. L-Istitut Kattoliku fil-hamsa u ghoxrin ta' Novembru sejra ssir Akkademja u fil-Motherhouse tas-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl ir-Rabat ghall-okkazjoni sejra tinfetah ghall-pubbliku parti gdida mid-dar fit-18 u 19 ta' dan ix-xahar, wara li tkun imbierka mill-Arcisqof.

 

_________________________________________________________________________

 

Il-Berqa

Is-Sibt, 2 ta’ Dicembru, 1961

Minn N.N.

Pg…

 

Socjeta’ Maltija tal-Emigranti.

Ghaqda missjunarja ta’ San Pawl.

 

"Nahsbu f’hutna ta’ barra". Dawn il-kliem hargu mill-qalb imhegga ta’ Mons. Guzeppi De Piro. Huwa kien bniedem li jilmah fil-boghod u gie ghall-konkluzjoni li ghandu jkun hemm Socjeta’ Maltija ta’ Sacerdoti u Brothers li jkollha hsieb specjali tal-emigranti Maltin. Kien ghadu jistudja ghal sacerdot meta dan il-hsieb beda jberren go mohhu. Izda kellu jistenna disa’ snin sakemm il-hsieb tieghu twettaq fl-1910 bil-barka tal-Qaddis San Piju X, u F’Gunju ta’ l-1921 ir-regoli gew approvati u s-Socjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl giet imwaqqfa.

 

Il-progress li s-Socjeta’ kienet qieghda taghmel narawh imfisser f’ittra li l-Arcisqof Mawru Caruana kien baghat lil Mons. De Piro f’gheluq il-25 sena li kien ilu jqaddes. L-ittra tibda hekk: "Hadt tassew gost meta rajt li s-Socjeta’ ta’ San Pawl, ghall-missjonijiet ta’ barra, sejra gmielha ‘l quddiem that il-ghajnejn tieghek li bdejtha, waqqafta u qieghed tmexxiha".

 

U bhala awgurju ghall-gublew tieghu sacerdotali, l-Arcisqof issokta jiktiblu: "…nixtieqlek li dak li zrajt u li nibet u li msoqqi bil-gharaq tieghek, kiber u beda jaghti l-frott, meta taghlaq il-50 sena tal-quddiesa tieghek tarah sigra, tara wkoll hafna xtieli mehudin minn dis-sigra u mhawlin band’ohra, saru sigar u li fuqhom marru jittajru biex jistkennu l-ghasafar ta’ kull gens u li dak in-nhar inti tisma’ dawk l-ghasafar jghannu bla mistrieh, donnhom jizzu hajr ‘l Alla talli mhabba fik sabu l-kenn, id-dawl u l-hajja."

 

L-awgurju twettaq izda mhux ghal kollox. Ghax Mons. De Piro miet fl-1933 u ma setax jara s-sena 1952, is-sena tal-gublew sacerdotali tieghu. Imma l-parti l-ohra sehhet tassew ghax fl-1952, is-Socjeta’ kienet diga’ baghtet xi whud mill-membri taghha l-Awstralja u b’hekk bdiet thawwel xtieli ohra f’artijiet imbeghda.

 

Fil-Kostituzzjoni "Exsul Familia", li l-Papa Piju XII kien hareg fl-1952, huwa wera x-xewqa li l-emigranti jkollhom maghhom sacerdoti ta’ l-istess ilsien taghhom, sacerdoti li jkunu jistghu jifhmuhom ahjar fid-diffikultajiet taghhom. Hutna l-Maltin emigranti ghandhom ukoll maghhom sacerdoti Maltin.

 

Il-Hadd, 13 ta’ Jannar, 1952, ma ghandu jintesa qatt mill-emigranti Maltin ghaliex kien il-jum li fih giet miftuha l-ewwel Dar tal-Missjoni gewwa l-Awstralja, f’Melbourne, mill-E.T. l-Arcisqof Mannix, Dar li ghandha dan il-hsieb specjali - li tahdem fost l-emigranti Maltin.

 

L-Arcisqof ta’ Perth, Mons. Redmond Prendville, f’ittra tieghu tat-18 ta’ April tal-1956, ghogbu jafda f’idejn is-Socjeta’ ta’ San Pawl id-direzzjoni "in perpetuum" bil-"cura animarum" tal-Parrocca gdida ta’ Swanbourne, Western Australia, fil-waqt li l-Maltin li jinsbu tant f’Perth kemm ukoll f’dak l-Istat jibqghu that il-kura ta’ l-istess Socjeta’.

 

Fl-1958 is-Socjeta’ hawlet fergha ohra gdida f’kontinent iehor. Din id-dar, li qieghda f’Windsor, Ontario, Kanada, fiha 2 sacerdoti u Lay-Brother. Bhad-djar l-ohra ta’ l-Awstralja sservi wkoll bhal centru ghall-Maltin.

 

Illum is-Socjeta’ tghodd fuq is-60 membru u ghandha 3 djar hawn Malta: - Il-Motherhouse Sant’Agatha, fejn jitrawmu l-futuri missjunarji, sacerdoti u brothers: l-Istitut ta’ San Guzepp, il-Hamrum: u l-Oratorju B’Kara. Ghandha wkoll 3 djar ohra barra minn Malta, li diga semmejna izjed ‘l fuq. Hija baghtet diga 14-il- missjunarju, 1 l-Abbissinja, 3 fil-Kanada u 10 fl-Awstralja: li qeghdin 3 f’Perth u 7 f’Melbourne.

 

Ghalhekk hija gaga ta’ konsolazzjoni x’hin tiftakar li hawn Socjeta’ Maltija li qeghda trawwem novizzi u studenti bil-hsieb li tibghathom ma’ hutna li biex isibu x’jieklu hallew art twelidhom u ‘l mieshom.

 

Ghalhekk kienet profezija dik ta’ l-Arcisqof Caruana meta qal lil Mons. De Piro… "tara wkoll hafna xtieli mehudin minn din is-sigra u mhawlin band’ohra, saru sigar u li fuqhom marru jittajru biex jistkennu l-aghsafar ta’ kull gens ighannu bla mistrieh donnhom jizzu hajr ‘l Alla talli mhabba fik sabu l-kenn, id-dawl u l-hajja".

 

Naghmel ghalhekk, appell lill-Maltin kollha specjalment lil dawk li ghandhom nieshom emigranti, biex ighinu lil din is-Socjeta’ l-ewwel bit-talb (ghax dan hu l-aqwa ghajnuna) u mbaghad billi jghinu l-Vokazzjonijiet permezz tal-propaganda u fl-ahhar, ghax necessarja hafna, l-ghajnuna materjali, biex dan ix-xoghol nobbli li zera’ u saqqa bil-gharaq tieghu Mons. De Piro jkompli jikber ghall-glorja t’Alla u ghall-gid ta’ l-erwieh, specjalment ta’ hutna l-emigranti.

 

 

 _________________________________________________________________________

 

Lehen is-Sewwa

It-Tlieta, 28 ta’ Novembru, 1996

Minn 'Wiehed Minnkom'

Pg 3.

 

Il-Veri Hbieb ta' L-Emigranti.

Socjeta' li ghad Tikber Sewwa.

 

Meta thares lejn l-istatistika tal-Gvern u tfittex kemm emigranti hallew pajjizma ssibl li mill-gwerra 'l hawn telqu madwar 77, 700 ruh sa l-ahhar ta' Settembru li ghadda. Izda ahna naqrawx qalb dawk in-numri l-istroja u l-problem spritiwali li ghandu jew ser ikollu kull wiehed minnhom. Kemm minnhom ghandhom bzonn ta' qassis li jiehu hsiebhom? Kollha kemm huma.

 

Fost dawk l-emigranti, matul dawn l-ahhar hmistax il-sena, hallew pajjizhom tnax-il qassis u tliet frajiet ta' Socjeta' relugjuza b'vokazzjoni missjunarj. Qabdu tliet triqat tal-bahar ghal kollox differenti: it-triq tal-Punent lejn il-Kanada, it-triq tal-Lvant lejn l-Awstralja u t-triq ta' l-Afrika lejn l-Abissinja.

 

Dawn il-missjunarji tal l-emigrant telqu mid-dar taghhom ta' Sant'Agata u huma membri tas-socjeta' Missjunarja ta' San Pawl.

 

Xoghol ta' Snin.

 

Il-missjunarji ta' ordni religjuz ma jsirux bil-bakketta magika. Jithawlu u jitilghu ftit ftit, sena wara l-ohar, bhal dawk is-sigar li thawlu u ghadhom telghin malli tidhol fil-kunvent ta' Sant'Agata. Anzi l-ewwel zerriegha taghhom, l-weewl zerriegha ta' sigar li ghandha futur kbir, zeraghha Monsinjur De Piro. L-idea ta Monsinjur De Piro, li jwaqqaf din is-Socjeta', gietu fl-1910 u l-Papa qaddis Piju X, fl-istess sena berikha. Izda din iz-zerriegha, bhaz-zerriegha kollha, li taghti frott tajjeb, damet zmien twil bhal midfuna fid-dlam. Fl-1921 l-Arcisqof Caruana approva s-Socjeta'. Sitt snin wara, pijonier ta' mijiet ohra li ghad iridu jimxu warajh, Fra Guzepp Caruana, telaq lejn l-Abissinja. Telaq wahdu u ghal sebgha u ghoxrin sena baqa' wahdu. Is-Socjeta' ma rnexxilhiex tibghat missjunarju iehor. Fra Guzepp li ghamilha ta' kollox, minn spizjar sa mastrudaxxa, minn bennej sa infermier, ghandl-unur li zamm il-bandiera tperper u salva l-idea missjunarja tas-Socjeta'.

 

Imbaghad giet il-gwerra. U Sant'Agata saret kamp ta' l-internament. Internati, suldati, bahrin, pulizija, bombi fuqha, shelters fil-katakombi. Izda z-zejt fil-lampa ta' quddiem l-atar baqa jixghel dejjem. L-idea missjunarja ma ntfiet qatt.

 

Fl-1948 telaq l-ewwel grupp ta' sacerdoti ghall-Awstralja u fl-1958 telaq l-ewwel grupp ghall-Kanada.

 

Is-Superjur, Dun Mikiel Callus, li tant hadem u kabbar is-Socjeta' tista' tghid minghar hadd ma nduna, ghaliex hadem bie spritu ta' umilta' nisranija, seta jiftah quddiemu l-mappa u jimmarka kull fejn is-Socjeta kienet qieghda tahdem u kull fejn ghad trid tahdem.

 

Il-Missjunarji ta' San Pawl kienu gargu mill-katakombi u kienu qabdu t-riqat tad-dinja. Fi zmien ghaxar snin mill-1948 sal l-1958, kienu fethu djar f'Melbourne, f'Perth u f'Windsor ta' Ontario.

 

Il-Futur hu taghhom.

 

Meta, ftit granet ilu, gie inawgurat il-gewnah gdid tal-Kunvent ta' Sant'Agata, mort bl-idea li ser nara bhal dormitorju ghan-novizzi godda. Kien ili ma mmur snin. U sibt mhux biss Kunvent gdid ikbar, nadif, organizzat, imma hajja u spirtu gdid ukoll. Fin-novizzi u fil-qassisin godda hemm l-ispirtu ta' min ihoss li ghandu l-futur tieghu. hemm l-entuzjazmu. Hemm il-fidi. U tidher, ghax thossha, li hemm il-grazzja ta' Alla. Il-grazzja ta' Alla dejjem thossha meta tiltaqa' maghha. U l-Providenza ta' Alla, specjalment il-Providenza tal-vokazzjonijiet godda, ta' l-ghoxrin student u tat-tletin aspiranti, kwazi tmissha b'idejk.

 

Mort rajt il-kappella gdida tal-Madonna, li ghaliha hemm devozzjoni kbir minn Malta kollha, u sibt gojjell artistiku. Il-kappella b'armonija ta' kuluri ta' irham mill-isbah, giet ideata mill-kavalier Vincenzo Bonello! Ftakart meta konna flimkien ghaxrin sena ilu u meta, qabel ma tlaqna ghall-ewwel vjagg li seta' kien il-qabar taghna, konna tlabna flimkien ma' l-ohrajn u ma' Dun Mikiel Callus f'dik l-istess Knisja. Minn hemm haduna f'nofs l-Afrika. Donnu destin li kull min jidhol Sant'Agata jrid jaqbad it-triqat tad-dinja.

 

Jemigraw maghhom.

 

Izda l-missjunarji ta' San Pawl, li jridu jahdmu u jghixu, jimxu u jmexxu l-emigranti Maltin, u maghhom emigranti Taljani, Francizi, Irlandizi, ma jitrawmux qal il-katakombi ta' Sant'Agata. Jitrawmu jew qalb it-tfal ta' San Guzepp tal-Hamrun, jew qalb it-tfal ta' l-Oratorju ta' Birkirkara. U hemmhekk, avolja qalb it-tfal, bl-isfond tal-hajja taghhom u ta' nieshom, jitghallmu iktar u jiedu esperjenza ikbar tal-hajja, specjalment tal-hajja taz-zghazagh milli jistghu jiehdu mill-kotba kollha tal-librerija tal-Kunvent. Studju, Sports, banda, Scouts, snajja, teatrini, aptit u l-allegrija ta' min hu taht l-ghoxrin sena. Fl-Oratorju organizzaw brigat bil-banda taghha. Kollha ideat u attivitajiet li jemigraw maghhom ghal qalb iz-zghazagh u t-tfal ta' l-emigranti Maltin.

 

Sal-lum is-Socjeta' ghandha 26 qassis u 12 il-missjunarju. Izda Dun Mikiel Callus jista jahseb ghal passaporti godda u jaqbad jimmarka fuq il-mappa tal-Kanada u ta' l-Awstralja ic-centri godda li s-Socjeta ta' San Pawl tiftah fihom.

 

U kultant jinzel sal-kripta u jiehu l-pariri minn Monsinjur De Piro.

 

Il-pariri ta' Monsinjur De Piro huma cari: aktar vokazzjonijiet u iktar missjunarji qal l-eluf u l-eluf ta' emigranti Maltin. U mbaghad jasal iz-zmien tal-Missjonijiet l-ohra. Hafna jiddependi mill-ghajnuna u mill-"borse di studio" li jghatu l-hbieb ta' din is-Socjeta'.

 

U s-sigar godda li thawlu fid-dhul ta' Sant' Agata, ghad jikkbru u jaghtu l-frott huma wkoll. Is-sigar li jikbru huma simbolu tal-futur.

 

-_________________________________________________________________________

 

Lil Hutna

Dicembru, 1961.

Bernard Mangion S.S.P.

Pg. 62

 

Mons. De Piro u l-Emigranti.

 

Kull min jiftakar lil Mons. G. De Piro, jiftakru bhala bnedem mill-izjed attiv, li kien igawdi l-fiducja u r-rispett tas-superjuri ekklezjastici tieghu. Bizzejjed insemmu xi ftit mill-hidma tieghu ta' gid ghal Malta, specjalment ghall-fqar taghha; kien Direttur ta' mhux inqas minn hames Istituti tal-karita'; Segretarju ta' l-Isqof Caruana; Rettur tas-Seminarju; rapprezentant tal-Kleru fis-Senat; Direttur tal-Lega tas-Sacerdoti Adoraturi; ko-fundatur tas-Sorijiet Missjunarji ta' Gesu Nazzarenu. Izda l-aqwa bicca xoghol li ghaliha haseb sa minn meta kien ghadu jistudja ghal sacerdot, hija bla dubju ta' xejn is-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl.

 

Bhala Socjeta' Maltija, b'ideal Missjunarju, zgur li ma setax isib patrun ahjar mill-Appostlu tal-Gnus. Ra mill-boghod kemm kien se jbati l-emigrant Malti mighajr sacerdot malti u ghalhekk mimli bi spirtu tassew Pawlin iddecieda li bhalu f'hutna ta' barra kienet l-ghjta kontinwa tieghu. Ghalhekk ix-xoghol qalb l-emigranti ghamlu l-fini principali tas-Socjeta' tieghu. Ghax, x'jiswa li ndahhlu fil-Knisja Nsara godda jekk imbaghad nitilfu lil dawk li huma diga Nsara? Is-Socjeta' ta' San Pawl, mimlija bl-ispirtu missjunarju u bl-imhabba ghal "hutna ta' barra", tal-Fundatur taghha, qieghda twettaq xoghol ta' fejda fost l-emigranti taghna. Meta wiehed ihares lejn il-gid li qieghda taghmel din is-Socjeta' zgur li ghandu jghodd lil Mons. De Piro bhala l-ikbar benefattur ta' l-emigrant Malti.

 

Kien fl-1948 meta l-ewwel membri tas-Socjeta' - Fr. Wistin Grech u Bro. Pantalleresco - bdew il-hidma taghhom fl-Awstralja. Wara hafna tbatija u qtigh ta' qalb fl-1951 fethu l-ewwel dar, is-St. Mary's Mission House gewwa Melbourne - u kemm kienet mixtieqa u ghal qalb il-Maltin din id-dar juri l-fatt li mill-ewwel saret ic-centru taghhom, centru li fih isiru attivitajie spiritwali u wkoll rikreattivi. Fl-1952 mar gewwa l-Awstralja fuq talba ta' l-Arcisqof ta' Melbourne, Fr. Galea. Ix-xoghol dizinteressat taghom gibed l-ammirazzjoni ta' l-Awtoritajiet Ekklezjastici li wrew ix-xewqa li jkollhom fosthom membri tas-Socjeta' ta' San Pawl. Matul is-snin in-numru tas-sacerdoti tas-Socjeta' beda jikber u mieghu bdiet tikber l-attivita' missjunarja. Izjed ma jmorru qassisin l-Awstralja, izjed jinfethu orizzonti godda.

 

B'sinjal ta' rikonoxxenza tax-xoghol imwettaw mill-membri tas-Socjta' fid-Djocesi tieghu, l-Isqof ta' Perth, fl-1956 ta f'idejn il-kura tas-Socjeta l-parrocca ta' Swanbourne. Wara biss 13 il-sena s-Socjeta' ckejkna ta' San pawl ghandha fl-Awstralja, is-St. Mary's Mission House ta' Melbourne b'erba sacerdoti u brother u s-St. Mell's Mission House u l-parrocca ta' Swanbourne f'Perth bi tliet sacerdoti u brother, filwaqt li sacerdot iehor jahdem bhal social worker f'Sale. Is-Socjeta' taghna ghanha wkoll dar ohra - is-St. Paul's Mission House f'Londra, Ontario il-Kanada, fejn hemm jahdmu il-membri tas-Socjeta', Fr. Mizzi u Fr. Grech, waqqfu ghaqda ghall-Maltin, il-"Malta United Society", li ghandha l-"Malta United Buletin" bhal organu taghha, b'Fr. Mizzi editur.

 

L-ispazju ma jippermettilix li nikteb fuq dak kollu li ghamlet u qieghda taghmel is-Socjeta' ta' Mons. De Piro ma' "hutna ta' barra". "B'hekk Mons . De Piro jkun jista jinghadd ma' dawk l-erwieh qaddisa li skon l-espressjoni liturgika, zejnu l-Knisja ta' Kristu b'familji godda ta' erwieh haddiema". (Mons. Isqof Galea). Il-qalb kbira tas-Socjeta' ta' San Pawl tiftah il-bibien taghha biex, mimlija bi qlub zghazagh u generuzi tkompli tkabbar il-hidma taghha fost hutna ta' barra.

 

_________________________________________________________________________

 

Il-Berqa

Is-Sibt, 2 ta' Dicembru 1961

Artiklu minn N.N.

 

Socjeta' Maltija tal-Emigranti

Ghaqda missjunarja ta' San Pawl.

 

"Nahsbu f'hutna ta' barra". Dawn il-kelmiet hargu mill-qalb imhegga ta' Mons Guzeppi De Piro. Huwa kien bniedem li jilmah fil-boghod u gie ghall-konluzjoni li ghandu jkun hemm Socjeta' Maltija ta' Sacerdoti u Brothers li jkollha hsieb specjali tal-emigranti Maltin. Kien ghadu jistudja ghal sacerdot meta dan il-hsieb beda jberren go mohhu. Izda kellu jistenna disa' snin sakemm il-hseib tieghu twettaq fl-1910 bil-barka tal-Qaddis San Piju X, u f'Gunju ta' l1912 ir-regoli gew approvati u s-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl giet imwaqqfa.

 

Il-progress lis-Socjeta' kienet qieghda taghmel narawh imfisser f'ittra li l-Arcisqof Mawru Caruana kien baghat lil Mons. De Piro f'gheluq il-25 sena li kien ilu jqaddes. L-ittra tibda hekk: "Hadt tassew gost meta rajt li s-Socjeta' ta' San Pawl, ghall-missjonijiet ta' barra, sejra gmielha 'l quddiem that il-ghajnejn tieghek li bdejtha, waqqaftha u qieghed tmexxijha".

 

U bhala awgurju ghall-gublew tieghu sacerdotali, l-Arcisqof issokta jiktiblu: "…nixtieqlek li dak li zrajt u li nibet u li msoqqi bil-gharaq tieghek, kiber u beda jaghti l-frott, meta taghlaq il-50 sena tal-quddiesa tieghek tarah sigra , tara wkoll hafna xtieli mehudin minn dis-sigra u mhawlin band'ohra, saru sigar u li fuqhom marru jittajru biex jistkennu l-ghasafar ta' kull gens uli dak in-nhar inti tisma' dawk l-ghasafar ighannu bla mistieh, donnhom jizzu hajr 'l Alla talli mhabba fik sabu l-kenn, id-dawl u l-hajja."

 

L-awgurju twettaq izda mhux ghal kollox. Ghax Mons. De Piro miet fl-1933 u ma setax jara s-sena 1952, is-sena tal-gublew sacerdotali tieghu. Imma l-parti l-ohra sehhet tassew ghax fl-1952, is-Socjeta' kienet diga baghtet xi whud mill-membri taghha l-Awstralia u b'hekk bdiet thawwel xtieli ohra f'artijiet imbeghda.

 

Fil-Kostituzzjoni "Exul Familia", li l-Papa Piju XII kien hareg fl-1952, huwa wera x-xewqa li l-emigranti jkollhom maghhom sacerdoti ta' l-istess ilsien taghhom, sacerdoti li jkunu jistghu jifhmuhom ahjar fid-diffikultajiet taghhom. Hutna l-Maltin emigranti ghandhom ukoll maghhom sacerdoti Maltin.

 

Il-Hadd 13 ta' Jannar, 1952, ma ghandu jintesa qatt mill-emigranti Maltin ghaliex kien il-jum li fih giet miftuha l-ewwel Dar tal-Missjoni gewwa l-Awstralia, f'Melbourne, mill-E.T. l-Arcisqof Mannix, Dar li ghandha dan il-hsieb specjali - li tahdem fost l-emigranti Maltin.

 

L-Arcisqof ta' Perth, Mons. Redmond Prendville, f'ittra tieghu tat-18 ta' April tal-1956, ghogbu jafda f'idejn is-Socjeta' ta' San Pawl id-direzzjoni "in perpetuum" bil-"cura animarum" tal-Parrocca gdida ta' Swanbourne, Western Australia, filwaqt li l-Maltin li jinsabu tant Perth kemm ukoll f'dak l-Istat jibqghu that il-kura ta' l-istess Socjeta'.

 

Fl-1958 is-Socjeta' hawlet fergha ohra gdida f'kontinent iehor. Din id-dar, li qieghda f'Windsor, Ontorio, Kanada, fiha 2 sacerdoti u Lay-Brother. Bhad-djar l-ohra ta' l-Awstalia sservi wkoll bhala centru ghall-Maltin.

 

Illum is-Socjeta' tghodd fuq is-60 membru u ghandha 3 djar hawn Malta: - Il-Motherhouse Sant'Agatha, fejn jitrawmu l-futuri missjunarji, sacerdoti u brothers: l-Istitut ta' San Guzepp, il-Hamrun: u l-Oratorju B'Kara. Ghandha wkoll 3 djar ohra barra minn Malta, li diga semmejna izjed 'l fuq. Hija baghtet diga 14 il-missjunarju, 1 l-Abbissinja, 3 fil-Kanada u 10 fl-Awstralia: li qeghdin 3 f'Perth u 7 f'Melbourne.

 

Ghalhekk hija haga ta' konsolazzjoni x'hin tiftakar li hawn Socjeta' Maltija li qeghda trawwem novizzi studenti bil-hsieb li tibghathom ma' hutna li biex isibu x'jieklu hallew art twelidhom u 'l nieshom.

 

Ghalhekk kienet profezija dik ta' l-Arcisqof Caruana meta qal lil Mons. De Piro…"tara wkoll hafna xtieli mehudin minn din is-sigra u mhawlin band'ohra, saru sigar u li fuqhom marru jittajru biex jistkennu l-aghsafar ta' kull gens ighannu bla mistrieh donnhom jizzu hajr 'l Alla talli mhabba fik sabu l-kenn, id-dawl u l-hajja".

 

Naghmel, ghalhekk, appell lill-Maltin kollha, specjalment li dawk li ghandhom nieshom emgranti biex ighinu li din is-Socjeta' l-ewwel bit-talb (ghax dan hu l-aqwa ghajnuna) u mbaghad billi jghinu l-Vokazzjonijiet permezz tal-propoganda u fl-ahhar, ghax necessarja hafna, l-ghajnuna materjali, biex dan ix-xoghol nobbli li zera' u saqqa bilgharaq tieghu Mons. De Piro jkompli jikber ghall-glorja t'Alla u ghall-gid ta' l-erwieh, specjalment ta' hutna l-emigranti.

 

_________________________________________________________________________

 

Malta Missjunarja

Frar 1962

Francis Darmanin S.S.P.

Pg. 27

 

Gej Sacerdot Malti Maghna?

 

Fit-8 ta' Dicembru telqu minn Malta 379 emigrant Malti fuq il-vapur "Fairsea". Kienet xena ta' qsim il-qalb meta fid-dwana ngabru l-qraba u l-hbieb taghhom biex isellmulhom ghall-ahhar darba. Kien hemm ukoll xi membri tas-Socjeta' ta' San Pawl biex isellmu ghal dar'ohra lil Dun Karlu Caruana S.S.P. Waslet is-siegha tal-firda u war li ghannaq lil ommu u l-hutu u qrabatu bis lil hutu membri tas-Socjeta'.

 

Ftit wara dehru telghin il-vapur u dik ix-xena ma tintesha qatt. it-tixjir ta' l-imkatar u d-dmugh imsieheb mal-biki kien jaqsamlek qalbek. Il-vapur kien lest. Beda jhaddem il-makni. U hutna l-emigrant taw l-ahhar harsa fuq ix-xtut ta' art twelidhom. L-emigranti sejrin, telqu, iva mhux qed jidhru izjed, le qalbhom maqtugha. Hares daqxejn madwarek ghaziz emigrant u hemm tara bniedem mieghek, iva gej mieghek u se jibqa' mieghek anki meta tasal fid-destin tieghek. Gej propju ghalik. Minhabba fik telaq lil niesu, l-art li welditu, telaq kollox ghax ihobbok.

 

Din hija t-tieni darba li Dun Karlu Caruana S.S.P. se jara x-xtut ta' Awstralja. F'Mejju ta' l-1954, mal vapur "Sydney" kien mar ghall-ewwel darba. Huwa kien kappillan t'abord u l-"Welfare Officer". Mar f'Melbourne biex hemm jinghaqad mas-sacerdoti l-ohra shabu li qeghdin jahdmu fost il-Maltin. Minn dak in-nhar ghaddew seba' snin ta' hidma ta' tbatija u ta' sagrificcju li jitnizzel biss fil-ktieb tal-Mulej. Fit-28 ta' Mejju ta' din is-sena gie hawn Malta biex jara lill-familja tieghu.

 

Fr. Caruana hekk kif spicca l-istudji tieghu u gie ordnat sacerdot, gie mqieghed fil-qasam ta' l-Apostolat. Fr. Caruana nghata b'ruhu u gismu biex iwettaq il-missjoni tieghu. Ghalkemm sahhtu ma kinitx fl-aqwa taghha, hu dejjem ghamel hiltu biex jara ferhanin il-mijiet ta' tfal li ta' kuljum kienu jingabru fil-bitha ta' l-Oratorju Festiv li s-Socjeta' ta' San Pawl ghandha f'Birkirkara. Dan jixhduh is-Superjuri tieghu, il-katekisti u l-genitur tat-tfal.

 

M'ghaddhiex zmien wisq meta s-Superjuri ghazluh bie ikun wiehed mill-Assistenti tal-kummisjoni ta' l-Emigranti. U hawn Fr. caruana wera kemm kienet ghal qalbu din il-missjoni. Huwa thabat u habrek, dar hafna postijie jaghmel tahdidiet u konfernzi lill-emigran prospettive. U zgur li huwa stess qatt ma kien jobsor li kellu jkun snin war Kappillan tal-Maltin fl-Awstralja.

 

Ghalkemm din l-ahhar kiene ta' bilfors tweggaghlu ftit qalbu, ghalix kienet tfisser firda mill-gheziez genituri tieghu, niesu u aret twelidu, huwa kien ferhan li gie maghzul biex iwettaq l-ideal ta' zoghzitu li jkun Missjunarju u huwa kien wiehed mill-"pioneers" tas-Socjeta' taghna.

 

F'Melbourne, Fr. Caruana kien maghruf tajjeb hafna fost il-Maltin, specjalment fost dawk ta' North Fitzroy, Fitzroy, Collingwood, Carlton, Alton, Kensignton u Pascoe Vale. Huwa kien tabihaqq jaghraf jisraq il-qalb ta' kulhadd kbar u ghar u lil kollha kemm huma bil-kelma t-tajba kien iressaqhom lejn is-sagramenti Mqaddsa.

 

M'ghaddhiex zmien wisq u Fr. Caruana gie maghzul biex ikun l-ewwel Kappillan tal-maltin fid-Djocesi ta' Sale. U dak li l-Maltin f' Melbourne tilfu fil-persuna ta' Fr. Caruna sabuh il-Maltin ta' Morwell East, Yalbourne, Moe u Newborough.

 

Il-kliem sabih li hareg mill-qalb ta' l-isqof ta' Sale, Dr. Lyons, qabel ma' Fr. Caruana halla d-Djocesi tieghu, juri bid-deher kemm il-missjoni tal-ghaziza Socjeta' taghna giet apprezzata fil-persuna ta' dan is-sacerdot zelanti. U l-istess osservazzjonieti saru minn Fr. O'Dwyer, Kappillan ta' Moe, minn Fr. O'Regan, Kappillan ta' Morwell East u minn Fr. Walsh Kappillan ta' Yolbourne. Qabel ma gie Malta sarlu 'party' f'giehu u sar xi prezentazzjonijiet min hutna l-emigranti, minn Dr. John Wiseman f'isem in-nies tal-parrocca ta' Morwell East, u minn Mr. Theo Van Der Zalam f'isem il-Catholic Youth Associations.

 

Wara li qatta l-vaganzi hawn Malta, Fr. Caruana rega mar fl-Awstralja izda mhux f'Melbourne imma fil-Parrocca ta' Perth li fit-18 ta' April tal-1956 l-Arcisqof ta' Perth, Mons. Redmond Prendiville kien ghogbu jafda f'idejn is-Socjeta' ta' San Pawl. L-ideal li ghalih qeghda tghix is-Socjeta' ta' San Pawl jidher li qieghed jigi mahdum b'ghaqal kbir ghax fl-ghot ta' din il-Parrocca s-Socjeta' rat ir-rikonoxxenza tas-Servizzi li l-membri taghha qeghdin jaghmlu ghall-Maltin Emigranti f'Victoria u Western Australia.

 

In-numru tas-Sacerdoti u Lay-Brothers tas-Socjeta' taghna qieghed ejjem jizdied skon il-holma tal-Fundatur Mons. G. De Piro, li jara 'l ulied tieghu jahdmu fost huthom l-emigranti Maltin. kellhom bzonn hutna l-emigranti jaghrfu japprezzaw l-iedal nobbli ta' dawn il-qalbiena, li qeghdin ihallu pajjizna mhux biex jaghmlu futur ghall-familji taghhom, imma ghall-uniku gid ta' huthom il-Maltin.

 

_________________________________________________________________________

 

Lehen is-Sewwa

Is-Sibt, 2 ta' Ottubru, 1965

Dun Bernard Mangion, S.S.P.

Pg 3.

 

Mons. Giuseppe De Piro

Missier il-Foqra u l-Emigranti.

 

X'kont int ghal Malta tixhdu Hi:

Missierhom u Ommhom jistqarruk il-fqar, l-iltiema.

Jekk Malta tilfet fik qaddis, jien nghidlek:

Is-sliem ghalik, O Missjunarju, sliem.

(Karm. Vassallo, 1935)

 

Fis-17 ta' Settembru, 1933, il-mewt hasdet minn fostna, lil Mons. Guzeppi De Piro, fl-eta zghira ta' 56. F'dik il-gurnata Malta tifet figura nazzjonali, stmata minn kulhadd: il-foqra, l-iltiema u l-emigranti tilfu missier, il-kleru Malti tilef gawhra.

 

Kien bniedem ta' qalb nobbli u kbira. L-imhabba tieghu lejn il-proxxmu kienet thaddan lil kulhadd, imma b'mod specjali lil dawk li l-izjed kienu batuti u minsija. Il-missjoni kienet l-ieal tieghu u minhabba ifh Malta tista' tiftahar li hij wkoll bhall-pajjizi akbar minnha ghandha Socjeta' Maltija li l-ghan pricipali taghha hu l-missjoni. Bhala patrun taghha huwa ghazel l-ikbar missjunarju tal-knisja, l-Appostlu Missierna San Pawl. Il-karba tieghu kienet: "Wasalt biex immut u ghadni ma rajt l-ebda sacerdot minn tieghi fil-missjoni". Illum mill-genna zgur li jhares kuntent meta jara mhux biss sacerdot wiehed imma hafna li flimkien mal-brothers tas-Socjeta' tieghu jinsabu mxerrdin fl-Awstralja u l-Kanada.

 

Fl-1923 kiteb: "Galabarba il-fini ta' l-Istitut taghn huwa l-missjoniet ta' barra 'aktarx' li l-weewl ma jibdw iservu ikunu l-Maltin imbeghda minn pajjizhom". L-'aktarx' ta' l-1923 illum ilha li saret realta'. Il-missjunarji tas-Socjeta' ta' San Pawl, is-Socjeta' ta' Mons. DePiro, mimlijin bl-ispirtu tal-Patrun taghhom san Pawl li fil-missjonijiet tieghu dejjem fittex l-ewwel lil hutu l-Lhud, xterdu ma l-Awstalja u l-Kanada biex jaqdu lill-gheziez "huthom ta' barra".

 

Hafna kienu l-opri tieghu li Malta hadet gid minnhom, imma zgur li l-ebda wahda ma tisboq dik tat-twaqqif ta' din is-Socjeta' Providenzjali. Il-mejjet Arcisqof ta' Melbourne Dr. Mannix, fl-okkazjoni tal-ftuh ufficjali ta' l-ewwel dar tas-Socjeta' ta' San Pawl gewwa d-Djocesi tieghu qal: "Jiena ma stajtx ma nkunx milqut mit-triqat gholja tal-Providenza. Mons. De Piro… kien mahluq biex jaghmel hwejjeg kbar u specjali li l-missjunarji Maltin kellhom iwettqu fl-Awstalja. Meta l-maltin jigu fuq din l-art gdida, hija haga kwazimehtiega li barra l-qassisin Awstarljani ikollhom ukoll qassisin Maltin li jafu l-istess ilsien u drawwiet taghhom, u jistghu jghinuhom sabiex ikunu jistghu jibqghui mixjin fit-triq it-tajba. Mons De Piro ippreveda dan il-bzonn u qala' l-approvazzjoni mill-Awtoritajiet ta' Ruma biex wettaq il-hsieb tieghu. Ahna f'Melbourne inhossuna xxurtjati hafna li qeghdin ingawdu wkoll il-frott ta' l-opra tal-Fundatur."

 

Barra din is-socjeta' li tant swietlu xoghol u dmugh, insibuh f'elf bicca xoghol ohra. L-imhabba, l-ubbidjenza u r-rispett lejn l-awtorita' ekklezjastika qatt ma hallewh jghid le, ghax-xewqat tas-superjuri tieghu.

 

Kien bniedem qaddis onest u biezel u ghalhekk fl-ghazla ghal xoghol delikat u importanti kien imfittex hafna. "Il-Providenza kienet fdatlu f'idejh bosta xoghlijiet li jaqghu that l-ghajnejn. B'dik il-mixja serja u umli, u b'dik it-tbissima li turi l-qalb tajba u li tghamillek kuragg, kont tarah minn zmien ghall-iehor issa sejjer lejn is-Seminarju fejn kien Rettur, issa lejn il-Kurja bhala Segretarju Generali ta' l-Isqof, issa qalb il-Missjunarji jew Sacerdoti Adoraturi, li taghhom kien is-Superjur, issa fis-Seant fejn kien rapprezentant tal-Kleru, issa fil-funzjonijiet tieghu ta' Dekan tal-Kattidral, issa jiggerra bejn l-Istituti tal-Karita', San Guzepp, Fra Diegu, San Frangisk Di Paola, Gesu' Nazzarenu, li kienu kollha fdati f'idejh". (Mons. Isqof Galea).

 

L-orfni u lfqar kien verment il-mimmi ta' ghajnejh. Flusu ma kienux ghajr ghall-karita'. Mijiet ta' Maltin ibbenefikaw minn din il-qlb twajba u generuza, tant li bla tlaqliq nistghu nghid li kien is-sacerdot tal-poplu. Mhux ta' b'xejn meta titkellem ma wiehed xi ftit anzjan bil-ferh u b'sens ta' kburija jghidlek li kien jafu, kien kellmu, kien zewgu, etc.

 

Din l-istess imhabba tieghu lejn l-imsejkna u l-batuti ried li tixxettel ukoll fil-qlub ta' uliedu, membri tas-Socjeta' religjuza tieghu. Fost ix-xogholijiet li riehom jidhlu ghalih insibu l-kura ta' djar ta' tfal ltiema u djar ohra ta' beneficenza. Tant ried li f'din il-haga inkunu perfetti, li quddiem diversi talbiet ghax-xoghol taghhom huma ghandhom jaghzlu li jahdmu l-ewwel qalb l-umli u l-imsejkna.

 

Kien bniedem li jar 'l boghod ghax l-gher tieghu kien immexxi mill-imhabba tieghu lejn Alla u lejn il-proxxmu. Il-htiega ta' l-opri li huea beda ghadha tinhass. Illum meta eluf ta' Maltin qed ihallu x-xtut taghna biex jaqiglhu l-ghixien taghhom, ghandna nharsu lejn Alla u nirringrazjawh talli nqeda b'Mons Buzeppi De Prio biex f'Malta titwaqqaf socjeta' religjuza missjunarja li qed toffri l-energija taghha ghall-kura spiritwali ta' hutna emigranti.

 

_________________________________________________________________________

 

Maltese Herald

L-Erbgha, 8 ta' Dicembru, 1971.

N.N.

Pg. 2

 

F'Malta….Hamsin Sena Ilu.

 

"Malta hija kbira f'uliedha." qal wiehed mill-kittieba taghna. Wiehed minn dawn l-ulied kien minghajr dubju, Monsinjur Guzeppi De Piro, sacerdot bin in-Nobli li qatta' hajtu mal-fqar u ma l-iltiema tad-Dar ta' San Guzepp tal-Hamrun u ta' divesi istituti ohra ta' Malta u Ghawdex. Sacerdot li habb bil-fatti lill-art twelidu u li serviha anke fis-Senat. Din il-kariga sefghet ghalih ta' martijru li bih Alla ried jtemm snin hajtu biex ikun tabilhaqq vittma tal-karita' u ta' l-ubbidjenza. F'dik is-sena li dam fis-Senat huwa hadem kemm felah biex tirranga ruhha l-kwistjoni plitiku-religjuza li kienet inqalghet u b'dehen tassew ta' qaddis, mignjar qatt ma ndahal fil-politika, ghara jaqdi x-xoghol li kien fdalu Mons. Arcisqof.

 

Imma l-akbar opra li permezz taghha Mons De Piro wera l-kobor ta' l-imhabba tieghu lejn art twelidu u lejn ulieha, kienet it-twaqqif tas-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl.

 

Il-belt antika ta' l-Imdina, dejjem kiene marbuta ma' l-istorja t'art twelidna. Fiha l-Malti kiteb l-istrorja t'artu. Mons De Piro, ezattament hamsin sena ilu, ghazel din il-belt biex jikteb pagna ohra fl-istorj ta' Malta. Imdawwar ma ftit zghazagh, kollha herqanin biex jghinu lil huthom li jhallu Malta, gewwa wahda mid-djar storici ta' din il-belt antika, ta bidu ghat-twqqif tas-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl.

 

Hija haga maghruf ali kull hseib qaddis dejjem sab xi tfixkil. Is-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl ma kienetx eccezzjoni. Mons De Piro flimkien ma l-ulied spiritwali tieghu sofrew hafna minn dawk li ma fehmuhomx. Kien hafna r-rimarki u azzjonijiet li setghu qatghulhom qalbhom li jzommu hajja din il-familja religjuza gdid a fi hdan il-Knisja. Biex insemmu kaz wiehed biss, nikkwotaw sentenza ta' persuna li kellha certa influenza fil-gzira dak iz-zmien. "Ma nafx ghalfejn din is-Socjeta' qieghda tezisti!".

 

Il-hsieb tal-Fundatur, meta waqqaf din is-Socjeta' kien li l-membri taghha jahdmu biex ikompli jikber u jinxtered ir-renju ta' Kristu, ghalhekk ried li l-membri ta' din is-Socjeta' Missjunarja, minn barra li jaghmlu t-tliet voti essenzjali ta' l-ubbidjenza, tal-faqar u tal-kastita', jaghmlu wkoll il-vot tal-missjoni li bih jiddikjaraw ruhom lesti biex imorru f'kull naha tad-dinja fejn l-ubbidjenza tibghathom.

 

Mons. De Piro, li kellu qalb ta' "generozita" li tghaggeb, ma habbx lill-Maltin ta' Malta biss, izda mhabbtu lahqet ukoll lil dawl li qeghdin f'art il-barranin, 'l boghod minn nieshom u mnghajr sacerdot. "Nahsbu f'hutna ta' barra", kien ta' spiss itenni. Huwa halla miktub fil-Kostitutzzjonijiet tas-Socjeta' tieghu, "…ghalhekk is-Socjeta Missjunarja ta' San Pawl ghal dik li hi missjoni taghti prefernza lill-emigranti Maltin".

 

Iz-zmien li Alla l-Imbierek silef lil Mons. De Piro, kien zmien qasir hafna. Miet tnax-il sena wara t-twaqqif tas-Socjeta', fl-eta' ta sitta u hamsin sena. Miet u ma kellux ix-xorti li jara lill-membri tieghu jahdmu fost huthom ta' barra. Imma bhal dik iz-zerriegha li tmut biex taghti l-hajja, hekk gara mill-mewt ta' dan il-Fundatur qaddis.

 

Wara l-ahhar gwerra, il-Maltin bdew ihallu Malta b'numru kbir. Dun Mikiel Callus, l-ewwel Superjur naghzul minn fost il-membri ta' l-istess Socjeta' haseb biex iwettaq il-hsieb ta' Mons. De Piro. Fl-1 ta' Lulju, 1948, Dun Wistin Grech halla Malta ghall-Awstralja biex jizra' l-ewwel zerriegha ta' xoghol qalb il-Maltin Emigranti. Dun Wistin dam l-Awstralja ghal dis' snin u war mar jiftah ukoll l-ewwel missjoni tas-Socjeta' fost il-Maltin tal-Kanada.

 

Iz-zerriegha li zera' Dun Wistin Grech illum kibret b'ghoxrin sigra li jinsabu imxerrdin fl-istati ta' Victoria, West Australia u N.S.W. fl-Awstalia u Ontario, il-Kanada. Il-Malti Emigrat u s-sacerdot tas-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl insibuhom dejjem flimkien. Ma tghaddix sena li ma naqrawx fil-gazzetti li xi sacerdot ta' din is-Socjeta' se jhalli Malta biex jahdem qalb l-emigranti Maltin.

 

Il-Malti li halla art twelidu fors iqatt ma haseb, li Sacerdot patriott Malti, hamsin sena ilu kien diga qieghed jahseb fih u waqqaf ghalih Socjeta' Maltija ta' Missjunarji biex jghinuh f'dak kollu li jkollu bzonn.

 

_________________________________________________________________________

 

Lehen is-Sewwa

15 ta' Settembru, 1973.

Minn Wiehed Minnkom

Pg. 5

 

X'jistenna l-Poplu mill-Kleru.

 

Monsinjur De Piro.

 

Nhar it-Tnejn 17 ta' Settembru wiehed minn dawn il-qassisin, li kienu qassisin mija fil-mija, Monsinjur De Piro jaghlaq tletin sena mejjet. Kien jappartjeni lil wahda mill-familji l-aktar ghalja ta' pajjizna. Telaq kollox u bi spirtu enor u kontinwu ta' sagrificcju, iddedika hajtu ghall-iltiema ta' San Guzepp u ghas-Socjeta' ta' San Pawl li waqqaf f'Sant'Agata. L-opra tieghu kompliha qaddis iehor, Dun Mikiel Callus.

 

Waqt li l-vokazzjonijiet naqsu u xi drabi nixfu, l-vokazzjonijiet ghas-Socjeta' ta' San Pawl immoltiplikaw ruhhom. Ghad li hemm ukoll fatturi ohra jigbdu z-zghazagh, b'danakollu s-sejha ta' zewg qaddisin tinhass.

 

Monsinjur De Piro ra l-boghod. Intebah li l-emigranti Maltin kellhiom bzonn tal-qassis missjunarju li jmur jiehu hsiebhom. Fehem illi f'pajjizna, wkoll tletin sena ilu, l-emigrazzjoni kien se jkollh tikber. U haseb ghaliha.

 

Is-Socjeta' ta' San Pawl, li llum saret tiddependi bhala Socjeta' Missjunarja rikonxxuta direttament mill-Kongregazzjoni ta' Ruma, tant qeghda tikber u tixtered illi, ghad li ktibt fuqha drabi ohra, ma nistax inlahhaq maghha. Issa, f'dawn l-ahhar sentejn, regghet hadet zvilupp kbir. U gheluq it-tletin sena mill-mewt ta' Monsinjur De Piro, inhoss li ghandi malli nsib iz-zmien, immur inzur il-qabar tieghu f'Sant'Agata, d-dar li salvatli hajti fil-gwerra, sabeix nara b'ghajnejja u nkun nista' nerga' nikteb fuq din l-opra sublimi ta' Monsinjur De Piro, wiehed mill-qassisin li, fuq kollox, kellu spiritwalita' profonda.

 

_________________________________________________________________________

 

Artiklu

Ottubru 1977

ta' Br. Saviour Sammut M.S.S.P.

 

"Henjin dawk li jghammru f'darek;

huma jfahhruk ghal dejjem.

Henjin dawk li jsibu l-qawwa taghhom,

li ghandhom ghal qalbhom il-pellegrinagg ghat-tempju".

 

"Huma u ghaddejja minn wied niexef,

ibidluh f'nixxieghat ta' ilma;

u x-xita bikrija ibiddluh f'ghadajjar.

Jimxu minn belt ghal belt,

sa ma jidhru quddiem Alla f'Sijon."

(Salm 84 (83) 5-8)

 

Dawn il-hsibijiet tas-salmista lili jiffigurawli lil Guzeppi De Piro, kemm bhala sacerdot kif ukoll bhal fundatur tas-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl. L-istat sacerdotali jixhed il-hegga qawwija ta' l-individwu li jghix qrib il-Mulej. Dan huwa jaghmlu billi jaghtio ruhu ghas-servizz tieghu: kemm fil-kult litrugiku, kemm fix-xandir tal-kelma tieghu, u wkoll fl-attenzjoni tal-qdusija personali u ta' l-ohrajn.

 

Ghax Guzeppi waqqaf f'hajtu komunit' religjuza, huwa ta lill-Knisja l-milja tad-dedikazzjoni tieghu. Mhux biss kien kuntent bis-servizz tieghu fejjiedi u numeruz, iwsq izjed ta' tant responsabilta; izda halla gawhra Maltija warajh. Fetah socjeta' biex tilqa' fiha lil kul min ried jinghata lill-Mulej sa jkun dispost ghal kull fejn hu jenhtiea fil-mixja 'l quddiem tal-Knisja fejn ghadha hi ma waslitx! Din il-familja ta' missjunarji hi l-eku haj ta' sacerdozju genwin u li twettaq fil-milja kollha tieghu.

 

Guzeppi DePiro sa lahaq sacerdot m'hu xejn aktar minn kull zaghzugh iehro ta' tmiem is-seklu dsatax. L-uniku distintiv partikulari kien tal-familja tieghu - in-nobilta' Makezi DePiro D'Amico Inguanez Navarra. Izda l-kwalitajiet sbieh li kienet imzejna din il-familja b'mertu kbir tas-sinjr Ursula, ftit li xejn ittimbrawha b'dak id-dieher fuqani li soltu nattribwixxu lil din il-klassi ta' nies. Fidili lejn ir-religjon u prattikanti, semplici fil-hajja ta' kuljum, minghajr kburija u presunzjoni, il-Markiza Ursula gharrfet ittella' lid-disgha wlieda, irgiel u nisa ta; karattru, mahbubin minn kulhadd, lesti li jghinu lill-batut, imzejna b'vera nobilta' tal-qalb u l-mohh!

 

Gewwa d-dar, Guzeppi, bhal hutu kien hu wkoll imidd idu fil-htigijiet ta' kuljum: jixtri jiknes. Bhal tfal ohra ma naqsux il-brikkunati tieghu; bhal meta kien jixxabbat mal-kopla tal-Katidral ghall-bejtiet, u wara jerga' ghal fuq il-bejt tad-dar. Sintendi, minghajr ma jhalli lil ommu tintebah b'li ghamel! L-iskola mar il-liceo u li wasslitu ghall-universita' fejn beda l-kors tal-ligi ghal avukat. Qeda d-dmir tieghu lin-Nazzjon u ghamel erba snis lieva fil-Milizja Maltija. Lura fuq l-istudju, sakemm nhar it-8 ta' Mejju 1898, ha l-akbar decizjoni ta' hajtu. Halla l-kors tieghu fil-ligi u ddecieda li jsir qassis.

 

U hekk kien. Il-preparazzjoni tieghu fl-Universita' Gregorjana wasslitu fuq l-artal. Dan sehh nhar il-15 ta' Marzu, 1902 fil-Lateran. F'Malta beda s-servizz tieghu fil-Qrendi (fejn mar l-aktar mimhabba f'sahhtu). Hames snin wara twettqet wahda mill-holm tieghu; gie moghti l-kura ta' l-istitut, mhux le dak ta' san Guzepp izda ta' Fra Diegu il-Hamrun. Ftit ftit ix-xoghol tieghu f'dan il-qasam socjali tkattar. Insibu direttur ta' l-istitut ta' San Guzepp, il-Hamrun; ta' Gesu' Nazzarenu, iz-Zejtun; ta' San Guzepp, f'Ghawdex; u San Frangisk De Paule, Birkirkara.

 

Barra l-qadi ta' servizzi ohra kemm istituzzjonali, kemm ekklezjastici, u wkoll personali, Mons. DePiro qeda lill-Knisja f'karigi governattivi: Insibuh membru ta' kumitat turistiku fil-Ministeru ta' Informazzjoni Pubbliku; membru fil-kumitat nazzjonali "Pro Maltesi Morti e Feruti il 7 e 8 Giugno"; membru ta' l-Assembeja Nazzjonali ta' l-1919; u wkoll fil-Parlament Malti ta' 1919-1921. U fl-1932 kien wiehed mir-raprezentanti tal-Knisja fil-Parlament.

 

Izda dak li tassew jonora lil Mons. DePiro mhux ghajr it-twaqqif tas-Socjeta Missjunarja ta' San Pawl. Din kienet holma li nibtet f'Capranica fejn ghadda s-snin taz-zmien l-istudju tieghu ghal sacerdot. Aktar ma mexa 'l quddiem u ghix is-sacerdozju tieghu din kibret u thegget f'qalbu. Sa ma fl-ahhar ra l-bidu taghha, kanonikament, nhar l-14 ta' Novembru, 1921. Minn issa 'l quddiem din saret qalbu. Ma hedhiex sabiex jaraha tibda tiehu l-hajja u tpoggi fil-konkret l-iskop taghha: L-ewwel missjunarju hall Malta ghall-Abissinja sitt snin biss wara. Hu stess haseb biex imur ukoll fl-art tal-missjoni. Kien ga ddecieda dwar dan izda l-mewt ghallarrieda li giet fuqu waqqfet kull pjan li kellu. Dan gara xahar biss qabel lahaq wettaq dak li ried! Miet fis-17 ta' Settembru 1933.

 

Hesrem hall din il-hajja. Waqt li kien qed imexxi funzjoni religjuza l-okkazjoni ta' Marija Addolorata fil-parrocca tal-Hamrun, matul l-ghoti tal-Barka Sagramentali, hassu hazin. Bil-giri ttiehet l-isptar centrali, il-Furjana, fejn ftit wara miet. Malta kollha bkiet. Bkewh dawk l-iltiema fl-istituti flimkien mas-sorijiet u l-fratelli taghhom; bkewh dawk il-foqra li dejjem fittxewh u l-erwieh li sabu fih farag u ghajnuna; bkewh hutu u l-familjari mal-kleru kollu Malti; bkewh l-awtoritajiet ekkklesjastici u wkoll civili; bkewh "Uliedu fi Kristu" fin-nieqa tas-Socjeta' ta' San Pawl. ghalkemm grajjet it-tieni gwerra dinjija nessiet 'l Mons. Guzeppi DePiro, izda z-zmien li gie warajjha rega' ta l-hajja lix-xitla li kien halla u li tixhed qdusitu u eghmilu.

 

Illum il-gurnata, uliedu fis-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl jimlew qalbhom bil-ferh ghat-tifkira ta' Missierhom DePiro. Jafu lilu b-binja tal-hsieb ta' Alla dwarhom u l-vokazzjoni taghhom. Il-fedelta' fil-minsterju sacerdotali li jaraw fil-fundatur taghhom hu ghalihom il-fundament biex jibqghu maghqudin shih u jkomplu dak li Alla ried minn Mons. DePiro, u llum, minnhom!

 

_________________________________________________________________________

 

Il-Hajja

Il-Hamis, 27 ta' Ottubru, 1977

Dwardu Fenech OSA

Pg. 6.

 

Il-Fundatur tas-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl.

 

It-2 ta' Novembru ta' din is-sena jahbat l-ewwel centinarju mit-twelid ta' Monsinjur Guzeppi De Piro, fundatur tas-Socjeta' ta' San Pawl li llum, wara ghargfien internazzjonali taghha mill-Vatikan, him maghrufa bl-isem ta' Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl. It-titlu 'Missjunarja' kellu jizdied biex tohrog ahjar in-natura ta' din l-ghaqda, u biex tinghazel mis-Socjeta' tal San Pawl ta' origini Taljana. Illum din is-Socjeta' Maltija hi mifruxa f'bosta pajjizi. Bizzejjed insemmu li d-djar taghha huma mxerrda f'postijiet imbieghda bhall-Awstralja; il-Peru' u l-Kanada u hemm progetti ta' iktar espansjoni. In-Novizzjat ta' l-ghaqda qieghed fiz-Zebbug, Ghawdex, filwaqt li d-dar centrali qieghda r-Rabat Malta.

 

Min Kien.

 

Mons. Guzeppi Dei Marchesi De Piro D'Amico Inguanez Navarra twieled fl-Imdina min-Nobbli Alessandru u Ursula, imwielda Agius Gauci. Hu kien is-seba wiehed minn disat ahwa, li kollha twieldu Malta, minbasrra marija Tereza, Karmenu u Santinu li t-tlieta twieldu Firnze. L-ghada tat-twelid tieghu, jigifieri, fit-3 ta' Novembru 1877, Guzeppi tghammed mill-Arcipriet il-Kan. V. Magri fil-Katidral ta' l-imdina u nghata wkoll l-ismijiet: Ganni, Frangisku, Paskal, Dwardu u Nikola. Bhala parrinijiet kellu lill-Baruni Alessandru Sciberras D'Amico u Marija Anna Agius.

 

Ta' hdax-il sena, Guzeppi dahal student fil-Liceo tal-Belt u kemm dam hemm ha hafna premjijiet daqqa fil-Germaniz, daqqa fid-disinn, daqqa fil-pittura, u daqqa f'suggett iehor. Hu tghallem il-pittura taht Guzeppi Cali' (1846-1930). Mill-11 ta' Ottubru 1892 sat-23 ta' Dicembru 1896 hu kien kadett fil-Militia ta' Malta, u fl-istess intervall, sewwa sew fl-1894, hu ghadda mill-ezami tal-Matrikola. Bejn l-1894 u l-1897 hu ghamel kors fl-Universita' fil-Fakulta' ta' l-Arti u x-Xjenza u tghallem il-Latin, l-Ingliz u t-Taljan bil-Letteratura taghhom, Filosofija Intellettwali u Morali, Matematika, Fizika u Ekonomija Politika. Hu beda wkoll il-kors tal-Ligi fl-1897, imma s-sena ta' wara kellu jmur Ruma fejn kellu missieru qed imut. Dan kien f'Jannar. Fit-30 ta' April 1898 hu kien ma studenti ohra fil-Knisja tal-Gizwiti, il-Belt, waqt in-novena tal-Madonna ta' Pompej, u talab lill-Madonna biex iddawlu fuq is-sejha tieghu. Hekk wasal biex fit-8 ta' Mejju ta' l-istess sena qataghha li jsir qassis. Hu tghallem fl-Universita' Gregorjana u kien ordnat sacerdot fil-15 ta' Marzu 1902 minn Mons. Capetelli fil-Lateran.

 

Socjeta'.

 

Kien fis-sena 1950 li Dun Guzepp De Piro ddiskuta ma' diversi qassisin l-idea li kienet gietu sa mill-ewwel sena (1898-99) ta' l-istudji tieghu ghas-sacerdozju li jifforma Socjeta' Missjunarja. Fl-1907 hu mar fid-Dar ta' San Guzepp biex ikellem lil Dun Gorg Bugeja fuq il-hsieb tieghu. Tkelloem ukoll ma Dun Gwann Mano, maghruf ghall-hidma tieghu fost it-tfal f'hal Tarxien, fil-post fejn illum hemm il-knisja, l-Oratorju u d-dar ta' l-Agostinjani. Kellem ukoll lil Dun E. Vassallo u lil ohrajn.

 

Fit3 ta' Awissu 1907, l-Isqof Pace qabbdu jiehu hsieb l-Istitut ta' Fra Diegu tal-Hamrun li qabel kien f'idejn il-Patrijiet Frangiskani Minuri. Dan ix-xoghol ghamlu mill-qalb, imma xorta baqa jhoss li kellu jwaqqaf Socjeta' ghall-Missjonijiet. ghalhekk fid-29 ta' Settembru 1908 hu fetah qalbu ma l-Isqof Pietru Pace (1831-1941), u ghall-ewwel darba wrieh x'kien jixtieq jaghmel. L-Isqof qabel ma l-idea. L-istess ghamel Mons. La Fontaine, Vizitatur Apostoliku, li gharraf b'dan lill-Papa Piju X, u dan baghat il-benedizzjoni Appostolika tieghu. L-ewwel dar tas-Socjeta' fethet ufficjalment fit-Triq San Rokku, fl-Imdina fit-12 ta' Gunju 1909.

 

Kien l-Isqof Dumnikan Mons. Anglu Portelli (1852-1927) li wara l-mewt ta' Mons. Pietru Pace hareg il-permess fis-6 ta' Ottubru 1914 li tinghata l-libsa religjuza lill-membri tas-Socjeta'. Mill-1915 sal-1918 il-fundatur kien segretarju generali ta' l-Isqof Dom Mawru Caruana O.S.B. Mill-1918 sal-1920 hu kien Rettur tas-Seminarju l-Kbir fl-Imdina. Fl-4 ta' Frar 1921 is-Sagra Kongregazzjoni tar-Religjuzi tat il-permess lill-Isqof Mawru Caruana biex jipprocedi ghall-erezzjoni kanonka tas-Socjeta'. Fis-26 ta' April ta' l-istess sena, Mons. De Piro fetha dar gdida ghas-Socjeta' fil-Palazz Xara, fl-Imdina. L-Isqof Caruana mbaghad hareg digriet fl-14 ta' Novembru, biex waqqaf kanonikament l-ghaqda ta' De Piro. Fit-23 ta' Novembru tal-1922, Mons. De Piro sar Direttur tad-Dar ta' San Guzepp, u fit-22 ta' Dicembru ta' l-istess sena lahaq Direttur ta' l-Istitut tan-Nazzarenu fiz-Zejtun. Fit-8 ta' Mejju 1923, il-Kappillan tar-Rabat Dun E. Bonnici ta l-knisja ta' S. Agata lis-Socjeta'.

 

L-ewwel surmast tan-Novizzi u Moderatur ta' l-istudenti kien Patri E. Bugeja O.S.A. Patrijiet ohra taw ukoll l-ghajnuna taghhom, u fost dawn kien hemm, per ezempju, il-Gizwiti u d-Dumnikani. Min-naha l-ohra membri tas-Socjeta' ta' San Pawl taw ukoll l-ghajnuna taghhom lil ohrjan. Hekk, nghidu ahna, fid-19 ta' Gunju 1927 Bro. Guzepp Caruana telaq lejn l-Abissinja biex ighin lil Patri Anglu Mizzi O.F.M. Kapp.

 

Miet fl-1933.

 

Mons. Guzeppi De Piro miet fis-17 ta' Settembru 1933 wara li hassu hazin fil-knisja ta' San Gejtanu l-Hamrun, u ttiehed l-Isptar Centrali tal-Furjana. Hu kien ghad ghandu 56 sena, imma l-opra tieghu kienet kbira. Hu kien ghen ukoll fl-inkwiet tas-Sette Giunio u fil-kwistjoni ta' Sir Gerard Strickland.

_________________________________________________________________________

 

 

The Maltese Herald

It-Tlieta, 1 ta' Novembru, 1977

Fr. George Scerri

Pg. 6.

 

Ic-Centinarju tat-Twelid ta' Mons. Guzeppi De Piro.

 

Nhar it-2 ta' Novembru jahbat l-gheluq il-mitt-sena mit-twelid ta' Monsinjur Guzeppi De Piro, li twieled l-Imdina mill-familja nobble De Piro, tant maghrufa f'Malta.

 

Hu beda l-istudju tieghu fil-Liceo il-Belt Valletta. Kien dejjem minn ta' quddiem fl-istudju u meta kien ghad ghandu 14-il-sena beda jhoss il-Vokazzjoni ghal sacerdot. Imma, kif kienet id-drawwa ta' dak I-zzmien il-familji Nobbli kienu jibghatu lill-uliedhom ghal xi zmien fis-servizz tal-Milizja, fejn huwa ghadda erba snin. Wara dan beda jistudja l-ligi Civili fl-Universita ta' Malta. Fit-30 ta' April 1898 waqt li kien qed jaghmel in-Novena tal-Madonna ta' Pompej, li s-soltu jaghmlu l-istudenti tal-Universita ha decizjoni li jkompli jistudja ghal sacerdot. F'Settembru mar joqghod Ruma fil-Kullegg Capranica biex ikompli l-istudju tieghu fl-Universita' Gregorjana. Fil-15 ta' Marzu 1902 gie ordnat Sacerdot fil-Bazilika tal-Lateran Ruma.

 

Wara li spicca l-istudju tieghu rritorna lejn Malta, u ma' diversi sacerdoti hbieb tieghu, fosthom Dun Gorg Bugeja, Direttur tal-Istitut ta' San Guzepp wera l-hsieb li kellu sabiex iwaqqaf socjeta ta' Sacerdoti biex imorru jahdmu fil-Misjonijiet. Dan is-sacerdot ghalkemm gej minn familja nobbli dejjem mexa ta' bniedem umli u fittex li jghin il-haddiem, il-fqir u l-orfni. Fit2 ta' Awissu 1907, l-Isqof Pace ghamlu Direttur tal-Istitut ta' Fra Diegu tal-Hamrun, u wara ftit taz-zmien wera lill-Isqof Pace bix-xewq li kellu li jwaqqaf Socjeta' Missjunarja. F'Novembru 1909 gie Malta l-Vizitatur Apostoliku, Monsinjur La Fontaine u Dun De Piro wrieh ix-xewq tieghu li jwaqqaf Socjeta Missjunarj. Dan inkoraggieh hafna u meta rritorna Ruma tkellem mal-Papa Piju X u qallu bil-hsieb ta' Dun De Piro, u l-Papa stess baghat il-Barka tieghu lil dawn is-sacerdoti likellhm jiffurmaw din is-Socjeta'. Sentejn wara il-Papa baghat il-Barka Apostolika lil Dun De Piro u lis-Socjeta' li waqqaf.

 

L-ewwel dar tas-Socjeta' kienet l-Imdina u l-ewwel zewg membri bhala postulanti dahlu fit-30 ta' Gunju 1909,u minn dak in-nhar is-socjeta' bdiet miexja 'l quddiem.

 

Fl-1920 Dun Guzepp De Piro lahaq Monsinjur Dekan tal-Katidral. Din il-kariga zdiedet mal-hafna karigi gholjin li kellu bhala Rettur tas-Seminarju, Membru tal-Kamra Pontificja, Direttur tad-Dami tal-Karita' u Direttur tal-Assocjazzjoni tas-Sacerdoti tal-Adorazzjoni Perpetwa. Fl-1922 gie mahtur Direttur ta' San Guzepp tal-Hamrun u tal-Istitut ta' Gesu Nazzarenu taz-Zejtun. Fl-1925 waqqaf l-Istitut ta' San Guzepp, Ghajnsielem Ghawdex.

 

Fost dan ix-xoghol kollu li kellu afdat f'idejh Monsinjur De Piro l-aktar li kellu ghall-qalbu kienet is-Socjeta' Missjunarja li waqqaf ghax fiha kien jara l-possibilta' li l-quddiem jkun jista' jibghat sacerdoti jahdmu fil-missjoni. Fl-1927 talbuh biex jibghat xi missjunarji gol-Abissinja u l-ewwel wiehed li mar kien Brother Joseph Caruana li qatta hajtu kollha jahdem qalb is-Somali. Hu miet sentejn ilu.

 

Fis-sena 1932, l-Arcisqof Caruana ghazel lil Mons. De Piro biex ikun ir-rapprezentant tieghu fis-Senat ta' Malta u wara gie nnominat kappilla ta' l-istess Senat. Wara hafna tahbit kellu ix-xorti li jara l-Motherhouse ta' Sant'Agata imbierka mill-Isqof Caruana. Fl-24 ta' Lulju 1933 marru joqghodu hemm l-ewwel ftit membri tas-Socjeta'. Erba' xhur waraf dan Alla ghogbu jsejjahlu biex jiehu il-hlas tal-opri tajba li kien ghamel. Fis-17 ta' Settembru 1933 waqt li kien se jaghti l-Barka Sagramentali hassu hazin f'riglejn l-artal tal-Parrocca tal-Hamrun. Minn hemmhekk gie mehud l-Isptar Centrali tal-Floriana fejn miet qalb it-tfal li tant kien ihobb. Kellu funeral mill-isbah u attendew bosta nies prominenti inluz il-Gvernatur Sir David Campbell.

 

Izda x-xoghol li kien beda ma spiccax mal-mewt tieghu, ghax ix-xewqa tieghu li "Nahsbu f'hutna ta' barra" gie mwettqa meta fl-1948 zewg sacerdoti u brother hallew Malta biex jigu jahdmu fost il-Maltin tal-Awstralja. Dawn bdew ix-xoghol taghhom gewwa Melbourne. Illum is-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl ghandha 15 il-sacerdot u seba studenti jahdmu fost il-Maltin ta' Melbourne, Sydney u Perth.

 

Ghalhekk hu xieraq f'din is-sena tac-centinarju tat-twelid ta' Monsinjur De Piro niftakru f'dan il-bnedem li tant hadem ghall-fqir, ghall-orfni u ghall-haddiem f'Malta u li permezz tas-Socjeta' li waqqaf ghadu jahdem ukoll fost il-Maltin hawn fl-Awstralja.

 

Biex jigi ccelebrat dan ic-Centinarju go Melbourne sejra ssir quddiesa koncelebrata fil-Parrocca ta' Saint Bernardette's North Sunshine nhar il-erbgha 2 ta' Novembru fis-7.00pm. Il-prim Celebrant se jkun l-Isqof J. O'Connell flimkien mas-sacerdoti tas-Socjeta'. Mal-Awstralja kollha kull fejn hemm id-djar tas-Socjeta' se jsiru celebrazzjonijiet simili.

 

_________________________________________________________________________

 

Il-Hajja

L-Erbgha, 2 ta' Novembru, 1977

…………….

Pg. 4

 

Hidma b'tifkira tal-fundatur tas-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl.

 

Matul dan ix-xahar is-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl se torganizza diversi attivitajiet biex tfakkar il-100 sena mit-twelid ta' Monsinjur Guzeppi De Piro, fundatur taghha.

 

Bhala bidu ta' dawn l-attivitajiet sar seminar ghall-membri kollha tal-M.S.S.P. li jisabu f'Malta dwar l-ispiritwalita' ta' Monsinjur De Piro.

 

Mons. De Piro hu deskritt bhala qassis li ghadda hajtu kollha jahdem bla waqfien ghall-foqra, l-orfni u l-haddiema.

 

Huwa kien Rettur tas-Seminarju u Segretarju tal-Kurja ta' l-Arcisqof. Huwa kien jiehu hsieb hamest id-djar ghat-tfal iltiema u sfortunati.

 

Mons. De Piro kien ha sehem attive biex jintemm l-irvell tas-Sette Giugno 1917. Ta s-sehem tieghu wkoll fl-Assemblea Nazionale biex tingieb il-Kostituzjoni tal-1919-21. Fl-1932 huwa hadem biex il-Gvern Ingliz jaghti l-elezzjonijiet lill-poplu Malti u kien ukoll medjatur fl-inkwiet politiko-religjuz fi zmien Lord Strickland.

 

Is-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl, li waqqaf Mons. De Piro, ghandha l-hidma taghha mifruxa f'hafna artijiet tad-dinja. Minbarra djar f'Malta u f'Ghawdex, is-Socjeta' ghandha djar ohra fl-Awstralja, fil-Kanada u fil-Peru'.

 

_________________________________________________________________________

 

Pastor. (Rivista Pastorali)

Novembru 1977

Dun James Bonello, M.S.S.P.

Pg. 260

 

Mons. Guzeppi De Piro

Qassis ghal Zmienna.

 

"Bniedem nobbli fit-twelid tieghu u fl-istat sacerdotali li ghazel, baqa' nobbli sa l-ahhar mument ta' hajtu, fis-sentimenti, fl-imgieba u fl-eghmil kollu tieghu." Dan il-kliem editorjali ta' Lehen is-Sewwa tat-23 ta' Settembru, 1933, kien jigbor fih dak li gurnali ohrajn kitbu fuq Monsinjur Guzeppi De Piro immedjatatment wara l-mewt tieghu ta' malajr nhar is-17 ta' Settembru ta' l-istess sena izda fuq kollox kien ifisser ukoll dak li kien ihoss verament il-poplu Malti fil-fond ta' qalbu lejn dan is-sacerdot li habta u sabta kellu jsib ruhu mifrud minnu meta kien ghad kellu biess sitta u hamsin sena. Mal-mijiet ta' tfal li kienu sabu ruhom orfni ghat-tieni darba bil-mewt ta' dan il-qassis li kienu sabu ruhom orfni ghat-tieni darba bil-mewt ta' dan il-qassis li kien jiehu hsiebhom verament bhala t-tieni missierhom, is-Socjeta' ta' San Pawl sabet ruhha mighajr il-missier taghha wkoll, ftit biss wara t-twaqqif taghha.

 

Mons. De Piro kien halla vojt kbir f'qalb il-poplu Malti kollu li qajla seta' jimtela malajr. Ghax tassew li hu kien nobbli fit-tweld tieghu, imma nistghu nghid li l-hajja sacerdotali li huwa ghex u l-apostolat kontinwu li huwa wettaq favur s-sezzjonijiet kollha tas-socjeta' Maltija ghamlu minnu bniedem wisq iktar nobbli fil-vokazzjoni tieghu sacerdotali. Kien tassew xempju ta' sacerdot li l-kleru Malti gahndu ghalfejn ihares lejh bi gratitudni u ammirazzjoni, bhalma jhares lejn il-figura ta' Dun Gorg Preca, il-Kappillan karlu Manche' u numru ta' qassisin ohrajn Maltin li f'hajjithom riedu tassew ighixu s-sacerdozju taghhom fil-milja kollha tieghu.

 

Il-figura ta' dawn is-sacerdoti Maltin bhalna jehtieg li nzommuha kontinwament quddiem ghajnejna fi zminijietna meta xi whud minna jista' jigihom id-dubju jekk il-qassis ghadx ghadu daqstant apprezzat fid-dinja ta' llum. L-istima u l-imhabba li l-poplu wera lejn dawn is-sacerdoti nahseb li fuq kollox huma gejjin minn fatt wiehed komuni ghalihom ilkoll. Il-poplu fittex xi haga go fihom u sabha u ghalhekk ma ddisappuntawhx. Fihom il-poplu kien jara tassew il-bniedem ta' Alla u hajjithom stess iktar minn kull haga ohra li kienu wettqu kienet il-kawza ta' l-akbar ammirazzjoni u edifikazzjoni. Hajjithom f'kelma ohra kienet tassew hajja evangelika, rifless ta' dik l-imhabba shiha li huma kellhom lejn Alla u li kull wiehed minnho0m fissirha b'mod prattiku f'imhabba lejn ghajru skond il-karizma personali tieghu.

 

Trobbija Nisranija.

 

Ezatt mitt sena ilu, fit-2 ta' Novembru, twieled Guzeppi De Piro fil-belt ta' l-Imdina, is-seba' minn disa' wlied tan-nobbli Alessandro De Piro u Ursola Agius. Tghammed il-jum tal-ghada fil-Katidral u l-parrinijiet tieghu kienu l-Baruni A. Sciberras D'Amico u Marianna Agius. Guzeppi sab fil-familja tieghu mhux biss l-ghozza u l-imhabba , imma wkoll trobbija Nisranija mill-ahjra.

 

Is-Sinjura Kika, kif kienet maghrufa omm Guzeppi, kienet mara relugjuza hafna u ta' dixxiplina. Ghalkemm fid-dar kellha s-sefturi kienet tkun trid li t-tfal taghha kollha, subien u bniet, jaghmlu xi bixxa xoghol fid-dar. Ix-xoghol ma kenitx thares lejh bhala xi dizunur. Mhux biss, izda lit-tfal taghha kienet tqabbadhom jitghallmu xi sengha u Guzeppi fil-fatt tghallem is-sengha ta' landier.

 

Beda l-Kors tal-Ligi.

 

Guzeppi studja l-Liceo, il-Belt, fejn huwa hejja ruhu ghall-ezamijiet tal-matrikola. Fis-sena 1897 huwa beda l-kor regulari tal-Ligi, imma f'dan il-kors ma tantx kellu jdum wisq ghax matul in-novena tal-Madonna ta' Pompej, li ghamel flimkien ma' shabu universitarji, huwa kien qieghed jitlob lill-Madonna turih x'kien irid Alla minnu. Fit-8 ta' Mejju, nhar il-festa tal-Madonna, hass li seta' jiehu decizjoni u meta gharraf lil ommu li xtaq jibda l-kors tat-Teologija hija berkitu u inkaraggietu fid-decizjoni tieghu.

 

Mar Ruma jistudja fl-Universita' Gregorjana filwaqt li kien residenti fil-kullegg tal-Capranica. F'Dicembru ta' l-1901, waqt li kien qieghed jaghmel l-irtir bi thejjija ghall-ordinazzjoni tad-djakonat, ha wahda mid-decizjonijiet importanti ta' hajtu. L-Isqof Pace kien ilu zmien ihajjar lil guzeppi de Piro biex ikompli l-istudji ekkelzjastici fl-Accademia Ecclesiastica biex ikun jista jaqbad il-karriera diplomatika. Hu min-naha tieghu kien ilu zmien jixtieq li, meta jigi lura Malta, imur joqghod fl-Istitut ta' San Guzepp ma' Dun Gorg Bugeja. F'dan l-irtir halla miktubin ir-ragunijiet favur u konta ral-ghazla definittiva li kellu jaghmel. Izda r-ragunijiet ghalix ma xtaqx jaqbad il-karriera diplomatika ghalih kienu aktar konvincenti.

 

Fost il-ghaxar ragunijiet li kiteb ghaliex m'ghandux jaqbad din it-triq, uhud jixhdu s-sens kbir u profond li kellu lejn il-hajja umli li dejjem wera tul il-hajja sacerdotali tieghu kollha. Li kellu jaqbad il-karriera diplomatika keinbhal donnu se jqieghed lilu nnifsu ghall-wiri filwaqt li kie jaf fic-cert li Kristu jhobb 'il dawk l-erwieh li jhobbu jinhbew minn ghajnejn in-nies. Meta jieqaf jahseb fuq in-nuqqasijiet tieghu, jara kemm huwa ma kienx jisthoqqlu ghajr swat u altru li mhux xi prelatura u xi kariga diplomatika. Ghalih il-hsieb biss li se jsir sacerdot kien diga' xi haga kbira zzejjed. Meta fil-fatt baghat risposta lill-President ta' l-Accademia Ecclesiastica li mhux se jaccetta jkompli l-istudji tieghu hemm, hass konsolazzjoni kbir meta ftakar li bhal Gesu' kien ghazel il-kuruna tax-xewk u mhux dik tal-ward.

 

Fid-Dar ta' San Guzepp.

 

Meta Dun Guzepp De Piro gie biex jaghzel ghal liem xoghol kien se jinghata, insibu li r-ragunijiet li ghalihom ried jibda jahdem fid-Dar ta' San Guzepp jixhtu daw qawwi fuq it-tip ta' hajja li ghex: xtaq jghix flimkien ma' sacerdoti ohrajn li kienu diga' qeghdin imexxu d-Dar ta' San Guzepp; xtaq ipatti ghan-nuqqasijiet tieghu, l-iktar dawk li kienu ta' xi hsara ghall-proxxmu; seta' jimita iktar mill-qrib lil Gesu'; ghax li kellu jghix ma' tal-familja seta' jqieghed lilu nnifsu fil-periklu li jorbot qalbu mal-flus, u l-flus kienu jimlewlu hsibijietu u jehdulu hafna minn hinu; fid-Dar ta' San Guzepp seta' b'mod iktar facli jezercita l-virtu' tal-faqar, ghalkemm ma' kein marbu tbil-weghda tieghu; u b'xi mod seta' wkoll jitharreg iktar fil-virtu' ta' l-ubbidjenza.

 

Fqir Fost il-Fqar.

 

Dawn il-hsibijiet li Guzeppi De Piro gab quddiem ghjaneh fil-bidu tal-hajja sacerdotali tieghu kellhom isrvuh bhala l-principji li fuqhom ried ifassa hajtu. nafu mill-hall li ghex li dawn ghalih ma kienux pricipji fiergha, imma gwida tassew ta' hajtu. Il-wiehed u tletin sena tieghu ta' sacerdozju kienu mimlija kollha bl-appostolat, specjalment fost il-fqar ta' pajjizna.

 

Mhux biss hadem ghalihom u habbhom, izda hu li kollox seta' ghenu biex ighix hajja ta' kumdita' u lussu, ghazel li jghix ta' fqir fost il-fqar. Mhux ta' b'xejn li met ommu kienet tarah gej kienet dejjem tghid: "Gej il-fqir tieghi". Il-karita' ma kienx jaghmilha biss mat-tfal ta' l-istituti, izda ma' kull min kien jersq fuqu biex jitlobhiehlu. Mhux l-ewwel darba li kien jispicca bla flus fil-but u kien ikollu jitla' lejn l-Imdina bil-mixi.

 

Hajtu ma tantx kien fiha mistrieh. Kien Dekan tal-Kapitlu tal-Katidral. Ghal xi zmien okkupa l-karigi ta' Segretarju ta' l-Isqof u ta' Rettur tas-Seminarju. Kien difettur tad-"Dame della Carita", ghaqda li kienet tifttex tghin lill-fqar u li ommu kient il-presidenta taghha; ghen fil-bini tas-Santwarju ta' Pinu, Ghawdex; ha sehem importanti fl-Assemblea Nazzjonali ghalll-formulazzjont tal-kostituzzjoni l-gdida ta' Malta tal l-1921 u iktar tard fis-sena 1932 tal l-ghajnuna tieghu ukoll biex fix-xahar ta' Gunju ta' dik is-sena jsiru elezzjonijiet hielsa. Servawkoll bhala rapprezentant ta' l-Isqof fis-Senat.

 

Barra minn dan, kien membru ta' diversi ghaqdie ohra. U dan kollu kien jaghmlu barra xoghlijie ohra li keinu jedulu hafna zmien. Sal-gurnata tal-mewt tieghyu kien direttur ta' hames istituti differenti tat-tfal. Kien ukoll qieghed jghin lis-Sinjorina Guzeppina Curmi twaqqaf kongregazzjoni religjuza ta' sorijiet fl-Istitut ta' Gesu Nazzarenu, iz-Zejtun.

 

Is-"Sette Giugno"

 

Matu hajtu kollha Mons. De Piro ghara joqghod 'il boghod mill-politika met fi zmienu diversi sacerdoti prominenti kienu qeghdin jiehdu parti attiva fiha. U minhabba li hu qatt ma esprima ruhu politikament kien mizmum b'rispett minn kulhadd. dabn ir-rispett li dejjem kien igawdi mal-poplu u ma' l-awtoritajiet, swielu biex itaffi xi ftit mill-qilla tal-poplu fir-rewwixta tas-"Sette Giugno" meta f'waqt minhom ghall-kelma teighu l-poplu mghaddab tferrex u rega' lura lejn daru fil-kalma.

 

Snin wara, il-personalita' dinjituza u fl-istess hin umli tieghu ghamlitu l-persuna idejali biex ikun il-medjuatur pricipali biex tissewwa l-kwistjoni plitiko-religjuza kbira ta' zmien Lord Stickland. Kienu l-inizjattiva tieghu u t-tattika tieghu, imma fuq kollox is-sincerita' tieghu, li ghamluh persuna accettabli ghaz-zewg nahat. Hadd iktar minnu ma kien igawdi l-fiducja tan-nahat kollha u kellu l-kwalitajiet mehtiega bie iressaq iz-zewg nahat lejn xulxin b'success. Fi zminijiet imqallba u ta' firda Mons. De Piro kien baqa' jghix il-hajja sacerdotali tieghu bie spritu kbir ta; sagrificcju ui mis-sacerdozzju tieghu ghamel pont ta' ghaqda bejn is-sezzjoniniet kollha tas-socjeta' Maltija.

 

Interess fil-Missjonijiet.

 

Dak li ghidna sa issa fuq Mons. Guzeppi De Piro kien iktar minn bizzejjed biex jimla l-hajj ta' bniedem habrieki. Imma min ikun verament ihobb il-generozita' ma tantx ikun jaf jaghmel limiti. Imferrex matul hajtu kollha, Mons. De Piro kellu interess kbir iehor ghal qalbu u dan kien l-interess fil-missjonijiet. Kien ghadu lanqas biss qaddes meta hu hass xi haga go fih x'tghidlu li Alla qed isejjahlu biex mill-Istitu ta' San Guzepp jifforma socjeta' missjunarja Maltija li permezz taghha Malta jkollha hi wkoll l-istitut taghha propju li jiehu hsieb jibghat il-missjunarj f'artijiet tal-missjoni.

 

Fil-kitbiet tieghu nsibu car u tond li s-socjeta' li kellu jwaqqaf kien fi hsiebu socjeta li tibghat il-missjunarji qalb l-infidili, imma minhabba f'diversi diffikultajiet li kellu jhabbat wiccu maghhom, biex ikun jista' jiffacilita' t-twaqqif tas-socjeta tieghu, fil-bid lill-kongregazzjoni tieghu ried ukoll jorjentaha lejn il-maltin li dak iz-zmien kienu qeghdin isiefru lejn l-Afrika ta' fuq. Imma fil-fatt lill-ewwel missjunarju teighu, Fra Guzepp Caruana, baghtu fl-Abissinja. U sewwa sew ftit gimghat biss qabel il-mewt tieghu kien qieghed ihejji kollox biex hu stess iwassal tliet sacerdot tas-socjeta' u erba' sorjiet Frangiskani fil-missjoni ta' l-Abissinja.

 

imma l-Providenza kienet qieghda thejjih ghal vjagg itwa ghax nhar is-17 ta' Settembru 1933, filwaqt li kien qed jiccelebra l-fest tad-Duluri, li saret ghall-ewwel darba fil-Hamrun bis-sahha tieghu, waqt li kien qieghed fuq l-artal biex ighati l-Barka Sagramentali, hassu hass hazin u miet ftit wara fuq sodda go sala tat-tfal fl-isptar Centrali, il-Furjana. "Ghex ghat-tfal u miet mat-tfal", kien il-kumment ta' wiehed mill-professuri li assistewh sa l-ahhar.

 

Il-hajja sacerdotali tieghu kienet taf il-bidu taghha lill-Madonna ta' Pompej u Alla ried li hu jtemmha waqt li qed jiccelebra l-festa tad-Duluri tal-Madonna. Il-hajja ta' attivita' kbira ta' Monsinjur Guzeppi De Piro kellha dejjme bhala sisien taghha r-rabta mal-volonta' ta' Alla u l-ghaqda mieghu fit-talb u kien propju f'mument ta' talb li Alla sejjahlu ghalih.

 

Bil-mewt tieghu Malta tilfet wiehed mill-ulied ewlenin taghha. Il-funeral li sarlu wiehed jista' jiddeskrivih bhal avveniment nazzjonali li fih hadu sehem il-kategoriji kollha tas-socjeta' Maltija. Kien il-mod kif il-poplu Malti ried jghid grazzi pubblika lil min f'hajtu nes ghal kolox lilu nnifsu biex haseb f'haddiehor.

 

Illum, ezatt mitt sena mit-twelid ta' dan il-bniedem li sta' facilment gahdda mill-hajja bla tahbit ta' xejn, imma li ried fuq kollox isegwi mill-qrib il-hajja evangelika ta' faqar fil-hajja sacerdotali attiva tieghu, il-Maltin anzjani ghadhom izommu f'mohhom u f'qalbhom tifkierie mill-iktar sbieh tieghu. Il-generazzjonijiet il-godda ftit li xejn jafu fuqu. Id-diversi karigi lihu okkupa mtlew minn personalitajiet ohrajn.

 

Imma l-ispirtu li qanqal lil Mons. De Piro ghadu ma mietx, ghalu qieghed jinghx mill-membri tas-socjta' missjunarja li waqqaf hu stess. Gralu bhall-qamha li kellimna fuqha Kristu fl-Evangelju. Meta hu miet u tqieghed that it-trab, war snin, is-sigra li kien hawwel hu ssahhet, kibret u bdiet taghti l-frott u llum tinsab mferrxa fl-Awstalja, il-Kanada, il-Peru' u fid-djar li ghandha f'Malta u Ghawdex. Minghajr ma kien ippjanat lijkun hekk, dakinhar tat-2 ta' Novembru, li jahba ezattament eghlu il-mitt sena mit-tweld ta' Mons. De Piro, wiehed mill-missjunarji tieghu ghandu jkun fl-ajru fi triqtu biex jinghaqad ma' erba' shabu ohra fil-missjoni li s-Socjeta' Missjunarja ta' San pawl ghandha gewwa l-Peru'. Fil-vokabularju Nisrani l-kliem kumbinazzjoni u konicidenza ma tant jaghmel sens. Fatt bhal dan ma huwa xejn hlief prova ohra ckejkna li ghadu jbierek ix-xoghol fejjiedi li Mons De Piro beda matul hajtu.

 

_________________________________________________________________________

 

L-Orizzont

L-Erbgha, 9 ta' Novembru, 1977

Fr. Norbert Bonavia M.S.S.P.

Pg. 11

 

Nota ta' l-Editur: Mons. Guzeppi De Piro.

Is-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl, fix-xahar ta' Novembru qed ticcelebra gheluq il-mitt sena mit-twelid tal-fundatur taghha: Monsinjur Guzeppi De Piro.

 

Mons. De Piro kien qassis li hajtu ghaddiha f'hidma bla waqfien ghall-foqra, l-orfni u l-haddiema. F'hajtu ghamel zmien Rettur tas-Seminarju; Segretarju tal-Kurja ta' l-Arcisqof; kien jiehu hseib hamest idjar ghat-tfal iltiema u sfortunati; kellu parti attiva biex jintemm l-irvell tas-"7 Giugno 1919"; fl-Assemblea Nazionale biex tingieb il-Kostitutzzjoni ta' l-1919/21; fl-1932 ta sehmu biex il-Gvern Ingliz jaghti l-elezzjonijiet lill-poplu Malti, u ghamilha ta' mejatur fl-inkwiet politiko-religjuz fi zmien Lord Strickland.

 

Barra minn hekk hu waqqaf is-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl li l-hidma taghh hi mifruxa f'hafna artijiet mad-dinja. Is-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl, minbarra f'Malta u f'ghawdex, ghandha djar ohra fl-Awstralja, fil-Kanada u fil-Peru'.

 

Bhala tifkira ta' dan l-ewwel centinarju, is-Socjeta' Missjunarja ta' san Pawl bhalissa qed torganizza bosta attivitajiet.

 

-------------------------------------------

 

Il-Fundatur tas-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl.

 

Kieku ma hawn xi nies li jaghtu kaz ta' dati mportanti - bhal, inghid ahna, meta spiccat il-gwerra, meta hadna l-Indipendenza, meta Matla saret Repubblika - dawn id-dati jintilfu u maghhom jintilef hafna gid.

 

Wahda mid-dati mportanti li tajjeb din is-sena ma nhallux ghaddejjha hija t-2 ta' Novembru, 1877. Dak in-nhar twieled Mons. Guzeppi De Piro.

 

Ghal xi whud Mons. De Piro hu maghruf bizzejjed, izda hafna ohrajn ma jfaux min kien dan il-bniedem li f'hajtu hadem kemm felah, ghamel gid madwaru, ma' kull min kellu x'jaqsam mieghu, u anke haseb biex jaghmel il-gid barra minn pajjizu, li ftit johlmu li jwettquha.

 

Mons. De Piro twieled l-Imdina minn familja nobbli u sinjura. Biss din il-hajja hu ma ridhiex. Ghalhekk war lis ar qassis huwa sar midhla ta' l-istitut ta' San Guzepp f'Santa Venera. Dan ix-xoghol kien ghal qalbu ghax din kienet il-kwalita' ta' hajja li ried jghix: ta' fqir mal-fqar.

 

Wara l-mewt ta' Dun Gorg Bugeja, sar direttur ta' dan l-Istitut. Hekk ukoll gara wara l-mewt ta' Fra Diegu: l-Isqof fdalu t-tmexxija ta' l-Istitut ta' dan il-Fratell qaddis.

 

Biss ma kienx kuntent: ma' dawn it-tnejn huwa zied tlieta ohra, biex b'hekk kellu that il-kura tieghu hames istituti.

 

Ghal dawn l-istituti huwa berbaq kull sold li kellu, ghax dak iz-zmien l-istitu kienu mimlijin tfal. L-ghaxqa tieghu, jghidulna dawk li jiftakruh kienet issa jqassam il-helu lil danw it-tfal, issa jaghtihom xi gugarell - imbasta jarahom kuntenti.

 

F'hajtu sab hin ukoll biex jghin fill-formazzjoni tas-sacerdoti, ghax huwa kien Rettur tas-Seminarju. Is-Sacerdoti, li fi zmienu kienu seminaristi, jghidulna li kull meta kien ikollu ghalfejn jikkoregihom kien ikollu dejjem tbissima fuq xoftejh, imbaghad kien jispicca jghidilhom: "Kunu sacerdoti qaddisin".

 

Mons. De Piro li jghid kien jipprova jpoggieh fil-prattika. Bie aktar jitqaddes hu u jqaddes lil ohrajn, kien membru ta' l-ghaqda "Sacerdoti Adoraturi" u membru fil-Missjoni li tant taghmel gid sal-lum f'kull parrocca.

 

L-Arcisqof Mauro Caruana, li gharaf fih bniedem mimli talenti u ta; natural habrieki, ghazlu bhala Segretarju fil-Kurja, pozizzjoni li kif jaf kulhadd hija delikata u iebsa. Ghalhekk kienet haga sewwa li dan il-bnedem jigi moghti l-unur li jkun Dekan tal-Kapitlu Metroplita.

 

Hafna drabi jigri li nies li jkollhom hafna x'jaghmlu aktar isibu min jaghtihom x'jaghmlu. Hekk kien Mons De Piro, ghalix ma dak ix-xoghl kolli li kellu, l-Arcisqof ghazlu bhala rapprezentant tal-Kleru fis-Senat.

 

Anke hawnhekk Mons. De Piro ma qaghadx bi kwietu. Dak kolli li kien jara ta' gid kienifahhru imma fejn ikun hazin jieqaflu. Il-pariri ghaqlin tieghu swew mhux ttit f'dan ix-xoghol gdid. Kien igawdi fama kbira mal-poplu Malti u ghalhekk sewa hafna l-indhil tieghu biex jikkalma lill-poplu fir-rewwixta tas-7 ta' Gunju, 1919.

 

Imma l-ikbar opra li ghaliha jibqa zgur imsemmi hi s-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl. Minn mindu kien ghadu seminarista f'Ruma, kien dejjem iredden f'mohhu l-hsieb li Malta ghandha x-toffri lid-dinja, mhux deheb jew zejt if jaghtu artijiet ohra, imma l-fidi.

 

Ghalhekk huwa haseb biex iwaqqaf kongregazzjoni ta' l-irgiel, l-unika wahda Maltija, biex il-membri taghha jwaslu l-fidi fejn hemm nuqqas ta' sacerdoti. B'dan l-ideal car quddiemu beda jigbor iz-zghazagh.

 

Il-Qaddis Papa Piju X gharaf il-hsieb ta' Mons. De Piro, u kitiblu ittra biex ibierek lilu u l-membri tieghu, u fl-istess hin iqassilhom qalbhom. Imheggin biex il-messagg ta' Kristu jasal lil min hu ghtxan ghalih, Mons. De Piro baghat bhala l-ewwel misjunarju tieghu fl-Abissinja lil Fra Guzepp Caruana.

 

Lil min ihobbu, insibu fl-Iskrittura, Alla jsejjahlu kmieni, u lil Mons. De Piro l-Mulej sejjahlu meta kellu biss sitta u hamsin sena. Miet f'riglejn l-artal waqt li kien qieghed jaghti l-barka sagramentali fil-knisja ta' San Gejtanu, il-Hamrun nhar is-17 ta' Settembru, 1933, war l-purcissjoni tad-Duluri.

 

Il-funeral li kellu kien xhieda bizzejjed tar-rispett li kienet iggiblu Malta kollha. Bizzejjed insemmu li ghall-funeral kien hemm mill-izghar sa l-oghla persuna f'Malta. Fuq fomm kulhadd kienet tinstema' l-kelma: miet 'Missier il-Fqar'.

 

Ezempju tieghu u regoli li halla Monsinjur Guzeppi De Piro lill-membri tas-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl, is-socjeta' li waqqaf hu nnifsu, huma gawhar prezzjuzi li fuqhom iridu jfasslu hajjithom. Permezz taghhom huma jridu jkomlu jzommu haj l-ispirtu tal-fundatur imhabba u hidma fil-hdan tal-Knisja ta' Kristu.

 

_________________________________________________________________________

 

Il-Hajja

L-Erbgha, 16 ta' Novembru, 1977

………..

Pg. 4

 

Imfakkar Mons. De Piro.

 

Bhala parti mic-celebrazzjonijiet ta' gheluq il-100 sena mit-twelid ta' Mons. Guzeppi De Piro, nhar il-Hadd ghadd ta' membri tal-kleru regolari u djocesan ghaddew nofs ta' nhar flimkien fid-Dar ta' Sant' Agata, ir-Rabat.

 

Il-laqgha giet organizzata mis-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl u mis-Socjeta' tal-Kleru Christus Rex.

 

Wara li daru d-Dar u l-wirja mhejjija ghall-okkazjoni, is-sacerdoti semghu diskors minn Dun Stanley Tomlin, Superjur Generali tal-M.S.S.P. Huwa qar telgramm tal-Papa li fih fahhar u bierek il-hidma tas-Socjeta'.

 

Is-Superjur Generali qal li Mons. De Piro rnexxielu jghaqqad flimkien hajja ta' hidma kbira u hajja ta' talb. Il-holma tieghu kienet minn dejjem li jwaqqaf socjeta' missjunarja Maltija. Huwa kien ihoss li Malta ma setghetx taghti lill pajjizi ohra ghana materjali, imma setghet tibghat hafna sacerdoti biex iwasslu l-fidi f'artijiet ohra.

 

Fr. Tomlin kompla jghid li l-fundatur ma halliex gid materjali lis-Socjeta' tieghu ghax miet fqir imma hallielha wirt spiritwali mill-isbah. Huwa nissel fis-Socjeta' spirtu ta' mhabba u servizz lejn xulxin. Huwa nsista wkoll fuq spirt ta sevizz lej il-Knisja u l-poplu Nisrani.

 

Mimlija b'dan l-ispirtu s-Socjeta' dejjem hadmet mignhar ma fittxet l-interssi materjali. Hija qieghda zzomm l-uniku kullegg f'Malta minghajr hlas. Fl-Awstralja hija tat bicca art, li hu kkalkulat li tiswa kwart ta' miljun dollaru Awstraljan, biex jinbena centru ghall-Maltin.

 

Is-Superjur Generali tal-M.S.S.P. qal li s-Socjeta' m'ghandhiex x'jaghmel tajjeb izda dejjem afdat fil-Provvidenza t'Alla u l-Provvidenza qatt ma naqset.

 

Is-Socjeta' dahlet fil-qalb tal-Maltin u dan jidher mill-ghadd kbir ta benefatturi generuzi li ghandha.

 

Dun Tomlin temm id-diskors tieghu b'appell herqan lill-kleru biex isir jaf aktar lis-Socjeta' u b'mod specjali, biex jahdem ghall-vokazzjonijiet fi hdanha.

 

_________________________________________________________________________

 

Lehen is-Sewwa

Is-Sibt, 19 ta' Novembru, 1977

Victor Livori M.S.S.P.

Pg. 2.

 

MONS. GUZEPPI DEPIRO

Mitt sena minn twelidu (1877 - 1977)

 

Fit-2 ta' Novembru, 1877, twieled ghad-dell tal-Katidral tal-Imdina Mons. Guzeppi DePiro. F'Gheluq ic-centinarju mit-twelid tal-Fundatur tas-Socjeta' Missjunarja taghna, huwa xieraq li nfakkru l-poplu Malti f'Mons. DePiro. Dan ma nixtiqux naghmluh biex inkunu ktibna xi haga ghall-okkazzjoni, izda biex kull min jaqra dan l-artiklu u jislet xi taghlima mill-hajja ezemplari ta' Mons. DePiro, u japplikaha ghal hajtu.

 

Kif jindika kunjomu, Mons. DePiro kien wild in-nobbli, izda ghalkemm kien jaghmel parti minn klassi nobbli, huwa neza' l-privileggi u l-ghana li twieled fihom u ghazel minn jeddu li jghix hajja l-aktar fqira ma' l-ghorba u l-iltiema. Mons. DePiro kien iben nobbli mhux l-aktar ghax wiret in-nobbilta' ta' nisel missieru, izda ghaliex kien nobbli fl-opri ta' hniena li kien jaghmel, li ma kellhomx limit. In-nobbilta' li llum il-gurnata nammiraw f'Mons. DePiro hija din in-no0bbilta ta; karattru li gharaf irawwm fih sa minn ckunitu. L-ghemil ta' hniena u mhabbas li kien wettaq kullu fjen kien ikun huma xhieda awtentika ta' kemm Mons. DePiro kellu sentimenti nobbli. Jekk inharsu madwarna u nirriflettu ftit fuq il-hajja privata ta' kull wiehed minna, nintebhu kemm il-hajja taghna hija nieqsa minn sentimenti hekk nobbli. Jekk niflu l-bzonnijiet u l-esigenzi tas-socjeta' in generali naraw kemm illum id-dinja ghandha bzonn ta' nies mimlija bl-imhabba bhalma kien Mons. DePiro.

 

Ta' qaddis li kien, in-nobbilta' li biha kien moghni Mons. DePiro kienet tiddi fl-umilta' tieghu. Huwa kien ezempju awtentiku ta' hajja nisranija u meta lahaq il-milja tan-nobbilta tieghu u gie ordnat sacerdot huwa spikka fost il-ministri t'Alla bil-qdusija sacerdotali li kien jghix. Il-karita' li kien jaghmel Mons. DePiro kienet bla qies. Qatt ma gara li xi hadd talbu xi ghajnuna u dan m'ghamilx l-ahjar li seta' biex ikun kollox ghal kulhadd. Mons. DePiro ma kien marbut mal-gid materjali ta' din id-dinja. Kien ghalhekk li qatt ma sabha bi tqila biex jghin u jaghti kulma kellu ghall-fqar u ghall-batuti. X'dinja ahjar nghixu fiha kieku, bhal Mons. DePiro naghrfu niccahhdu mill-gid materjali ta' din id-dinja u neqirdu l-egojizmu li ma jhalliniex ninghataw ghall-ohrajn!

 

Hidma bla serhan.

 

Fost it-taghlimiet sbieh li hallielna J. F. Kennedy insibu wahda li tghid: "Tistaqsix x'lest li jaghmel il-pajjiz ghalik izda ghid x'lest li taghmel int ghal pajjizek". Jekk naghtu daqqa t'ghajn lejn il-hidma bla serhan li wettaq Mons. DePiro naraw kemm kien lest li jaghti kulma kellu ghall-progress ta' art twelidu. Ghad li kien minn nisel nobbli, Mons DePiro ma sabhiex bie tqila li fl-1892 jidhol fil-'Militia' fejn dam ghal aktar minn sentejn. Ftit snin wara Mons. DePiro gie ordant sacerdot gewwa Ruma u fl-1906 diga' kellu parti attiva fil-"Missjoni l-Kbira" li giet imwaqqfa biex trawwem spirtu missjunarju fost il-Maltin. Fl-1907 Mons. Isqof Pace fdalu f'idejh id-direzzjoni tal-Istitut Fra Diegu. B'hekk bdiet titwettaq ix-xewqa ta' Mons. DePiro, li jahdem qalb l-iltiema. L-imhabba u d-dedikazzjoni ghal dawn it-tfal iltiema narawha fl-ghemil tieghu waqt li kien imur idur il-benefatturi u jittallab ghall-orfni.

 

Wara li ghaddew sentejn u t-tmexxija ta' l-Istitut ta' Fra Diegu bdiet miexja 'l quddiem gmielha, Mons. DePiro beda jhoss li l-hegga u l-kapacita' tieghu kienu sabu qasam zghir wisq biex jahdmu fih u ghalhekk beda jhares 'il quddiem lejn oqsma ohra biex ikompli iwettaq aktar gid. Kienu propju fit12 ta' Gunju tal-1909 meta xewqa ohra ta' dan is-sacerdot dinamiku giet imwettqa meta twaqqfet ufficjalment is-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl. Fiha l-Fundatur ghadu jahdem permezz tal-missjunarji qalbien li s-Socjeta' qieghda tibghat kontinwament f'artijiet tal-missjoni.

 

Izda ghal bniedem mimli b'energija bhal Mons. DePiro dan ix-xoghol biss ma kienx bizzejjed. Bejn l-1915 u l-1918 Mons. DePiro kien jokkupa l-kariga ta' Segretarju Generali tal-Isqof Mauro Caruna. F'Novembru tal-1922 l-hidma tieghu fost l-orfni zdiedet meta Mons. DePiro beda jiehu hsieb l-Istitut ta' San Guzepp li ghadu sal-lum that il-kura tas-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl. Ma dan ix-xoghol kollu Mons. DePiro kien jiehu hsieb ukoll l-Istitut tas-Sorijiet ta' Gesu' Nazzarenu gewwa z-Zejtun.

 

Hidma u Talb.

 

L-imhabba kbira li kellu lejn l-iltiema kompla jsahhaha meta, fil-21 ta' Mejju 1925 huwa fetah istitut ghall-iltiema f'Ghawdex. Ghal aktar minn sena gejn l-1932 sakemm miet f'Settembru u tal-1933, huwa ntaghzel bhala wiehed mir-rapprezentanti ta' l-Isqof fis-Senat. Mons. DePiro kien fdat minn kulhadd, u kien propju ghalhekk li Mons. DePiro hadem kemm felah biex iberred il-kwistjoni politiko-religjuza li nqalghet. Ta min isemmi wkoll li kien Mons. DePiro li fl-1919 indahla biex jikkalma l-irvell tas-"Sette Giugno".

 

F'dan l-ispazju limitat tal-kitba huwa mpossibli li nesponi kull hidma u kull attivita' li wettaq Mons. DePiro. Dak li semment kien biss ftit hjiel tal-hidma li kellu. Minn din il-hajja attiva ta' Mons DePiro nistghu nisiltu punt ta' riflessjoni ckejkna; ghalkemm Mons. DePiro kien dejjem mehdi fix-xoghol, pero' dejjem kien isib hin biex jitlob. Hajtu kienet bilancjata bejn hidma u spiritwalita' Diversi drabi nisfghu skjavi tax-xoghol li nkunu qed naghmlu u ninsew lil Alla ghal kollox. Tkun haga f'waqtha kieku nezaminaw lilna nfusna u nghassu kontinwament biex ma nhallux il-kurrent ta' materjalizmu ateju jkaxkarna mieghu. Jalla c-centinarju mit-twelid ta' Mons. DePiro jservina biex nimitawh fiz-zelu li kellu mhux tant ghall-gid materjali daqs kemm ghall-gid spiritwali.

 

_________________________________________________________________________

 

In-Nazzjon Taghna

Is-Sibt 3 ta' Dicembru 1977

Michael Caruana.

Pg. 13

 

Monsinjur Guzeppi De Piro.

 

F'dawn l-ahhar granet smajna u qrajna dwar l-attivitajiet li s-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl organizzat biex tfakkar eghluq il-mitt sena mit-twelid tal-fundatur taghha, Monsinjur Guzeppi De Piro. Mhux ilkoll kemm ahna, parikolarment dawk zghazagh, nafu bizzejjed dwar dan il-Monsinjur li ghadda hajtu f'hidma bla waqfien ghall-foqra, ghall-orfni u ghall-haddiema.

 

Monsinjur Guzeppi De Piro, minbarra li waqqaf is-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl, ghadda zmien twil bhala Rettur tas-Seminarju; kien is-Segretarju tal-Kurja Arciveskovili; ha hsieb hamest idjar ta' tfal iltiema; ha parti attiva biex intemmu l-irvllijiet tas-7 ta' Gunju ta' l-1919 u fl-Assemblea Nazzjonali biex tingieb il-Kostituzzjoni ta' Malta ta' l-1919-21; u fl-1932 ta sehmu biex il-Gvern Ingliz jaghti l-elezzjonijiet generali lill-poplu Malti.

 

Huwa ghamilha ta' medjatur fit-tilwima politiko-religjuza li kien hawn f'pajjizna fi zmien Lord Strickland.

 

Dan il-Monsinjur kien irnexxielu jghaqqad flimkien il-hajja ta' hidma mal-hajja ta' talb. Huwa kien ihoss li Malta, bhala rizorsi naturali x'taghti lil pajjizi ohra, m'ghandhiex, imma setghet taghtihom parti mill-wirt religjuz taghha. Kien ghalhekk li huwa waqqaf is-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl li llum qeghda tibghat il-membri taghha f'diversi pajjizi, fosthom l-Awstralja, il-Kanada, u l-Peru', biex iwasslu l-messagg ta' Kristu lill-poplu taghhom.

 

Monsinjur Guzeppi De Piro miet fqir. Is-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl, kif qal tajjeb Fr. Stanley Tomlin, is-Superjur Generali, f'diskors li ghamel lill-membri tal-kleru, ma wirtet l-ebda gid materjali minghand Monsinjur De Piro. Izda halla warajh spirtu ta' mhabba liema bhalu u servizz lejn il-knisja u l-poplu.

 

Is-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl illum qeghda tghix f'dan l-ispirtu billi qeghda taghti s-servizzi taghha minghajr hlas f'diversi oqsma. Qeghda tmexxi skola, il-Kullegg Missjunarju ta' San Pawl, divrsi missjonijiet f'pajjizi barranin u istiutzzjonijiet lokali minghajr l-icken interess finanzjarju. Kull ma ghandha s-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl illum tafu lill-providenza - lill-ghadd ta' benefatturi li ghandha. Dan juri kemm Monsinjur Guzeppi De Piro u s-Socjeta' li huwa waqqaf dahlu f'qalb hafna minna.

 

Biex fakkret eghluq il-mitt sena mit-twelid ta; Monsinjur Guzeppi De Piro, is-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl organizzat ghadd ta' attivitajiet, fosthom, seminar dwar l-ispirtwalita' tieghu; laqghat informattivi dwaru; dramm u lejl ta' talb. Saret ukoll wirja dwar il-hajja u l-hidma ta' Monsinjur De Piro.

 

F'din l-okkazzjoni, is-Socjta' Missjunarja ta' San Pawl irceviet ghadd ta' messaggi ta' kuragg, fosthom minghand il-Papa Pawlu VI u minghand il-Prefett u s-Segretarju tal-Kongregazzjoni ta' l-Evangelizzazzjoni tal-Gnus.

 

L-attivitajiet organizzati ghaddew. Il-messagg li s-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl kellha taghti f'din l-okkazjoni lill-poplu Malti u Ghawdxi wasslitu bl-ahjar mod li setghet. Imiss lilna li bl-ezempju ta' Monsinjur Guzeppi De Piro ngharfu nhobbu aktar lil xulxin u nkunu ta' servizz lil haddiehor, partikolarment lil dawk inqas ixxurtjati minna, lill-foqra, lill-orfni, lix-xjuh, u lill-morda. Imiss lilna li nghinu lis-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl bl-ahjar mod li nistghu fil-hidma fejjieda taghha fostna lkoll, fost hutna l-emigranti Maltin f'diversi pajjizi, u fost il-poplu ta' pajjizi ohra fejn membri taghha qeghdin ixerrdu l-messagg ta' Kristu.

 

_________________________________________________________________________

 

Malta Missjunarja

Jannar 1978

Bro. Frans Ferriggi M.S.S.P.

Pg. 6

 

Mons. Guzeppi Depiro

Il-Bniedem B'ideal Missjunaru.

 

Madwar mitt sena ilu, fl-Imdina, twieled tife li kellu jolqot lil hafna nies…bla ma kien jaf kellu jhalli ismau minqux fl-istorja, minhabba ghazla li ghamel meta kellu 18-il sena! Dan it-tifel kien Guzeppi DePiro, iben minn familoja nobbli; nobbli fid-demm - u wisq izjed fil-qalb.

 

Guzeppi, iben familja nisranija, studja l-Liceo u, wara zmien fil-Miliea, dahl l-Universita', jistudja ghal Avukat. F'nofs il-kors, waqt li kien jitlob ma' l-istudenti fil-Knisja tal-Gizwiti, il-Belt, hass is-sejha ghal qassis; habibha u qataghha lijghid lil tal-familja bil-ghazla. Tad-dar qablu u baghtuh Ruma, jistudja fil-'Collegio Capranica'. Bil-ftit il-ftit, beda jinbet f'mohhu l-hsieb li jwaqqaf Socjeta' Missjunarja. Waqt li kien jistudja offrewlu karriera diplamatika; hasibha sewwa u ra li, jekk jaghtuh permess is-Superjuri, jidhol l-istitut ta' San Guzepp biex jiehu hsieb il-foqra u ghax hass "li minn dak l-istitut f'Malta Alla ried jifforma Kongregazzjoni ta' sacerdoti that il-Parocinju ta' San Pawl, u hekkmeta tissahhah din l-opra f'Malta tinfirex barra wkoll". Dan il-hsieb baq' dejjem mieghu; imqar meta ma sabx min fehmu. Izda dan is-seminarista, ghalkemm ma qatax qalbu, qatt ma hadha mas-superjuri. (Dan jidher mid-djarju tieghu tas-snin 1901 - 1902). Fil-15 ta' Marzu 1902, Mons. Cappetelli ordnah qassis fil-Lateran.

 

Wara li gie Malta fl-1904 (ghax kellu jmur l-Isvizzera ghall-mistrieh ftit wara l-Ordinazzjoni) u barra mix-xoghlijiet li tawh, din ll-idea baqghet f'rasu''' u wara pariri u talb, beda jkellem lil qassisin Maltin; fid-29 ta' Gunju 1909 wasal l-ewwel bidu; bdew gejjin il-membri. Dan il-qassis laqaghhom f'dar fl-Imdina li berikha l-Isqof Pace ftit jiem qabel. In-numru tal-membri baqa' jizdied u jonqos. Ghax hafna kienu jaqtghu qalbhom. Fid-19 ta' Gunju tal-1927, il-Fundatur baghat l-ewwel Missjunarju - li kien ukoll l-ewwel membru - l-Etjopja. Fl-1933 kien qieghed jahseb biex imur hu wkoll…izda l-Mulej sejjahlu fis-17 ta' Settembru 1933. L-akbar niket tieghu kien li "wasalt biex immut u ghadni ma rajt l-ebda sacerdot il-missjoni". Hekk qal ftit qabe miet!

 

Is-Socjeta' damet hafna tilghaba wara mewtu; il- ftit membri baqghu flimkien u, fl-1948, Dun Mikiel Callus intghazel bhal l-ewwel Superjur Generali tas-Socjeta'.

 

Bil-ftit il-ftit, is-socjeta' fethet djar fl-Awstarlja biex tiehu hsieb l-Emigranti Maltin, imbaghad il-Kanada u l-Peru (fl-1968). Ftit iehor nittamaw li s-Socjeta' tiftah dar ohra fl-Indonezja.

 

Il-Monsinjur DePiro u Wliedu.

 

Ghalkemm il-Fundatur kien gej minn Familja nobbli, ghazel li jghix qalb l-iltiema, waqqaf lis-Socjeta' bil-hsieb li tinfirex mad-dinja u twassal lil Kristu. He dejjem cahad l-unir; accetta li jisir Monsinjur ghax gieghlu l-Isqof; ghex ta' fqir, ta dejjem il-karita'… u miet fqir. Meta miet lis-Socjeta' hallieha ltiema; kienet ghadha zghira u hafna hasbu li tmut mieghu jew ftit warajh. Flus ma halla xejn… hekk uliedu gralhaom bhalu - kellhom ighixu mill-id hanina ta' Alla.

 

Ghalkemm gid materjali ma halla xejn, hallielna l-aqwa gid…gid u wirt spiritwali li, aktar ma jghaddi z-zmien, izjed qeghdin nifhmu x'ghandna tabilhaqq. L-ewwel nett xtaqna naharbu karigi ta' unur u bdes billi tana l-ezempju; It-tieni ghallimna nobdu; qatt ma qal "Le" ghal dak li qalulu s-superjuri; u ta servizz - u b'xejn. Fix-xoghlijiet taghna, sew Malta sew barra, tghallimna li fejn nistghu ma nitolbux hlas…imbaghad jahseb il-Mulej. Dejjem wera l-akbar imhabba lejn is-Socjeta' izda l-Knisja kienet tigi qabel - u ghalhekk, matul hajtu "ftit" taha kazha lis-Socjeta'; kif kien jghid, is-Socjeta' bdiet tiehu r-ruh wara mewtu. Issa reghet qieghda tikber u tissahhah.

 

Mill-Kitbiet li hallielna.

 

Bejn is-snin 1922 u 1936, il-Fundatur hareg l-"Almanakk"; fil-qosor ha nfissru ftit mill-ideat tieghu.

 

Fid-dinja hawn hafna nies li ghadhom ma semghux bi Kristu. Ghalhekk il-Mulej sejjah lill-Missjunarji, din hi sejha ta' dinjita' kbira - u ta' responsabbilta' Malta wkoll baghtet hafna Missjunarji; issa ghandha l-istitut Missjunarju taghha. is-Socjeta Missjunarja ta' San pawl. Dan l-Istitut waqqafnieh ghal zghazagh li jur x-xewqa li jmorru l-Missjoni; il-vokazzjoni Missjunarja hi haga li tibda minn Kristu; biss kulhadd ghandu jinteressa ruhu fil-Missjoni.

 

Il-genituri ghandhom post importanti fil-vokazzjoni Missjunarja; hafna genituri jqisuh unur kbir minn Alla li jkollham binhom Missjunarju. Ghalkemm imbeighed minnhom jibqa maghqud maghhom b'imhabba pura u jitlob ghalihom; barra minn hekk jaqsmu mieghu fil-gid spiritwali u aktarx li Alla jhallashom minn hawn, f'din id-dinja.

 

Kull vokazzjoni Missjunarja tehtieg l-ghajnuna tal-genituri barra l-isforzi taz-zghazugh (jew tax-xebba). Aktarx li l-genituri jsibuha tqila l-firda, izda, ahna ma nehduhiex kontrihom imqar jekk ighidu le. Imma naghrfuhom u nitolbu ghalihom. Tajjeb li l-ommijiet jiftakru f'omm il-Makkabin - kif din offriet lil uliedha ghall-mewt biex ma jichdux 'l Alla. It-talb ta' l-ommijiet ghandu qawwa kbira quddiem Alla.

 

Nittamaw li dan l-ispirtu jkompli jixtered f'Artna ghall-gid tal-knisja kollha.

 

_________________________________________________________________________

 

Pastor

1982

Alexander Bonnici O.F.M. CONV

Pg. 13

 

Meta De Piro ma riedx isir Monsinjur.

 

 

Mons. De Piro miet fis-sena 1933. Ghalhekk qieghed joqrob iz-zmien biex niccelebraww eghluq il-hamsin sena mill-mewt qaddisa tieghu. Kieku Mons. De Piro kellu jkun jaf li ahna sejrin niccelebraw xi festi bil-bombi u bil-baned, zgur li kien jisthi minnhom. L-okkazzjoni, madankollu se tigi celebrata b'mod li ma jintes qatt. Bis-sahha tas-Socjta; Missjnarja ta' San Pawl li taghha Mons. De Piro kien il-Fundatur, se tigi ippubblikata l-hajja ta' dan il-bniedem li hu ezempju haj ta' kif ghandu jkun s-sacerdot Malti. Is-Socjeta' li hu waqqaf fdat f'idejja biex jien anaghmel uzu mill-materjal kollu li jezisti. Jien min-naha tieghi, bart hafna materjal iehor. Il-hajja sejra tkun ta' zewg volumi. L-ewwel volum li se jkun fih madwar 300 pagan ma jdumx ma jkun f'idejna.

 

Fi zminijiet meta kulhadd kien mignun wara l-unuri, hu ta ezempju kbir ghall-klera ta' kull zmien meta nirreflettu ftit fuq l-unuri li gew moghtija lil Mons. De Piro matul hajtu. Imma jkollna nistqarru li Alla ried tassew jghollih propju waqt li hu kien qed jaghmel hiltu kollha biex izeomm ruhu fost ic-ckejknin. Hu kien konvint li ma tant x kien possibbli li jinheb ghfgliex l-istat nobbli tieghu, minnu nnifsu, f'dak iz-zmien, kien ighollih fuq l-ohrajn.

 

Ried jiskarta l-gieh.

 

Guzeppi De Piro kien donnu mbezz mill-istess nobbilta' tieghu. Il-pozizzjoni tieghu kiene tghollih 'il fuq mill-poplu semplici. Hu kien minn razza ta' barunijie u markizi. ghakhekk fil-fjur ta' zoghzitu, hu ghamel proponiment sod quddiem Alla li ma jigrix war l-frughat tad-dinja. Fi zmien meta bniedem zaghazugh soltu jkun jhewden fuq idejali ta' hajja mimlija gieh, De Piro, fl-eta ta' 24 sena, meta bdew igennuh biex imur jistudja fl-Akkademja ta' Ruma, thabat kemm felah biex jahrab dak il-gieh.

 

Ir-ragunijiet tieghu ma kienux ghaliex ma riedx jistudja. Tnejn mir-ragunijiet tieghu, skond noti tieghu nnifsu tas-sena 1901, kienu dawn: 1) "Fl-Akkademja, ma jmorrux jekk mhux dawk li jistghu jiftahru b'nisilhom. 2) Fl-akkademja, donni nkun qeghidt ruhi fil-gholi biex haddiehor jarani halli lili jerfaghni ghal xi pozizjoni tajba". "Imma hu taghlim cert", issikta jikteb iz-zaghzugh De Piro, meta kien ghadu ma sarx sacerdot, "li Gesu' ghandu prefernza ghal dawk li jixtiequ jinhbew. Meta hu ghazilni biex inkun ministru tieghu, lili sabni fost il-midinbin. Ghalhekk, wisq aktar issa, jekk jistenna xi haga minn ghandi, Hu ghandu jsibni fin-numru tal-mahzulin tieghu. Biex dan isehh, ma hemmx ghalfejn nipprova nuri ruhi billi mmur fl-Akkademja".

 

Dawn kienu l-propnimenti ta' zoghzitu. Hu wieghed quddiem Alla li ma jbiddilx il-fehmiet tieghu lanqas meta jintefa' fil-hajja sacerdotali. Hu kien cert li, bhala sacerdot wild in-nobbli, kien sejjer igawdi stima kbira. Hu ried li dik l-istima jimmeritaha; imma, fl-istess hin ried joqghod attent biex il-gieh li jaghtuh in-nies ma jonfhux. Guzeppi ried ikun sincier ghallanqas mieghu nnifsu. Ghalhekk, bhala Fundatur, hu nnifsu ried jaghtihom ezempju. Hu gida' kien accetta l-ewwel ufficjau ta' hajtu ghaliex l-Arcisqof Pietru Pace, fis-sena 1970, kien ghazlu bhala l-ewwel direttur tal-Kleru Djocesan ghall-Istitut San Frangisk t'Assisi, il-Hamrun. Bla dubju ta' xejn, dik il-hidma kienet wahda ta' unur, imma fuq kollox ta' servizz.

 

Ommu tixtiequ jsir Monsinjur.

 

Kull omm tixtieq li wliedha jimxu 'l quddiem fil-hajja. Is-sinjura Kika, omm Dun Guzepp De Piro, xejn ma kienet inqas minn ohrajn, lanqas f'dan. Ghalhekk, lejn Ottubru tas-sena 1901, hi avvicinat lil Dun Mikilang Pace,li kien il-Kappillan ta' l-Arcisqof Pace. Hi xtaqet li hu jaghtiha palata halli binha jinghazek kanoku tal-knisja katidrali ta' Malta, jew kif insjehulu ahna, Monsinjur. F'dak iz-zmien, De Piro kien ghadu lanqas ghalaq it-33 sena, u kien ghadu fil-bidunett tal-hidma tieghu bhala sacerdot. Imma, fil-fatt, dak Dun Mikiel, mibarra li kien wiehed li jhobb jikkuntenta 'l kulhadd, kif jaf sewwa kemm Dun Guzepp De Piro kien maghruf minn kulhaddbhal sacerdot habrieki u ezemplari. Ghalhekk lil dik l-omm hu weghedha li l-parti tieghu jaghmilha mill-ahjar li jista'.

 

Fil-fatt, dak il-kappillan il-parti tieghu ghamilha tassew. Hu kien jaf tajjeb li Mons. Vincens Vassallu, id-dekan tal-katidral ta' Malta, kien ilu zmien sewwa marid. Barra minn hekk, kien ukoll kbir fiz-zmien ghaliex kellu 73 sena. Ghalhekk, dak Dun Mikilang Pace hataf l-okkazjoni biex ippropona lill-Arcisqof halli jikkonvinci lil Mons. Vassallo bie jaghmel kugitru. Il-proposta kienet li l-kugitur ikun Dun Guzepp De Piro.

 

Kollox kien qieghed isir minn wara dahar Dun Guzepp De Piro. Meta Dun Guzepp kien ghadu ma jaf xejn, l-Arcisqof innifsu mis-6 ta' Novembru 1910,mar ghandu Mons. Vassallo, uipproponielu biex jahtar lil De Piro bhala kugitur tieghu. Il-hatra kienet wahda importanti ghalix De Piro gie propost li jsir kugitur tieghu anki fil-kariga tant importanti ta' Dekan tal-Kapitlu Metroplitan ta' Malta. Id-Dekan ma kellu 'l hadd fuqu hlief l-Arcidjaknu.

 

Imnikket ghall-ghazla.

 

Dun Mikilang Pace, il-kappillan ta' l-Arcisqof, xtaq li Dun Guzepp De Piro jkunjaf b'dik l-ghazla tieghu. Ghalhekk, fis-7 ta' Novembru, 1910, hu kiteb lil De Piro bex wassallu l-ahbar. Hu tah l-awgurju tal-hatra fi zmien meta kienghad ma hemm xejn ufficjali. Billi kien assulatment mehtieg li dak it-taghrif jibqa' sigriet, Dun Mikilang wissieh li dik l-ahbar kien qed iwassalhielu b'mod sigriet, u ma kellu jghid biha lil hadd, daqs li kieku kien marbut bis-sigell tal-Qrar.

 

Sadanittant, Dun Guzepp kixef dak li kien sar minn ommu; imma ma approvahx. Bl-umilta' kollha, Dun Guzepp qaliha: "Ma, jiena dejjem nobdik. Imma nitolbok biex ma titkellimx fuqi ma' l-Arcisqof halli jinghatawli xi dinjitajiet. Jiena rrid nibqa' sacerdot mighajr unuri ohra. Is-sacerdozju hu l-aqwa unur ghalija. Jekk inti tridni Monsinjur tal-Katidral, jiddispjacini li, din id-darba, ma nkunx nista' nobdik".

 

Mill-Imdina, Dun Guzepp haseb biex iwiegeb ukoll lil Dun Mikielang b'ittra tal-11 ta' Novembru, 1910; hu qallu hekk: "Nitolbok twassal lill-Arcisqof ir-radd ta' hajr tieghi talli haseb fija u ried jghollini fil-gieh. Aghmilli wkoll il-pjacir li twassal lill-Arcisqof li l-gieh li se jigi offert lili ma jghoddx ghalija minhabba x-xoghol li ghandi. Nghid dan biss minghajr ma noqghod insemmi ragunijeit ohrajn. Ghalhekk, hu impossibbli li naccetta".

 

Imma dak li baqa' sigriet bejn Dun Guzepp De Piro u Dun Mikilang Pace maljar ghadda minn zviluppi izjed konkreti. Mons. Vassallo, id-Dekan tal-Katidral, mar hu nnifsu ghand De Piro. B'sorpriza kbira, fil-bidu ta' Jannar 1911, De Piro sar jaf li kollox kien lest. Dawk il-kelmiet fil-mohh ta' De Piro kienu donnhom ifissru li hu kien issoppona li diga' kienu saru l-formalitajiet mehtiega.

 

L-aktar importanti fost dawk il-formalitajiet kienet li jigi avvicinat il-Gvernatur ta' Malta. Il-Gvernatur kellu l-jedd li jaccettah jew ma jaccettahx ghall-ghazla ta' Dekan tal-Katidral. Ghalhekk, l-ittra taghtina x'nifhmu li l-Gvernatur, li f'dak iz-zmien kien Sir Leslie Rundle, kien gie nfurmat b'mod privat dwar jekk hu kien jaqbel mal-ghazla ta' Dun Guzepp De Piro. Minkejja dan, xejn ma kien prodenti li Mons. Vassallo jibghat jinfurmah ufficjalment. U fil-fatt, l-ittra uffficjali kienet ghaha ma ntbaghtitx. Imma De Piro juri b'mod car li hu kien jaf li l-Gvernatur ta' Malta kien favur l-ghazla tieghu.

 

Ma riedx jaghti ezempju hazin.

 

Kien hawn li deher b'mod car li, ghal De Piro, il-proponimenti ta' zoghzitu makienux kliem biss. De Piro irringrazzja lil Mons. Dekan talli haseb fih; imma l-kuxjenza kienet qed tiddettalu li hu ma kellux jaccetta dik id-dinjita'. Hu fisser dan kollui lill-Arcisqof b'ittra tas-17 ta' Jannar 1911. Hu zied ighidlu wkoll li ma kien jisthoqqlu u lanqas ma kien ihossu kapaci biex jidhol ghal dak ix-xoghol..

 

Il-problema li De Piro hassha aktar minn kull ohra kienet fl-ezempju hazin li seta' jaghti. Lanqas ma kienu ghaddws sitt xhur minn mindu kien fetha id-dar ckejkna ta' San Pawl fl-Imdina. Kif fisser lill-Arcisqof , hu kien waqqaf istitut ckejken ghall-missjonijiet barranin. Lil dawk l-ewwel ulied spiritwali tieghu, De Piro ried iheggihom biex ma jixxenqux ghall-gieh tad-dinja. Imma jekk hu jaccetta d-dekanat tal-Katidral, kif kien se jkollu l-kuragg jidher quddiem iz-zghazagh tieghu, u jipperswadihom biex jiccahhdu mill-unuri? De Piro fetah qalbu ma' l-isqof tiehgu. Imma hu, li kien diga' mibni bi spiritwalita' profonda kien jaf li l-ubbidjenza lejn is-Superjur tieghu hi importanti izjed mill-umilta'. Hu kien deciz li ma jcedix malajr. Ghalhekk, lill-Arcisqof Pace, hu qallu hekk: "Nittama li l-Eccellenza Tieghek tar li jiena ghandi r-ragunijiet tieghi biex ma naccettax. ghalhekk, nixtieq li ma nigix issikkat. Minkejja dan, jien nhalli fil-kuxjenza tieghek ir-responsabblilta' kollha tal-kuxjenza tieghi". Fi kliem iehor, Dun Guzepp De Piro xtaq jissikka xi ftit lill-Isqof tieghu biex ma jgeghlux jaccetta. Imma, imbaghad, hu kien lest biex jintelaq f'idejh. Hu kien lest li joqghod ghall-ordni ta' l-Isqof tieghu.

 

Jumejn wara, fid-19 ta' Jannar 1911, l-Arcisqof wiegbu fuq l-istess karta li kien ircieva minghandu. Hu qallu il-kelmiet:

 

"Ghaziz Dun Guzepp,

Inti qatt ma fittixt la postijiet u lanqas dinjitajiet. Ilqa', ghalhekk, minn idejn Alla din il-proposta, u accettaha bhal att ta' ubbidjenza lejja. Ghall-bqija, jahseb il-Mulej. Kif il-Mulej beda l-opra qaddisa tal-missjonijiet, Hu nnifsu jiehu hsieb imexxiha 'l quddiem, u jipperfezzjonaha.

 

Ghoddni tieghek,

ghaziz Dun Guzepp

+ Pietru Arcisqof

Isqof

 

F'dawk il-granet, omm Dun Guzepp De Piro, niedma xi ftit minn dak li ghamlet, kienet fissret ma' l-Arcisqof li binha ma riedx jilhaq Monsinjur. Imma l-Arcisqof, meta tant kienu jixxenqu ghal dinjitajiet ta' dik l-ghamla, twettaq fid-decizjoni li Dun Guzepp kien adattat ghal dik il-hatra.

 

Kellu jaghmel l-ubbidjenza.

 

Qabel ma hareg id-digriet minn Ruma, Dun Guzepp De Piro gie magharraf minn Mons. Dun Pawl Gauci, fl-1 ta' Gunju, 1911, li l-Kongregazzjoni Koncistorjali accettat li hu jsir l-Kugitur tad-Dekan.

Imbaghad, b'digriet tal-Papa Piju X, Dun Guzepp De Piro gie accettat bhala Kugitur ta' Mons. Vassallo, bid-dritt lijgawdi dak li kien marbut ma' l-ufficcju ta' Dekan, kull meta dan ma jkunx prezenti, u bid-dritt li jaqdi l-ufficcji kollha tad-dekanat. Id-digriet tal-Papa hareg fit-8 ta' Gunju, 1911.

 

Dun Guzepp De Piro ma kiex fadallu hlief li jiehu pussess ta' dak l-ufficcju li possieh f'pozizzjoni importanti hafna fil-Kleru Djocesan ta' Malta. Il-gurnata maghzula ghall-pussess kienet it-Tlieta, 27 ta' Gunju 1911. Il-knisja kienet l-istess Katidral ta' Malta. Waslilna f'idejna wiehed mill-inviti u l-kontijiet tas-servizz tal-Knisja ghal dik l-okkazzjoni. Minn zewg kontijiet, jidher li dak li thallas lill-qassisin, abbatini, mazzier, sagristani, ohrajn wassal ghas-somma ta' LM4 u nofs ta' dak iz-zmien.

 

Minn dak il-waqt, ghalkemm kontra qalbu, hu beda jissejjah minn kulhadd bhala Monsinjur De Piro.

 

_________________________________________________________________________

 

In-Nazzjon Taghna

Is-Sibt 31 ta' Awissu, 1985.

Sr. Emma Camilleri C.F.C.J.

Pg. 11

 

 

Benefattur Kbir ta' Malta

Alexander Bonnici, "Mons. De Piro", v.II:

F'Kull Qasam ta' l-Istorja ta' Malta, pp564.

 

It-tieni volum tal-hajja dokumentata ta' Mons De Piro sewa lil Fr. Alexander Bonnici xoghol, tiftix u tahbit kbir kif qalli hu stess. F'qalbi kont nghid: "Kiteb tant kotba ohrajn u qatt ma smajtu jghid xejn, ghliex dan swielu izjed mill-ohrajn?"

 

Imma issa li l-ktieb gie f'idejja u qrajtu indunajt kemm kellu ragun ighidli hekk. Ktieb verament meraviljuz u ghandhom biex ikunu kburin l-ulied denji ta' dan il-fundatur qaddis.

 

Benefattur kbir tal-Knisja.

 

Mhux biss l-ulied ta' Mons De Piro ghandhom ikunu kburin u grati lejn il-missier spiritwali taghhom, imma wkoll l-istess Knisja f'Malta li matul iz-zmien kellha din il-figura qaddisa u dinamika.

 

Hafna kienu dawk li semghu b'dan l-isem, specjalment il-Kleru, izda forsi kienu jafuh biss bhala semplici qassis bhall-ohrajn kollha, u aktar ma kien jghaddi z-zmien iktar kienu jahsbuh hekk.

 

Imma Alla, fil-Providenza tieghu, haseb ghal kollox. Lil min iridu li jigi ezaltat u mfakkar quddiem il-bnedmin jaf isib kull mezz possibbli.

 

Inqeda bl-istudjuz ta' l-Istorja, Fr. Alex. Bonnici, biex il-hajja ta' hidma straordinarja ta' dan il-benefattur tal-Maltin ma tibqax mohbija mill-ghajnejn ta' hafna nies, anki klerikali, imma tigi mxandra ma' Malta u Ghawdex.

 

Matul iz-zminijiet Malta, bhal kull pajjiz iehor tad-dinja, kellha erwieh patrijottici, qawwija u qaddisin u Mons. De Piro hu wiehed minn dawn il-gganti tal-Kleru Malti.

 

Xoghol Enormi.

 

Fr. Bonnici hu mdorri f'dan l-istudju, imma kif stqarr hu stess fil-bidu ta' dan il-ktieb, kef beda l-istharrig fl-arkivji ta' dan il-personagg dinamiku hassu jissahhar minn dan l-eroj, u nduna mill-ewwel li dan ma kienx bniedem komuni, imma bniedm moghni b'doni specjali.

 

Iktar ma' l-istudju ta' l-awtur beda jikber, izjed bed jirrealizza kemm kien se jhabbat wiccu ma' diffikultajiet. Li kieku Fr. Bonnici ma kienx determinat ghal liema bicca xoghol diehel u x'se tiswielu, zgur li kien jonqsu l-kuragg u jieqaf fin-nofs. Imma dak li jkun irid Alla, ma jhassru hadd.

 

Kien Eroj ghax halla hajtu u gidu lil hutu l-Maltin.

 

Fil-prezent f'Malta dahlet ideologija wisq differenti minn meta kien ighix Mons. De Piro. Fi zminijietna hafna Maltin jahsbu li l-Kleru kien xi haga li zammna lura jew wikkiena b'mentalita' superstizzjuza li ma hallewniex navvanzaw 'il quddiem bhal f'pajjizi ohra.

 

Il-bijografija ta' De Piro tohodna lura nofs seklu u turina car kemm kontribut taw lill-Knisja Kattolika hu u ohrajn bhalu, li sahansitra taw hajjithom ghall-gid tal-poplu Malti.

 

Ma kienx jaf ighid "Le".

 

Imwieled minn familja nobbli, imma n-nobbilta' tieghu spikkat izjed f'qalbu milli f'persuntu. Il-qalb karizmatika u nobbli tieghu kienet miftuha ghal kull kategorija ta' nies. Ma kienx jaf jghid "le", imma kien jipprova jghin lil kulhadd.

 

Ma kienx bizzejjed ghalih li kellu fuq spallejh is-Socjet mwaqqfa minnu. Imma kien bhal fundatur ukoll tas-sorijiet Missjunarji ta' Gesu Nazzarenu. Kien missier spiritwali u materjali ta' hafna tfal ilitema, subien u bniet, li fih kienu jisibu kull farag.

 

Ghamel uzu tajjeb minn hajtu.

 

Meta qrajt il-ktieb iddubitajt jekk jistax ikun li bniedem wahdu u marradi qatt jista' jasal biex jaghmel daqshekk gid. Hajtu kienet ta' 56 sena biss, imma ghamel uzu tajjeb miz-zmien li tah Alla.

 

Kien strument ta' paci ghal kull inkwiet li kien jinqala' fi zmienu, jigi minn liema naha jigi. Is-semplicita', il-hlewwa, it-tjubija, l-umilta' u fl-istess hin id-deteminazzjoni, kienu jispikkaw fih.

 

Kellu qalbu mimlija bin-nar ta' l-imhabba ta' Alla u tal-proxxmu u ma kellux xewqa ohra li tikkunsmah hlief li dak in-nar ta' l-imhabba jaqbad f'erwieh ohra biex ikunu jistghu jhobbu huma wkoll.

 

Karizma ohra li kienet tahraq lil qalbu kienet l-imhabba lejn l-artijiet tal-Missjoni. Difatti ried li uliedu jissejhu "Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl". Hu stess kellu xewqa kbira li jmur il-Missjoni, sahansitra meta l-mewt kienet qribu sewwa beda ihewden li jrid jmur l-Abbisinja.

 

Studju Grafologiku fuq il-kitba tieghu.

 

Interessanti wkoll f'dan il-ktieb li ma ssibx f'kotba ohra, huwa l-istudju grafologiku li sar fuq il-kalligrafija ta' Mons. De Piro. L-awtur haseb ghal dan ukoll. Baghat xi kitba minn tieghu biex tigi studjata minn esperti f'din ix-xjenza barra minn Malta. L-awtur qalibha ghall-Malti u dahhalha fl-ahhar ktieb.

 

Kulmin jaqra dan il-ktieb ghand jhossu qrib hafna lejn dan il-bniedem qaddis. Fr. Bonnici pingielna stampa carissima ta' dan il-Fundatur li ghalkemm il-ktieb 564 pagna ma jdejqekx u ma tixba' qatt tqalleb il-faccati biex tkun taf x'gej wara.

 

Ahna wkoll is-sorijiet tal-Qalb ta' Gesu bhall-membri tas-Socjeta' ta' San Pawl inhossuna grati u mdejnin ma' Fr. Alexander tal-pacenzja, ix-xoghol u t-tiftix bir-reqqa li ghamel fl-arkivji biex jipprezentalna l-hajja tal-Fundatrici taghna "Madre Marija Tereza Nuzzo". Bhal Mons. De Piro, din ir-ruh generuza kkunsmat hajjitha ghall-gid ta' l-ohrajn.

 

J'alla dawn iz-zewg erwieh twajba li haddmu tant tajjeb it-talenti taghhom jigu mghollija ghall-unuri ta' l-altari.

 

_________________________________________________________________________

 

Il-Hajja

It-Tnejn 6 ta' Lulju, 1987

Fr. Saviour Sammut MSSP

Pg. 4

 

Tieghi Ghalik…(1)

 

Naf li wiehed maljar jaqbad u jistawsi, bejn u bejn ruhu: "Xi jrid jghid biha din, 'Tieghi Ghalik'?" Ma nlum lil hadd. Il-hsieb tieghu hu li nispjega ruhi ahhar tul is-sensiela ta' kitbiet li fi hseibni nikteb u nghaddi lill-qarrejja.

 

Iz-zewg kelmiet ta' hawn fuq ma tantx trid gherf biex tifhimhom. Dak li hu tieghi, li nippossiedi jien, irrid li nghaddih u naghtih lilek. Il-mistoqsija hawn ghandha tkun din: "X'inhu dan 'tieghi' li qed nitkellem fuqu?

 

Dawn il-kelmtejn jigbru l-qofol ta' l-ispirtu ta' sacerdot Malti li llum il-gurnata l-kawza tieghu qieghda tigi nistrharga mill-Knisja ha tisal tiddikjarah qaddis. Tghid dan se jkun l-ewwel fost tant erwieh qaddisin Maltin, li lilu se jinghata l-gieh tal-qdusija? Nistennew u naraw. Biss fic-cert li din id-darba Alla se jbierek il-poplu Malti b'gieh 'il fuq minn kull unur iehor li qatt inghat lilna l-Matin. Malli dan isir, ohrajn jaslu warajh - u mhux tant fil-boghod.

 

Qieghed nitkellem dwar Guzeppi De Piro. Dan ghalkemm twieled minn familja nobbli, fittex nobbilta' ohra aktar rikka, aktar ta' gieh, aktar dejjiema. Din hi n-nobbilta' ta' hajja dedikata lil Alla fi spirtu ta' mhabba konkreta u f'ministeru sacerdotali.

 

Kif ghad nikteb aktar 'il quddiem, il-profondita' ta' fidi li garrbet lil Guzeppi lejn Alla seviet biex titlob minnu responsibbilta' ohra. Din kienet li jwaqqaf socjeta' ta' religjuzi. Iz-zmien li fih hu skopra x'ried il-Mulej minnu swa biex mhux biss jighem x'kellu jaghmel, izda wkoll biex b'mod l-aktar effettiv juri x'kien l-ispirtu veru tal-Knisja Maltija.

 

"Nghaddu lil ohrajn dak li San Pawl ta lilna". Dan hu l-bazi ta' l-ghixien nisrani ta' Guzeppi De Piro. Dan hu l-ispirtu tas-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl li hu waqqaf. Dan hu l-wirt li halla lill-Knisja f'Malta. Tant hu hekk li meta naslu nsiru nafuh ahjar, fih insibu mudell li jispirana. Ezempju haj li jqanqal lilna l-insara Maltin naghrfu ahjar id-direzzjoni taghna ha nghinu fil-bini ta' dinja ahjar.

 

Hafna huma l-kwalitajiet naturali li l-poplu Malt hu moghni bihom. Fosthom insibu li ahna nies dhulin, twajbin, kalmi, generuzi, ghaqlin… u ohrajn. Tajjeb li nghidu li dawn id-doni li ahna moghnijin bihom kollha ghandhom gheruqhom fl-ispiritwalita' tan-natura taghna l-bnedmin. Ukoll, huma lkoll mibnija fuq konvinzjonijiet sani u meta jkunu mdawlin bil-fidi fi Kristu l-Mulej jirriflettu realta' shiha u genwina. Intant, ghall-Malti l-fidi hi bhal batterija f'torca - taghti d-dawl mistenni u mehtieg.

 

Permezz ta' San Pawl Alla wassal lill-Maltin dak li kien jonqoshom. Darba laqghu r-rigal tal-fidi, nafu mill-Istorja li l-poplu taghna zamm shih bla qatt ceda dak li emmen fih u li hadddan b'qalbu kollha u b'ruhu kollha.

 

L-ghajta spirata ta' De Piro mhix ghajr rifless ta' realta' li nghexet u ntghagnet fil-hajja Maltija. Tant hu hekk li, il-fid Kattolika hi, bhalma kienet tul dawn l-20 seklu, parti fundamentali mill-identita' Maltija.

 

Mela ma qal xejn gdid Monsinjur De Piro meta tenna mill-gdid biex "nghaddu lill-ohrajn dak li San Pawl ta' lilna". Biss huwa ta enfasi qawwija u b'hekk rega' taha l-hajja. Din fiha nnifisha write x'kienet hajtu, x'kienet id-dedikazzjoni tieghu, x'kien twemminu. U ghax agixxa, mhux lablab biss, hu jiswa lilna xempju konkret ta' kif kull Malti ghandj jkun u jghix.

 

Nittama li l-ftit hsibijiet li bihsiebni naqsam maghkom f'dawn l-kitbiet, fil-kuntest ta' riflessjonijiet fuq Guzeppi De Piro, jiswew kemm lili u kemm lilkom, mezz biex napprofondixxu r-realta' taghna ta' bnedmin, nezz biex nezaminaw ftit il-ghajxien tal-fid taghna kattolika li hi wirt dehen ta' gensna mezz biex naslu naghmlu gieh l-identita' taghna maghguna kif inhi permezz ta' art twelidna u t-trobbija nisranija. Hekk naslu nghixu hajjitna f'armonija ma' dak li ahna ahna: insara Maltin.

 

_________________________________________________________________________

 

Il-Hajja

It-Tnjen, 13 ta' Lulju, 1987

Fr. Saviour Sammut MSSP

Pg. 4.

 

Tieghi Ghalik… (2)

 

"Jiena ma hadtx gost, u kont se nghidlek biex nohorgu 'l barra". Din kienet ir-risposta ta' Alessandro lil martu Ursola. Ma kinux ilhom mizzewwgin, u siefru safra qabel jibdew l-hajja flimkien f'darhom fl-Imdina, Malta. Waqt li kienu l-Italja huma ddecidew li jattendu ghal ballu li raw irriklamat. Waslu u dahlu. Biss dak li raw u sabu quddiem wicchom malajr intebhu li ma kien jaghmel ebda unur lil hadd. Hargu min hemm u bdew triqthom lura lejn mnej kienu gew. Ursola xtaqet taf x'impressjoni kien ifforma zewgha dwar dik l-esperjenza qasira li kellhom fil-lokal tal-ballu. Ir-risposta li taha hi din ta' hawn fuq. Qatt izjed ma marru f'postijiet bhal dawk.

 

Alessandro u Ursola kienu ommu u missier Guzeppi De Piro. Il-fatt li semmejt diga' jurina li sa mil-bidu tal-hajja mizzewga taghhom huma kienu nies ta' l-affari taghhom, kemm f'imgibithom u wkoll fi twemminhom. Huma kellhom principji sodi, u dawn imdawlin mill-valuri tal-fidi nisranija li kienu jhaddnu. Dan sewa biex huma offrew pedament sod u ambjent san ghall-familja li rabbew: seba' subien u zewgt ibniet.

 

In-nobbilta' u l-unuri, il-ghana u l-istima li din il-familja ta' De Piro kienet imdawwra bihom, ma kienu qatt ta' zvantagg jew xi diffikuta' biex huma jghixu kif jixraq il-fidi taghhom. Dan, imbaghad, gie aktar ifinut maghgun sew mis-Sinjura Kika, kif kienu jsibu lil Usola De Piro.

 

Ghax hija kienet l-omm, allura halliet izjed impressjoni fuq uliedha. Zewgha ma ghex hajja twila. Dan, kompla kabbar l-importanza taghha rigward it-trobbija ta' dawk li ddependew minnha. Kienet mara ta' zelu kbir, ta' konvinzjoni, u dinamika. Allura l-ghejxien ta' twemminha kien fid-dieher. Minhabba f'hekk hi swiet ta' ezempju haj u bil-fatti. Allura, wiehed ma jistghagibx meta jkun jaf li tnejn minn uliedha spiccaw biex saru sacerdoti. Familja sana u b'fidi hajja ma tonqosx li ma tkun benniena ghall-vokazzjonijiet u barkiet tas-sema!

 

Mhux ta' b'xejn li t-trobbija bikrija ta' Guzeppi De Piro kienet moghnija b'sentimenti tassew religjuzi. Dan kellu jservi bhala bazi fl-iskoperta tas-sejha tieghu ghal qassis li hu wasal biex accetta u haddan bhala minsteru u xhieda.

 

Tant u hekk, li meta 'l quddiem huwa kien fl-istudju tieghu ghall-ordinazzjoni, fl-ittri lil ommu, hu kien jitkellem bil-miftuh. Maghha wasal biex qasam affarijiet li qatt ma qalhom lil hadd f'hajtu: la bil-kliem, lanqas bil-miktub. Lil ommu huwa zammha informata bil-progress spiritwali li kien ghaddej minnu. U dan baqa' jaghmlu sakemm gie ordnat minstru ta' Kristu fl-eta' ta' 24 sena.

 

_________________________________________________________________________

 

Il-Hajja

It-Tnjen, 20 ta' Lulju, 1987

Fr. Saviour Sammut MSSP

Pg. 4.

 

Tieghi Ghalik… (3)

 

Snin iz-zghozija swew biex Guzeppi De Piro jitharreg fl-edukazzjoni imtellettwali tieghu, jiskopri l-kwalitajiet li kellu, u jaghti l-ewwel servizz lil pajjizu.

 

Guzeppi kien student fil-Liceo, il-Belt. Tul I-hames snin li dam hawn hu were li kellu diversi kwalitajiet u kapacitajiet. It-talent tal-pittura spikka fer. Izda l-istudju l-iehor kellu jinghat aktar hin biex 'il quddiem hu jkun jista' jidhol l-Universita'.

 

Ukoll, il-porblemi ta' sahha li sikwit kien jiffaccja, l-ingagg tieghu ta' sentejn fil-Milizzja Maltija, u l-kors tal-ligi li beda fl-Universita' ta' Malta, ma tawh cans biex ikun jita' jizviluppa talenti u doni naturali li kien moghni bihom.

 

Barra dan, hu kien konxju minn hsieb profond iehor. Sa minn meta kellu 14-il sena hu beda jhossu mhajjar ghall-hajja ta' qassis. Dan il-hsieb ma nsieh qatt. Anzi kien sikwit ihewden fuqu.

 

Meta ddecieda li jtarraf xi haga lil missieru dwar dan, Alessandro kien pront hassarlu. Biss, aktar 'il quddiem, biex jippruvah, hajru jmur vjagg sa Firenze, l-Italja. Guzeppi hekk ghamel. Meta rega' lura lejn pajjizu, iz-zaghzugh Guzeppi tenna lil missieru l-istess kelmiet li kien qallu qabel: "Nixtieq insir qassis". Missieru baqa' dubjuz!

 

Ir-rapporti mil-Liceo, mill-Milizzja, u mill-Universita' jaqblu li fi mgibtu z-zaghzugh De Piro kien mill-ahjar. Kemm umanament u kemm spiritwalment Guzeppi wera li kien qed jibni karattru sod u san. Bhal kull zaghzugh iehor, huwa kein espost ghal kollox. Biss meta l-pedament hu tajjeb, u dan imhares minn fidi mibnija fuq konvinzjonijiet imghixa, kollox ighin biex la jintilef dan u wisq izjed li na qabadx triqat ohra li xejn ma jaghmlu gieh lil dak li jkun. Il-guvnott De Piro gie kemm il-darba wicc imb'wicc ma okkazjonijiet, biss hu ma laqaghhomx! Ghall-kuntrarju hu kompla jaghmel zvilupp fil-karattru tieghu tant li hadd qatt ma nstema' jgemgem minnu.

 

Tul il-kors tal-ligi sab ruhu jissielet mal-problema dwar x'kellu jkun il-futur tieghu. Xi hsibijiet baqghu jtambru f'mohhu. Sikwit kien isib ruhu qed itella' u jnizzel dwar dan. Deciz ma kienx. Allura nholqitlu problema.

 

Guzeppi kien jinsab f'salib it-toroq. Kellu ghazla x'jaghmel; ghazla rigward il-futur tieghu. Kienet ghazla li la seta' jahrab minnha, lanqas seta' jhalliha ghall-gejjieni. Din id-dilemma tieghu kienet bejn li jkompli l-istudju universitarju u jilhaq Avukat, jew li jibdel triqtu u jibda l-preparazzjonijiet ghal sacerdot.

 

L-idea li jsir qassis ma kinitx wahda gdida ghalih. Izda iss kien il-waqt lijaghmel din il-ghazla Kollox ghandu zmienu u waqtu. Ta' 21 sena kien altru opportun li hu jiddeciedi darba ghal dejjem. U hu hekk wasal biex ghamel. Iddecieda.

 

_________________________________________________________________________

 

Il-Hajja

It-Tnejn, 27 ta' Lulju 1987.

Fr. Saviour Sammut MSSP

Pg. 4

 

Tieghi Ghalik…(4)

 

Guzeppi ddecieda li jsir sacerdot. Dak li jitlaq l-istudju ghal avukat u jaqbad dak li seta' jwasslu ghall-ordinazzjoni presbiterli, ma kenitx ghazla hafifa. Qatt m'hu fil-fatt! Kulhadd ihossu indeciz quddiem ghazliet li fuqhom tkun trid tibni l-gejjieni kollu tieghek. L-incetezza ta' x'jista' jkun u x'ma jkunx ma tantx ighinuk biex thossok kalm u mohhok mistrieh. Iz-zaghzugh De Piro ma kien eccezzjoni.

 

Missieru kien wiehed mill-ostakli li ltaqa' maghhom. Ta missier li kien, ried jara lil ibnu jilhaq fis-socjeta', u li jkun kapaci jfendi ghal rasu. Bhal dejjem l-idea ta' sacerdot mixhut fil-qadi ta' sevizz b'xejn izda b'imhabba ghall-ohrajn - hafna drabi b'detriment ghalih innifsu - wisq izjed, minghajr tant sikurezza rigward il-ghixien, l-manteniment, u l-htiegiet umani l-ohrajn, ma tantx ihajruk biex taqbad din il-hajja. Biss, il-fidi ma kenitx nieqsa. U s-sacerdozju hu mibni, anzi hu frott ta' fidi vera.

 

Alessandro hassar lil ibnu Guzeppi u skoraggih milli jidhol is-Seminarju. Dan hu ghamlu dejjem bil-prudenza. B'hekk ghen lil ibnu jizen u jifli sew il-hsieb tieghu. Fil-fatt, wara l-mewt hesrem ta' missieru, Guzeppi rrifletta: "F'dik l-okkazjoni, kellna farag tant kbir b'mod li nghid, bla biza' li nizbalja, li l-konsolazzjoni li garrabna kienet akbar min-niket ta' l-isfortuna". Dan il-ghaliex it-tigrib tal-firda ta' min hu ghaziz bilfors li jgibek wicc imb'wicc mar-realta' umana. Guzeppi sab ruhu quddiem il-frugha tal-hajja mondana u l-farag spiritwali lihu biss eku ta' dak mistenni u etern.

 

Fis-Sajf tas-sena 1897, meta Alessandro ma kienx qed jara vokazzjoni f'ibnu Guzeppi, iz-zaghzugh fittex parir mill-konfessur tieghu. Dan ta' l-ahhar ghamillu l-kuragg. Il-mewt ta' missieru seviet ta' okkazzjoni lifiha hu gharbe sew lilu nnifsu. Izjed - marda gravihakkmet lil huh Berti f'dan l-istess zmien. Din kompliet ghenitu fil-hsibijiet profondi tieghu. Fil-fatt hu sab ruhu jassigura lilu nnifsu mill-gdid li hu kien imsejjah biex jaqdi lill-Mulej bhala qassis.

 

Hemm ragunijiet ohrajn li ghenuh biex jasal jiddeciedi. Huwa stess isemmihom u fil-fatt wasal biex kitibhom. Guzeppi deherlu li ebda hidam ohra ma kienet taqbel ghan-natural tieghu ghajr dik ta' sacerdot. Infatti huwa kien maqtugh ghalhekk. Emmen li din id-dedikazzjoni kienet tghinu biex ighix kuntent, u kellha tghinu ha jirbah l-intoppi tal-hajja. Iva, ma kien se jkun hieles mill-ghawg u l-hemm, izda kein zgur li Alla jghinu dejjem.

 

Huwa ried jinghata kollu kemm hu lill-Mulej. Dan xtaq jaghmlu bhal att ta' mhabba. Il-hajja konsagrata kellha tghin biex hu jissaffa min-nuqqasijiet tieghu u jimxi 'l quddiem fil-perfezzjoni u f'ghaqda shiha ma' Alla. It-triq tal-qdusija tghinek tifhem ahjar il-mewt, u fiha tara l-pont tal-persuna mal-hajja etena.

 

Kien qorob tmiem l-ewwel sena fl-istudju tal-ligi. L-ezamijiet univesitarji kienu qrib. Guzeppi ddecieda jaghmel novena lill-Madonna. Huwa talab lil Marija tghinu jasal jifhem x'ried Alla minnu.

 

Fit-8 ta' Mejju, 1898, nhar il-festa tal-Madonna ta' Pompej, huwa ffinalizza d-decizjoni tieghu. Iva, kien zgur x'ried. Triqtu kienet dik tas-sacerdozju.

 

_________________________________________________________________________

 

Il-Hajja

It-Tnejn, 3 ta' Awissu, 1987

Fr. Saviour Sammut MSSP

Pg. 4

 

Tieghi Ghalik…(5)

 

Kienet uzanza, fl-universita' ta' Malta, li nhar it-8 ta' Mejju kemm il-professuri kif ukoll l-istudenti jingabru fil-knisja tal-Gizwiti, il-Belt, u jaghmlu s-supplika lill-Madonna ta' Pompej. Kien waqt dan is-servizz liturgiku li z-zaghzugh Guzeppi De Piro, fis-sena 1898, ha d-decizjoni biex isir qassis.

 

Dak inhar, malli wasal id-dar, hu mar dritt igharraf lil ommu x;kien bi hsiebu jaghmel. Is-Sinjura Ursola ma hadithiex b'sorpriza din il-haga. Kienet tafu bizzejjed lil binha. U fiha huwa sab mhux biss persuna li tifhmu izda wkoll omm li nkoraggietu u li sahhitlu l-hsieb qaddis tieghu. Ghaliha din kienet barka ohra fuq il-familja taghha: binha Santinu, erba' snin akbar minn Guzeppi, kien ukoll ga qieghed jistudja u riesaq lejn l-ordinazzjoni presbiterali.

 

Imhabbet ommu tkattret izjed lejh, issa li hu kienh iddecieda li jsir qassis. Il-parir taghha u l-ftehim li flimkien waslu ghalih kien illu Guzeppi jibda mmedjatament l-istudju necessarju ghal dan il-ghan. Billi finanzi ma kenux problema, allura x-xewqa kienet li hu jmur Ruma.

 

Iz-zaghzugh De Piro avvicina lil zijuh, il-baruni Guzeppi De Piro, (dan inzerta li kien jismu l-istess bhalu) u talab minnu li jidher ghalih quddiem l-Arcisqof u jitlob f'ismau l-kunsens tieghu. Dan ta' l-ahhar malajr fittex iwettaq dan il-pjacir. Kien midhla tal-familja De Piro u allura kien jaf xi jsarrfu.

 

L-Arcisqof Pietru Pace, ferah bl-ahbar li Guzeppi wera x-xewqa li jsir sacerdot. U wkoll accetta bil-qalb kollha li jikteb lill-Kardinal Protettur Pampolla, u lir-rettur tal-kullegg Capranica biex jinstab post ghal dan l-istudent Malti.

 

Fost dak li huwa kiteb fl-ittra lir-rettur, insibuh ighid dan dwar Guzeppi: "Bil-qalb kollha naghti r-rakkomandazzjoni tieghi lil dan iz-zaghzugh ghaliex hu moghni b'kull don…"

 

"Hu zaghzugh ta' hajja tajba hafna. Ighix dejjem migbur f'daru fejn ma jarax hlief ezempji ta' hajja virtuza…"

 

"Waqt li jiena nirrikmandahulek, nizgurak li int tkun sodisfatt f'kollox b'dan iz-zaghzugh".

 

Guzeppi halla Malta nhar l-10 ta' Lulju. Il-vjagg ghall-Italja sar bil-bahar sa Sirakuza; u l-bqija bil-ferrovija sa Ruma. Hemmhekk hu sab jilqghuh uhud minn niesu. Izda dritt mar wera ruhu lir-rettur tal-kullegg u ftiehmu dwar x'arrangamenti kien mehtieg li jsiru.

 

Sakemm stenna biex jigi msejjah fil-kullegg u hemm jibda t-tahrig mehtieg, Guzeppi sab ruhu nkwetat mill-gdid minhabba f'sahhtu. Izda dan ma kienx se jtellfu mid-determinazzjoni li kellu dwar il-vokazzjoni. Tant li lil huh Gwido kitiblu hekk: "Dwar ix-xewqa tal-mama' li mmur ghand specjalista, ma ghandix hsieb iehor f'mohhi hlief li nidhol il-kullegg. Imbaghad wara li nkun f'posti, nahseb f'dan ukoll.

 

Il-jum li tant stenna fl-ahhar wasal. Nhar il-5 ta' Settembru, 1898 Guzeppi dahal ufficjalment fil-kullegg Capranica, f'Ruma: issa bhala seminarista. Hemm hu beda l-kors tal-filosofija fl-Universita' Gregoriana f'dik l-istess sena.

 

_________________________________________________________________________

 

Il-Hajja

It-Tnjen, 10 t'Awissu, 1987.

Fr. Saviour Sammut MSSP

Pg. 4.

 

Tieghi Ghalik…(6)

 

Is-seminarista De Piro kien beda l-kors ta' l-istudju tieghu ghas-sacerdozju. Dan iz-zaghzugh, issa kien ihossu li qieghed f'postu. Kien sab dak li xtaq. Il-ghan ta' hajtu kien fil-qrib. U l-prezenza tieghu fis-Seminarju Capranica, f'Ruma, kienet konsolazzjoni persunali li issa kien fejn ried u tant xtaq.

 

Is-sacerdozju mhux professjoni. Billi jkollok mohhok tajjeb, u taghmel il-kors necessarju u ggib id-diploma, ma jifssirx li int presbiter fil-veru sens tal-kelma. Wiehed iried japprofondixxi aktar ir-rieda tieghu, il-ghanijiet sincieri tieghu, u l-generozita' ta' dedikazzjoni bhal din.

 

Hu ministeru ta' fidi hajja u awtentika. Mela, qabel kollox, huma l-konvinzjonijiet religjuzi ta' dak li jkun li jiridu jkunu kunsidrati u mqeghdin f'perspettiva propja. Tipprepara ruhek lej il-presbiterat, allura, ifisser li titharreg aktar fil-ghixien tal-fidi tieghek milli semplicement tibbrilla fl-istudji akkademici necessarji. Wiehed m'ghandux jaqleb il-prijorita' ta' dawn.

 

Guzeppi De Piro ma waqax fi zball bhal dan: Anzi! It-trobbija li kien ha f'malta, art twelidu, flimkien ma' dik gewwa daru, ma naqsux li jkunu ta' pedament sod li, issa, gewwa s-seminarju, taw il-frott. L-art kienet ghammiela. L-atmosfera propja. Il-post kien Ruma, il-belt imqaddsa tal-Knisja Kattolika. Guzeppi ma setax ma jiffjorixxix.

 

Sena wara d-dhul tieghu f'Capranica, Guzeppi ghalaq 21 sena. Fi Frar ta' dik is-sena, f'ittra lil ommu, kiteb: "Ghada… jibda l-ewwel randan ghalija ghaliex, kif intom tafu, din is-sena jien obbligat ghas-sawm. Nittama li Alla jghinni nsum ir-randan kollu kemm hu".

 

Jewwilla kliem bhal dan ma jirriflettix l-ispirtwalita' tal-kittieb? U kliem tali huma rifless ta' l-interjorita' qaddisa - mumenti bhal dawn Guzeppi kien biss jaqsamhom ma' ommu l-ghaziza, li fiha huwa kompla jsib sapprot qaddis li ghinu jaghmel dejjem progress f'dak li emmen.

 

L-ewwel randan ghadda. Kienet esperjenza ta' cahda, izda, ghax maghmula fi spritu nisrani, allura swiet ta' okkazjoni li fiha Guzeppi akkwista grazzji sopranaturali. HU ha proponiment li jsum mill-gdid ir-randan kollu fis-sena ta' wara. Hekk kiteb lil ommu fi Frar 1900: "Illum hija t-tieni gurnata tat-tieni randan tieghi. Nittama li din id-darba wkoll, l-istess bhas-sena l-ohra, inkun nista' nsumu kollu kemm hu".

 

Umilta'

 

Aktar ma z-zmien ghadda, u beda joqrob lejn l-ordinazzjoni, lawguri mill-familjari tieghu zdiedu. Guzeppi ma kienx moghmi bil-ftahir tad-dinja. Lanqas ma fittex unuri jew poszizzjonijie ta' gieh. Li ried dan huwa kellu x'jaqilghu; iben familja nobbli, tat-tajjeb, edukat f'istituzzjonijiet gholja, u issa jistudja ghas-sacerdozju fl-Universita' Gregorjana, gewwa Ruma. Huwa kien jaf tajjeb li l-umilta' hija wiehed mill-akbar virtujiet tal-fidi. Anzi, hija l-bazi ta' kull qdusija u fedelta' lejn twemminek. Guzeppi ghalilha tieghu, u bhal dejjem rawwme u ghasses fih din il-virtu'.

 

Hekk kiteb lil ohtu l-kbira, li ghal xi zmien bdiet titfaghlu xi awguri ta' hajja ta' successi: "Nosserva lil Terezina biex ma toqghodx taghmilli certi awguri b'tant serjeta'. Hemm awgurju li jien naccetta bil-qalb. Dan huwa li jien naghraf tajjeb ir-rieda ta' Alla, u naghmilha b'mod perfett. Dan ghalija jkun bizzejjed".

 

_________________________________________________________________________

 

Il-Hajja

It-Tnejn, 17 ta' Awissu, 1987

Fr. Saviour Sammut MSSP

Pg. 4

Tieghi Ghalik…(7)

 

Il-hemm tal-hajja jigi lil kulhadd. Izda huwa hawn jen in-nisrani veru juri xi jsarraf. It tigrib tal-hajja joffri affront ghal dak li wiehed jemmen u jittama fih. Is-Seminarista De Piro kellu tieghu wkoll. Bhal kull haddiehor, hu ma kien eccezzjoni.

 

Il-mewt ta' missieru kienet ghadha esperjenza riska. Ghall-familja De Piro l-firda kienet akbar il-ghaliex Alessandro miet michud mill-konfort ta' l-gheziez tieghu, u kien ha lahhar nifs ta' hajtu barra minn pajjizu. Haga li Guzeppi ghamel, mghejjun minn wiehed minn hutu, kienet li hekk kif kien l-Italja ha hsieb li fdal missieru jintbaghtu lejn Malta. Din kienet ix-xewqa tal-familja kollha. Alessandro ndifen mill-gdid fil-qabar tal-familja gewwa l-Qrendi.

 

Ghall-Milied tas-sena 1898 kiteb hekk lil ommu: "Lejn Malta ma jiena ser nibghat awguri lil hadd hlief lilek, billi ghandu jsir it-trasport tal-fdal ta' missieri". Dan fisser li n-niket tal-mewt gie mill-gdid imqajjem u l-gerha tkabbret.

 

Il-kaz ta' huh Berti kien daqqa ta' harta ohra ghall-familja De Piro, u prova ohra. Fis-sena 1899 dan gie mahkum minn marda gravi. Is-seminarista Guzeppi fittiex iqawwi qalb ommu u hutu: "Li wiehed igerger, xejn ma hi haga tajba; immanahseb li, jekk noffru l-biki taghna lill-Mulej biex inpattu ghal dnubietna, ikolln merti tal-kobor bla tarf. Hu naturali mill-izjed li wiehed jibki meta jkollu qalbu maqsuma bin-niket. ghalhekk, meta Alla jippermetti li nbatu, naghmlu tezor ghalina minn dan l-istess niket."

 

Berti miet fi zmien qasir. Hu kien ta' 22 sena. Minn Ruma waslu kliem ta' farag u moghdrija: "Minn fost huti kollha, ghaziza ommi, jiena hu l-inqas wiehed li nista' nsabbrek…"

 

"Jidher tajjeb li Alla u l-Vergni Marija ma nsewniex ghaliex joffrulna ta' sikwit xi cirkustanzi biex inkabbru dejjem izjed it-tama taghna fihom. Dwar Berti, nistghu nghidu bla ma nizbaljaw li hu jinsab ahjar mina ghaliex qieghed flimkien ma' erwieh tajbin ohrajn li hallewna fiz-zminijiet ta' qabel…"

 

"Fl-ittra li (Berti) kitibli fid-9 ta' dan ix-xahar ta' Mejju (tas-sena ta' qabel) fost l-ohrajn wassalli taghrif sabih u li bih sabbarni dwar il-gurnata tat-8 ta' Mejju, fil-Knisja tal-Gizwiti. Hu fisser ruhu b'dawn il-kelmiet precizi: "Illum, nistghu nghidu bla ma nizbaljaw li t-8 ta' Mejju saret il-gurnata l-aktar devota tas-sena".

 

Minn dawn il-kelmiet biss u minghajr ma thares lejn affarijiet ohrajn, jiena nara kemm fil-qalb tieghu kellu mhabba kbira lejn il-Madonna ta' Pompej. Jiena nara wkoll tajjeb kemm, f'dik il-gurnata, talab bil-herqa li jaqla' grazzja minghand il-Madonna. Imbaghad minn din id-disgrazzja li gratilna, jidher tajjeb kemm il-Madonna laqghet is-supplika tieghu tat-8 ta' Mejju. Qabel ma hu seta' jirringrazzjaha bin-novena tas-soltu Hi gabritu u sehbitu maghha fil-genna li hi d-don whadien li lina jista' jinghatalna….

 

"Is-sena l-ohra, l-istess Vergni Mbierka offriet lili lill-Iben Divin taghha fuq din l-art. U din is-sena, waqt li qabdet lil Berti minn idejh, il-Madonna dahhlitu fil-genna."

 

Xahrejn wara Guzeppi nnifsu sab ruhu jbati minn marda fi grizmejh.

 

_________________________________________________________________________

 

Il-Hajja

It-Tnejn, 24 ta' Awissu, 1987

Fr. Saviour Sammut MSSP

Pg. 4.

 

Tieghi Ghalik… (8)

 

Ostaklu li rrenda lil Guzeppi De Piro limitat milli jaghmel, aktar 'il quddiem progress fl-istudju tieghu, kien il-mard. Anzi, dan il-fattur kellu jibqa' jitturmentah sa l-ahhar u kien il-kawza li hajtu ntemmet hesrem.

 

Sa minn qabel halla Malta biex imur Ruma u jidhol is-seminarju, diga' kien hemm xi indikazzjonijiet ta' mard. Issa li kien l-Italja, huwa seta' jfittex kura ahjar. Dan li fittex ghamel. Biss ma halla qatt li l-giri 'l hawn u 'l hinn, minn tabib ghal ghand l-iehor u, il-hin mehieg biex tinghatalu l-attenzjoni necessarja, jkunu ta' tfixkil fl-istudju tieghu. Mhux ta' xejn li ommu kienet tishaq bis-shih mieghu dwar dan. Fl-ittri ta' bejniethom dan kien sugget li trattaw diversi drabi.

 

Fl-1899, sentejn biss wara li kien ilu fil-Kullegg Capranica, Guzeppi marad be grizmejh. L-infjammazjoni kienet qed tohloqlu diffikulta' biex jitkellem u, kienet kawza ta' ugiegh. Is-seminarista De Piro fittex imur ghand tobba u specjalisti apposta. "Diga' nort ghandu (il-Professur Egidi) erba darbiet; it-tieni darba haraqli grizmejja bin-nar; u dan nahseb li rimedju radikali. Bil-ghajnuna ta' Alla, nittama li nasal ghall-fejqan".

 

Guzeppi kien imqarraq. Il-kura mehtiega kellha titkompla ghalhafna zmien wara. Hadet is-snin. Minhabba f'hekk hu sab ruhu b'impediment fiziku. Biss, izjed minn hekk, dan gieghlu jsofri ta' kultant umiljazzjonijiet shah.

 

Sena wara li nduna bil-problema ta' gerzumtu, Guzeppi rcieva xokk iehor. It-tabib tieghu tarrafli li hu kien intikeb mill-marda tat-tuberkolozi (jew kif ahjar maghrufa fostna l-Maltin it-T.B., marda tas-sider, it-tizi). Dan kompla pogga lis-seminrista De Piro f'sitwazzjoni mbarazzanti. L-istudju, l-ordinazzjoni, u l-ministeru li hu tant xtaq jezercita kienu issa lkoll kundizzjonati mill-mod ta' kif jinfexx il-mard tieghu jew mis-success tal-kura li hu fittex jiehu. Sab ruhu f'dilemma. Hawn, mill-gdid, bhal fl-imghoddi, fittex jirrikorri lejn Alla u l-Madonna. S'intendi ma naqasx li jiftah qalbu ma' ommu l-ghaziza, mal-konfessur tieghu, ma' shabu u ohrajn li minn ghandhom talab konsolazzjoni jew parir.

 

Fejn seta' lil ommu ma tant urieha bl-inkwiet tieghu. U, allura, kien hafna meqjus fi kliemu. Tant li mhux dejjem qal kull ma xtaq. L-interess fl-ohrajn u l-gid taghhom kienu ghalih izjed importanti minn dak tieghu. Kien lest li jiccahhad mill-konfort li kien mehtieg minnu hu biex ma jghabbix lil haddiehor bil-hemm tieghu wkoll.

 

F'Dicembru 1900 kiteb hekk lil ommu: "Toqghod tinkwieta xejn fuqi. Izda itlob ghalija lill-Madonna ta' Pompej u anki lil Sant'Anjeze, il-patruna tieghu bhal studen tal-Capranica. Jien li din il-qaddisa qieghed nitlobha biex tfejjaqni minn dan il-katarru qabel il-festa taghha li tahbat fil-21 ta' Jannar. Sadattant, il-Hamis li ghadda, jien mort ghand l-ispecjalista, u dan ikkurani; ghandi f'mohhi li nibqa' mmur ghandu".

 

Waqt li z-zmien baqa' ghaddej u Guzeppi mex 'l quddiem fl-istudju tieghu, dan iz-zaghzugh aktar sab ruhu jithasseb. Sahansitra spicca biex beda jiddubita jekk din kenitx ir-rieda ta' Alla jew le. Kien jinsab bejn haltejn. Ta' l-iskantament hu li, ghalkemm De Piro kien ighid x'mard kellu, biss qatt m'ghaggibha jew wera x'ugieh kien qieghed ibati.

 

Dan hu accettah minn id il-Mulej. Izda dak li ma qalx dwaru, intwera f'kemm kien bniedem responsabbli mhux biss spiritwalment izda wkoll umanament meta, per ezempju, kiteb hekk lil ommu: "Lili ddispjacieni li sirt naf li int ma kontx tajba, u ghadek s'issa ma tiflahx. Ghaziza ommi, oqghod daqxejn attenta u hu hsieb sewwa tieghek innifsek. Meta thoss il-bzonn li tistrieh, tahseb f'xejn izjed u strieh minghajr ebda skruplu. Jekk timrad int, timrad il-familja kollha. Ghalhekk, hu hsieb seww tieghek innifsek, u dan ghandu jitqies bhala wiehed mid-drittijiet tieghek".

 

Il-mard xejn sabih li attakkah, holoqlu biza' kbir. U dan bir-ragun. Huwa ra li dan sta' jtellfu kollox, kull ma holom u emmen fih. Mhux ta' xejn li sab ruhu jissara ma' konfuzzjoni ta' hsibijiet. Guzeppi kien jinsab f'dilemma vokazzjonali.

 

_________________________________________________________________________

 

Il-Hajja

It-Tnejn, 31 ta' Awissu, 1987.

Fr. Saviour Sammut MSSP

Pg. 4.

Tieghi Ghalik…(9)

 

"Madanakollu, ghaziz Guzeppi, bil-kunfidenza kollha, inkellmek b'mod car. Meta kont hawn, int tajtni l-impressjoni li fil-fantasija tieghek qed tithasseb xi ftit izzejjed. Jew, biex inkellmek ahjar: int tinsab imbezza'. Fil-fatt jiena ma nimmaginax li ghandek ghalfejn tithasseb daqshekk. Hsibijiet zejda jaslu biex imarrduk tassew. Aghmel il-qalb lilek innifsek, u gib ruhek skond l-istint naturali tieghek li jghidlek biex tkun ferriehi. Fittex fiex tehda".

 

Il-konfuzjoni li holoqlu l-mard, specjalment il-marda tas-sider li kien mahsus biha, kienet reali ferm. Il-lotta bejn it-theddida fizika tal-mewt u l-fatt li spiritwalment ma jaslax jaghti lil Mulej xejn fil-konkret b'hajtu, kienet wahda krudila. Bhal kull seminrarista iehor huwa fittex il-parir ta' sacerdoti ohrajn, u l-aktar mill-konfessur tieghu.

 

Sacerdot habib tieghu u tal-familja, kien dik il-habta fi Sqallija. Guzeppi De Piro rrikorra ghandu. Din ta' hawn fuq hi parti minn ittra li nkitbet mill-Gizwita, Patri Vincenz Sammut u ntbaghtet lil De Piro. X'intqal f'din l-ittra jixhet dawl dwar kemm kienet akuta d-dilemma li fiha sab ruhu s-seminarista De Piro.

 

Kif intqal, Guzeppi ra li l-pjani tieghu kif ipprincipjahom hu dehru jaqghu kollha u jisfghu fix-xejn. Il-biza li hakmu gieghlu jiddubbita mit-triq li kien iddecieda li jaqbad. Il-vaganzi li ha bi skop li jiehu sahhtu mill-gdid swewlu biex waqa' f'tensjoni kbira. Dan kien hekk minhabba l-preokkupazzjonijiet li qabduh dwar hekk.

 

Patri Sammut gharaf jifhem dan u uzjed: "Int qieghed tghidli li ghadek ma ddecidejt xejn! Imma int trid tiddeciedi hekk malajr? Ghaziz tieghi hu daqxejn pacenzja". Guzeppi kien wasal jiddeciedi li ma jirritornax lura lejn Ruma; minflok hu jkun f'Malta fejn ikompli l-istudju tieghu u jqaddes hemm. Imbaghad seta' joffri l-ghajnuna tieghu lill-Istitut ta' San Guzepp. Il-Gizwita gibidlu din l-attenzjoni: "L-ewwelnett, mur ghand tabib tajjeb, kif kont fissirtlek meta kont hawn. Dan hu punt fundamentali u minnu jiddependi li l-kumplament kollu: jigifieri jekk tmurx Ruma, jekk tiffrekwentax l-iskejjel ta' San Duminku, u jekk tinghaqadx ma' dawk iz-zewg qassisin tal-Hamrun, u tant affarijeti ohrajn. "Kollox jiddependi mill-fatt li int tkun taf taghmel ghazla tajba wara li tiehu l-parir tat-tabib. Dan ifisser li int ghandek thaddem mohhok skon demm hu mehtieg biex, lid-dikjarazzjonijiet tat-tabib (li huma dejjem pessimisti), tizinhom daqs kemm ikun haqqhom…."

 

Fis-sincerita' tieghu Guzeppi esprima ruhu li kien lest jiehu kollox minn id Alla. Il-atri ghaqli fehem tajjeb li din ir-rassenjazzjoni facilment setghet kienet rizultat ta' l-iskuraggiment li kien hakmu. Allura, kienet sitwazzjoni li holqot fih attitutdni falza li la kienet ta' ebda gid ghalih, wisq izjed ghall-hajja spirtiwali tieghu. F';din l-istess ittra huwa fittex izid ighidlu u jiktiblu: "Int qieghed tghidli li lest ghal kollox; ghal kull sagrificcju li l-Mulej jitlob minghandek. Taghmel tajjeb li tkun hekk. imma din ir-rabta mar-rieda t'Alla ma ghandhiex tkun l-effett ta' hafna hsibijiet li, ftit jew wisq, ikun koroh. Ftehimna tajjeb? Malli tkun taf il-verdett tat-tabib, gharrafni bih, ghax forsi nkun nista' naghtik xi dawl".

 

Sakemm kien boghod mis-seminarju jiehu btala mehtiega ghal sahhtu, Guzeppi zamm korrispondenza mar-rettur. Dan kien jaf dwar s-sitwazzjoni prekarja tas-seminarista. Hekk inkoraggih f'ittra li kitiblu: "Bla dubju ta' xejn, int ghandek taghmel hiltek b'attenzjoni li mataqtax minn kura ta' bal waqfien halli twarrab dan l-iskomdi gravi li dan l-ahhar habbtek. Jekk ma tfiqx, ma tistax tintefa' bis-serjeta' fuq l-istudju, li tant hu mehtieg. Nittama li l-fiducja li int ghandek fil-Madonna salvak. Jalla tkun tista' tohrog minn dak l-istat ta' incertezza ghaz-zmien li gej. ftakar li lpincertezza hi l-aghar haga. Iva, nafdaw fl-omm tant helwa taghna bit-tama li fil-mizerja taghna, tit qanqal lejna biex thenn ghalina; Hi ghandha qawwa tant kbira quddiem Alla".

 

Fil-fatt beda jidher li, wara l-ewwel attakki li gewlu, uspecjalment minhabba l-marda tas-sider (din kienet l-aktar serja), Guzeppi beda gej ghall-ahjar. Sahhtu tjiebet. Ha r-ruh. Mill-gdid deher li kollox rega' ghal li kien qabel. Ghalkemm il-kura baqghet sejra, izda issa s-seminarista De Piro bhal deher li kien ikkalma u heles mid-diffikultajiet li kien nholqulu u li tant tawh gewwa. Ir-rittmu ta' l-istudju rega nqabad mill-gdid. Il-hajja fis-seminarju kien wahda normali. U l-possibilta' li jigi ordnat fi zmien sentejun xeghlitu b'kuragg gdid u bi premura kbira. Alla ma jinsiex lil tieghu. Fil-kas ta' Guzeppi dan ma naqasx.

 

_________________________________________________________________________

 

Il-Hajja

It-Tnejn, 7 ta' Settembru, 1987

Fr. Saviour Sammut MSSP

Pg. 4.

 

Tieghi Ghalik…(10)

 

 

Iva, ghal Guzeppi kien possibli li jigi ordnat presbiteru; u dan avolja kien ghadu ma spiccax il-kors ta' l-istudji kollha. Fil-fatt din kienet uzanza fis-seminarju Capranica li wiehed seta' jitlob il-permessi mehtiega sabiex jithalla jordna u, imbaghad ikompli l-kors. Dan kien possibli, wisq izjed, meta jinqala' kaz jen kawza accidentali setghet teqred kull cans li l-kandidat jilhaq il-ghan tieghu.

 

De Piro kellu dan il-kaz. Il-marda tas-sider setghet tohloqlu mpediment u ma jithalliex jitla' t-tarag ta' l-artal. wiehed qatt ma seta' jghid kif jaghtuk l-attakki ta' din il-marda u b'liema intensita'. Kien possibli li tigih fazi qawwija u intensa u l-povru seminarista kien jigi gudikat li minhabba sahhtu ma setax jithalla milli jkompli fi triqtu lejn l-ordinazzjoni. Guzeppi, ghalhekk kien jinhtieglu d-dispensa mill-Isqof tieghu.

 

L-Arcisqof Pietru Pace ta' Malta kien il-persuna pricipali f;din il-haga. Kien dak li jholl u jorbot. Huwa kien jinzamm imgharraf sew dwar Guzeppi. Mis-seminarju ma naqsux li jintbaghtu rapporti dwar il-progress tieghu kemm fl-istudji kif ukoll fl-andament ta' hajja li tixraq lil seminarista li qieghed jithejja ghas-sacerdozju. Guzeppi nnifsu ma naqasx li jzomm kuntatt ma l-Arcisqof tieghu. Tant li, l-vigarju ta' Kristu f'Malta, kien dejjem dispost li jghin u jemxxi 'l quddiem lil dan is-seminarista.

 

L-ewwel ittra dimissorjali waslet Ruma f'Jannar 1901. Guzeppi kellu l-barka ta' l-Arcisqof biex jista' jigi ordnat Suddjaknu. Biss, qabel dan kien hemm affarijet ohrajn x'jitlestew. "Qabel l-ordinazzjoni, irrid nghaddi nill-ezami fil-Vigarjat. ghalhekk, itlob ghalija sabiex inkun nista' nipprepara ruhi tajjeb. L-affarijiet jigu wahda war l-ohra, u dejjem nahseb l-izjed fuq l-ewwel haga li tkun tmiss. Issa, l-ewwel ma jkolli hu l-ezami; imbaghad, l-irtir, u wara, l-Ordinazzjoni." Fi Frar hu sar Suddjaknu. L-ewwel pass importanti lej il-presbiterat kien intlahaq.

 

L-ezamijiet kienu dejjem tensjoni ghalih. Huwa qatt ma ntefah bl-intelligenza tieghu. Izda izjed minn kull haga ohra, il-mard li kellu kien il-kawza pricipali tellfu hafna hin u energija prezzjuza biex seta' jiddedika ruhu sew ghall-istudju. "Fl-intelligenza m'ghandi xejn specjali. S'issa mexxejt mhux hazin… L-ezami ghall-bacellerat mar xi ftit hazin. Minn tliet ezamijiet, fi tnejn bilkemm ghaddejt. ghalhekk, jekk nahseb ftit x'niswa u ngib quddiem ghajnejja t-toqol ta' l-ezamijiet, ilkolli nghid li ftit ghandi cans niehu gradi ohrajn".

 

Ittra ohra dimissorjali harge mill-Kurja ta' Malta. U Guzeppi De Piro nghata d-Djakonat. Dan kien f'Dicembru 1901. Ohtu Terezina kitbitlu hekk: "Nifrahlek ghall-pass kbir li ghamilt 'il quddiem fit-triq ta' minsteru tant gholi…. Int l-farag tal-mama' u taghna lkoll". Sacerdot Malti awguralu b'dan il-mod: "Nawguralek li tahdem hafna fil-ghalqa li l-Mulej ghad joghgbu jqieghedek fiha".

 

Issa kien baqa' biss targa ohra. Flimkien ma' ohrajn huwa ghamel l-irtir tat-thejjija. Imbaghad, nhar is-Sibt, 15 ta' Marzu, 1902 Guzeppi gie ordnat sacerdot. Dan sehh fil-Bazilika ta' San Gwann Lateran. L-ghada huwa qaddes l-ewwel quddiesa tieghu fil-kappella tal-Kullegg Capranica. Ftit jiem wara huwa kien Malta fejn flimkien ma' niesu u hbiebu ccelebra l-quddiesa solenni. Kien nhar il-Ghid il-Kbir.

 

Dun Guzepp rega' lura lejn Ruma. Hemm spicca l-istudju tieghu. Minhabba l-problema tal-mard huwa qata' jiesu li jkompli studji aktar gholjin. Il-hsieb tieghu kien li mill-gdid jinzel Malta u bida l-hidma pastorali tieghu.

 

Fl-arkivju tal-Capranica thalliet miktuba, fost ohrajn, din in-nota dwaru: "Guzeppi De Piro min-natura tieghu hu mixhut biex jahfer dejjem. Hu twajjeb hafna. It-tifkira li halla f'dan il-kullegg hi ghaziza hafna".

 

_________________________________________________________________________

 

Il-Hajja

It-Tnejn 14 ta' Settembru 1987

Fr. Saviour Sammut MSSP

Pg. 4

 

Tieghi Ghalik…(11)

 

Dun Guzepp De Piro rega' lura lejn Malta lejn tmiem Lulju tas-sena 1902. Biss, din kienet mawra ohra - zmien biex jipprepara ruhu halli jitlaq lejn l-Izvizzera.

 

Ghat-tieni darba hu gie milqut mit-tuberkolosi. Il-marda tas-sider hakmitu b'mod gravi. Hu kien jinhtieg kura specjali u mmdejata. Id-decizjoni kienet li hu jmur f'dar tal-kura sanatorju gewwa l-Isvizzera. L-arja tajba qalb il-muntanji ta' dan il-pajjiz kellha tghin biex hu jiera' jiehu sahhtu.

 

Ghalkemm kuntent li kien gie ordnat sacerdot, Guzeppi ra li l-pjani kollha tieghu ghall-futur issa kienu ccajpru ghal kollox. Ma kien possibbli ghalih li jkompli aktar studju akkademiku. Lanqas biss ma rnexxielu jispicca l-kors tat-teologija! Hu ccahhad minn kull aspirazzjoni ta' lawriji kemm fit-telogija u kemm fil-ligi kanonika. Ir-rassenja ruhu ghar-rieda ta' Alla. "Il-Mulej jhares lejn ir-rieda tajba tieghi".

 

Il-qaghda tieghu fl-Izvizzera bdiet taghti rizultati njuraggjanti. Il-kura hadet it-tul, biss il-progress f'sahhtu u fil-fejqan tal-marda li kellu kien kontinwu. Dan rega' mela lil Guzeppi b'tamiet qawwijin. Fil-fatt, waqt li qabel hu kien immagin li Alla kellu mnejn li ma riedx innu dak li hu kien jixtieq, issa l-progetti ta' l-imghoddi regghu feggew mill-gdid. Kiteb hekk fid-djarju tieghu: " Waqt iz-zmien tal-kura, jiena b'ghozza bqajt marbut ma' l-ideat li kelli fl-imghoddi. Qalb is-silg ta' l-Alpi, u tant imbieghed mill-pajjiz fejn lil dawk l-ideat xtaqt inqieghdhom fil-prattika, lil ma kienx baqaghli hlief mezz wiehed. Kien fadalli biss it-talb, li qistu bhala l-aqwa habib. ghalhekk jiena tlabt u tlabt fuq li tlabt".

 

Il-kura tieghu hadet it-tul, sena u nofs. Izda swietlu biex hu halla l-Isvizzera mfejjaq ghal kollox. F'Marzu tal-1904 wasal lura Malta. Izda, biex ma jitlifx dak li kien akkwista rigward sahhtu, hu mar ighix fid-dar li l-familja De Piro kellha fil-Qrendi.

 

Sakemm kien hawn hu ma ntelaqx. Anqas ma qaghad jistenna li l-okkazjonijiet jipprezentaw ruhhom wahedhom. Hu fittex li sakemm idum hemm jinxtehet fil-qadi ta' dmiru bhal sacerdot.

 

Kien iqaddes ta' kuljum, iqarar u jghin kif jista f'dak li jkun mehtieg madwar il-knisja. Sar il-qassis ta' kulhadd. Ghalkemm ta' demm nobbli, hu kien dhuli hafna. Il-hlewwa tieghu gibdet qalb kulhadd. Hadd ma kien isibh bi tqila li jersaq lejh kemm biex ikellmu, jew ghal xi parir, jew biex jaqsam cajta mieghu. kellu hin ghal kullo min ifttxu. haga li kien jaghmel sikwit kienet li jithallat mal-bdiewa fl-eghlieqi taghhom. Hu gharaf jinzel ghall-livell ta' kulhadd u ghamel gid kbir.

 

Il-priedk tieghu kienu pastorali u prattici. Tkellem dejjme b'mod semplici biex seta' jifhmu kulhadd. Izjed mill fetah fommu, hu kien hekk bniedem ta' gabra u ta' talb li mgibtu kienet ezempju haj ta' veru nisrani u ta' bniedem ta' Alla. Il-poplu tal-Qrendi fehma tajjeb dan f'Guzeppi De Piro. U drawh meta ta' kuljum, wara li jispicca mill-quddies teighu, hu kien jerhilha lejn il-wied jimxi u jghid ir-ruzarju.

 

Hu dahal sewwa fil-hajja tal-Parrocca. Barra l-pastorali hu sab hin ighin f'attivitajiet ohrajn. Lahaq il-prokuratur tal-fratellanza tal-Madonna tac-Cintura. Kien ifittex jorganizza l-festa taghha, ibid xi bandu ddoqq, u lil dawk li jkunu ghenu u stinkaw huwa kien jittrattahom f'daru stess.

 

_________________________________________________________________________

 

"Malta Cross"

NSW Australia

Il-Hamis, 29 ta' Ottubru 1987

Fr. Saviour Sammut MSSP

 

L-M.S.S.P. FERHANA

 

Nhar il-Hadd l-1 ta' Novembru 1987, ghandu jigi noqri fil-knejjes kollha ta' Malta u Ghawdex id-Digriet li bih l-Arcisqof Guzeeppi Mercieca jawtorizza lil prokuratur, li f'idejh ghandu l-kawza ta' Monsinjur Guzeppi De Piro - biex dan isir qaddis - biex issa jressaq l-istudju dwar hajjet De Piro b'mod formali. Pass bhal dan ifisser li l-awtoritajiet ekklesjastici bdew jagharfu li dal-bniedem kien tassew mimli b'Alla u b'imhabbtu.

 

Guzeppi De Piro kien sacerdto djocesan. fil-qadi tal-minsterju tieghu presbiterali huwa qed lil Knisja b'hafna manjieri. Izda l-aqwa kien li hu wettaq dmiru b'sens ta' dover u dejjem skond ir-rieda t'Alla.

 

Il-Mulej were kemm Monsinjur De Piro kien sacerdot ghal qalbu meta qanqlu biex permezz tieghu Hu ta' bidu lis-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl. Il-membri religjuzi ta' din is-Socjeta' huma llum xhieda hajja tal-qdusija tal-fundatur taghhom.

 

Ghal dawn l-ahhar snis saru sforzi kbar biex titlesta l-haja ta' Mons. G. De Piro u tohrog f'idejn il-poplu. Din hi ktieb miftu biex wiehed jasal jaghraf tant elementi ta' qdusija f'dan is-sacerdot Malti. U bhal hafna ohrajna hu wkoll ghamel gieh lil Knisja Maltija. Id-digriet ta' Monsinjur Arcisqof hu targa ohra 'l quddiem biex dan iben dehen il-Knisja kattolika jiehu l-post li jixraqlu fuq l-artali taghna.

 

Hekk huwa jkompli jkun ghalina ezempju biex nimitawh fl-ghixien tal-fidi taghna.

 

Ifirhu maghna w itolbu bhalna biex il-Knisja Maltija, fi ftit snin ohra, ikollha gawra ohra ta' qdusija.

 

Min irid santi bit-talba, bil-Malti jew bl-Ingliz, iktbulna jew cemplulna fid-djar taghna fl-Awstralja, jew dirett Malta:- St. Agata, Rabat Malta.

 

Lil Guzeppi De Piro issa wiehed jista' jitolbu l-intereccessjoni tieghu quddiem Alla. Il-grazzji maqlugha, jekk joghgobkom, infurmawna bihom. Grazzi, u nitlob dejjem lil Alla ha jberikkom.

 

_________________________________________________________________________

 

Lehen is-Sewwa

Is-Sibt, 31 ta' Ottubru, 1987.

Adrian Caruana Colombo, Kancellier Tribunal Ekklezjastiku

Pg. 1.

 

Editt dwar il-bidu tal-Kawza ta' Beatifikazzjoni ta' Mons. G. De Piro.

 

Il-Knisja ta' Malta trodd hajr lil Alla ghaliex fi hdan il-kleru djociesan dejjem kien hemm numru sabih ta' sacerdoti zelanti li ispirati mill-valuri nsar bil-hajja u l-hidma taghhom taw kontribut siewi f'diversi oqsma ta' l-apostolat u hadmu bis-shih ghall-gid tal-poplu. Fost dawn ta min isemmi lil Monsinjur Guzeppi De Piro li jista' jigi prezentat bhala mudell ta' sacerdot ghall-kleru djocesan u ispirazzjoni qawwija ghall-insara ta' zminijietna.

 

Bhala sacerdot inghata totalment ghas-servizz tad-djocesi. Ghalkemm sinjur mill-familja, sa minn eta' bikrija hass li ghandu jghin lill-fqar u l-iltiema ta' pajjizna u jghix hajja distakkkata mill-gid materjali. Ta hinu, sahhtu u gidu ghad-divesi istituti ta' karita' li kien responsabbli ghalihom sa jum mewtu. Kull fejn u meta seta', imqanqal minn patrijottizmu sincier u genwin qeda lil pajjizu u ghen biex tinbena l-ghaqda u tinkiseb il-paci fost il-Maltin. Fuq kollox kellu mhabba specjali lejn il-missjonijiet tal-Knisja u x-xewqa tieghu kienet li Malta wkoll ikollha ordni religjuz li jkun moghti ghall-hidma missjunarja. Kien ghalhekk li hu waqqaf is-socjeta' religjuza li llum hija maghrufa bhala s-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl u li l-membri taghha jinsabu jahdmu wkoll fl-Awstralja, il-Kanada, l-Istati Uniti ta' l-Amerika, il-Peru u l-Pakistan.

 

Mitlubin mill-Postulatru tal-Kawza tal-Beatifikazzjoni u Kanonizzazzjoni ta' l-istes Monsinjur De Piro biex jinghata bidu ghal din il-Kawza, skond in-Normi tas-Sagra Kongregazzjoni tal-Qaddisin qed nippubblikaw dan l-Editt biex nitolbu lil kull min ghadnu xi kitba ta' Monsinjur De Piro jghaddiha fil-Kancellerija tat-Tribunal Mertropolitan fil-Kurja Arciveskovili, il-Belt. B'kitba nifhmu mhux biss dawk stampati izda wkoll manuskritti, id-djarji, ittri u kull kitba ohra privata ta' dan il-Qaddej ta' Alla. Dawk li jixtiequ li jzommu l-original jistghu jipprezentaw kopja li, wara li tkun verifikata ma' l-original, tigi awtentikata mill-Kancellier ta' l-istess Tribunal.

 

Nordnaw li dan l-Editt jigi mwahhal fil-bieb tal-Kurja ghal xahrejn, jinqara fil-knejjes kollha l-Hadd, l-1 ta' Novembru u jigi pubblikat fil-Bullettin ta' l-Arcidjocesi.

 

Moghti mill-Kurja Taghna fil-Furjana, illum, 23 ta' Ottubru, 1987.

 

+Guzeppi

Arcisqof ta' Malta

Adrian Caruana Colombo

Kancellier Tribunal Ekklezjastiku

 

_________________________________________________________________________

 

Il-Mument

Il-Hadd, 1 ta' Novembru, 1987

Fr. Norbert Bonavia M.S.S.P.

Pg,. 14

 

Mons. Guzeppi De Piro

Fundatur tas-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl.

 

Malta hi zghira u rizorsi materjali ma ghandhiex. Lid-dinja ftit swejnielha minndan il-lat. Biss jekk inharsu mil-lat intellettwali, Malta kellha nies li ghamlu l-gid f'pajjizna u anki fid-dinja.

 

Nistghu nsemmu mies recetni bhal Prof. Preziosi u Prof. Patri Zarb O.P., Dr. Parado, Dr. Debono u ohrajn li barra li taw serivizz lill-Maltin swew ta' gid bil-hidma jew bil-kitba barra minn Malta. Ma dawn nistghu nsemmu niews Maltin ohra li mhux ta' min jinsihom ghalkemm ilhom li twieldu. Fosthom insibu lil Mons. Guzeppi De Piro. Dan il-bniedem fi zmien qasir ta' sitta u hamsin sena irnexxielu jaghmel hafna gid.

 

 

Mons. De Piro twieled fl-Imdina fit-2 ta' Novembru 1877. Ma kienx ghal qassis meta kien zghir. Kien diga' beda kors ghal avukat meta ddecieda li jrid jaqdi lil Alla mill-qrib.

 

Meta kien qed jistudja Ruma kellu cans jibda jahdem fid-diplomazija, imm kif halla miktub fid-djarju tieghu, din ma kenitx ix-xewqa tieghu. Veru li kien iben ta' familja nobbli u sinjura, biss minghand ommu u missieru hu tghallem x'inhi l-aqwa haga.

 

Ommu kienet thobb tghallem b'xejn ir-rakkmu tad-deheb u fuq l-ezempju ta' ommu intefa' b'ruhu u b'gismu mal-fqar u ma l-iltiema. Hu kellu taht idejh hames istituti ta' l-orfni mmexxija mill-Knisja. Dawn l-istituti hadulu sahhtu u flusu. Kien jaghti kull sold li jkollu.

 

Jghidulna dawk li jafuh, illi gieli ta l-flus kollha li kien ikollu fuqu, imbaghad hu kien jinzel bil-mixi mir-Rabat ghall-Belt ghax ma kienx ikollu ghat-tram. Wiehed li kien ighix mieghu jghid li mhux l-ewwel darba li ta l-ikel tieghu li xi fqir li kien ihabbat il-bieb fil-ghaxija u hu raqad b'tazza te'. Mhux ta' b'xejn ommu kienet tghid ghalih 'Dak il-fqir tieghi'.

 

Mons. De Piro, ta ruhu ghall-fqar mhux ghax kien bniedem injorant. Tant mhux hekk, illu hu okkupa karigi gholjin bhalma kienet dik ta' Rettur tas-Seminarju. L-Arcisqof Mauru Caruana ghazlu bhala Segretarju Generali tad-Djocesi. Dawn kienu bicctejn xoghol delikati u ta' importanza kbira.

 

Imma l-ghazla kienet vera tajba ghax il-prudenza ta' dan il-bniedem kienet maghrufa sewwa fost kulhadd. It-talenti li Alla ghogbu jzejnu bihom ma hallihomx reqdin. Ried illi Alla ma jitolbux kont talli ma hadimx fid-dinja.

 

Mons. De Piro kellu kariga ohra importanti, kien membru fis-Senat (Malti). Fis-Senat hu kien jirraprezenta lill-Kleru Malti. F'din il-Kariga hadd am kellu dubju minnu; Kemm il-kleru u kemm il-poplu. Hadem u stinka fis-Senat, u l-kelma tieghu kienet stmata. Ezempju wiehed hu bizzejjed biex naraw l-istima li kien igawdi f'Malta kollha. Dak in-nhar tar-rewwixta tal-maltin fis-7 ta' Gunju 1919 Mons. De Piro indahal biex jikkwieta lill-poplu, u l-poplu sema l-kliem ghaqli tieghu ghax kien jaf min kien dan il-bniedem.

 

Dawn in-nies ma jsirux kbar bix-xejn. L-ghaqda li jkollhom m'Alla tul hajjithom taghtihom il-qawwa, is-sahha u l-gherf. Biss Mons. Guzeppi De Piro jibqa' msemmi ghal haga ohra verament sabiha. Hu waqqaf is-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl. Fid-djarju tieghu hu kiteb "Nahsbu f'hutna ta' Barra" u ghalhekk, hu li kien jaf kemmm Malta thobb tghin il-Missjoni ried li jwaqqaf ghaqda fejn tifforma zghazagh li jkunu jistghu jmorru f'kull parti tad-dinja fejn hemm nuqqas ta' sacerdoti.

 

Is-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl barra tlett idjar hawn Malta: Sant'Agata, ir-Rabat Youth Centre, B'Kara u l-Istitut ta' San Guzepp f'Santa Venera, ghandha wkoll in-Novizzjat fiz-Zebbug Ghawdex. Barra minn Malta, il-Missjunarji tas-Socjeta' jahdmu wkoll fl-Awstralja, fil-Kanada, fl-Amerika t'Isfel (il-Peru) u fil-Pakistan. B'hekk Mons. De Piro permezz tas-Socjeta' tieghu qed jaghmel il-gid mhux biss f'Malta imma wkol f'pajjizi ohra. Kien xieraq ukoll li dan is-sacerdot jigi moghti l-unur li jkun id-Dekan tal-Kapitlu Metropolita.

 

Il-finijiet ta' Alla hadd ma jafhom. Mons. De Piro miet ta' eta' zghira meta hassu hazin fil-knisja ta' San Gejtanu, il-Hamrun wara l-purcissjoni tad-Duluri. L-ghada tal-mewt tieghu l-gazzetti fissru x'kien dan is-sacerdot ghall-kleru Malti, ghal fqir u ghall-haddiem.

_________________________________________________________________________

 

It-Torca

Il-Hadd, 1 ta' Novembru, 1987.

Fr. Norbert Bonavia MSSP

Pg. 23

 

Mons. Guzeppi De Piro.

 

Kieku ma hawnx xi nies li jaghtu kas ta' dati importanti, dawn id-dati jintilfu u maghhom kollox jintesa. Wahda mid-dati importanti li tajjeb li ma nhallux ghaddejja hija t-2 ta' Novembru, 1877. Dak in-nhar twieled Mons. Guzeppi De Piro.

 

Ghal xi whud, Mons. De Piro hu maghruf bizzejjed, izda hafna ohrajn ma jafux min kien dan il-bniedem li f'hajtu hadem kemm felah, ghamel gid madwaru, ma' kull min kellu x'jaqsam mieghu, u anke haseb biex jaghmel il-gid barra minn pajjizu, haga li ftit joholmu li jwettquha.

 

Mons. De Piro twieled l-Imdina minn familja nobbli u sinjura. Biss din il-hajja, hu ma ridhiex. Ghalhekk wara li sar qassis huwa sar midhal ta' l-Istitut ta' San Guzepp f'Santa Venera. Dan ix-xoghol kien ghal qalbu, ghax din kienet il-kwalita' ta' hajja li ried ighix: ta' fqir, mal-fqar.

 

Wara l-mewt ta' Dun Guzepp Bugeja, sar direttur ta' dan l-Istitut. Hekk ukoll gara wara l-mewt ta' Fra Diegu, l-isqof fdalu t-tmexxija ta' l-Istitut ta' dan il-Fratell qaddis. Biss ma kienx kuntent: ma' dawn it-tnejn huwa zied tlieta ohra, biex b'hekk kellu taht il-kura tieghu hames istituti. Ghal dawn l-istituti huwa berbaq kull sold li kellu, ghax dak iz-zmien, l-istituti kienu mimlijin tfal.

 

F'hajtu sab hin ukoll biex ighin fil-formazzjoni tas-sacerdoti, ghax huwa kien Rettur tas-Seminarju.

 

Mons. De Piro, li jghid kien jipprova jpoggieh fil-prattika. Biex aktar jitqaddes hu u jqaddes lil ohrajn: kien membru ta' l-ghaqda 'Sacerdoti Adoraturi' u membru fil-missjoni li tant taghmel gid sal-lum f'kull parrocca li tmur. L-Arcisqof Mauro Caruana li gharaf fih bniedem mimli talenti u ta' natural habrieki, ghazlu bhala segretarju generali tal-Kurja, pozizzjoni li kien jaf kulhadd hija delikata u iebsa. ghalhekk ukoll kienet haga sewwa li dan il-bniedem war gie moghti l-unur li jkun Dekan tal-Kapitlu Metropolita.

 

Hafna drabi jigri, li nies li jkollhom hafna x'jaghmlu, aktar isibu min jaghtihom x'jaghmlu. Hekk kien Mons. De Piro, ghaliex ma' dak ix-xoghol kollu li kellu, l-Arcisqof ghazlu bhala rapprezentant tal-Kleru fis-Senat Malti.

 

Imma l-ikbar opra li ghaliha jibqa' zgur imsemmi hi s-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl. Minn mindu kien ghadu seminarista f'Ruam, kien dejjem iredden f'mohhu l-hsieb li Malta ghandha x'toffri lid-dinja, mhux deheb jew zejt kif jaghtu artijeit ohra, imma l-fidi. Ghalhekk huwa haseb biex iwaqqaf kongregazzjoni ta' l-irgiel, l-unika wahda Maltija maskili, biex il-membri taghha jwasslu l-fidi fejn hemm nuqqas ta' sacerdoti. B'dan l-ideal car quddiemu, beda jigbor zghazagh mimlijin bl-ispirtu missjunarju.

 

Il-Qaddis Papa Piju X, gharaf il-hsieb ta' Mons De Piro, u kitiblu ittra biex ibierek lilu u l-membri tieghu, u anke jinkuraggihom. Mons. De Piro baghat bhala l-ewwel missjunarju tieghu fl-Abissinja lil Fra Guzepp Caruana.

 

Illum is-Socjeta' li waqqaf hu ghadha tkompli x-xewqa teighu ghax barra tlet idjar f'Malta, huma ghandhom ohrajn fl-Awstralja, fil-Kanada, fl-Amerika (USA), u fil-Pakistan.

 

Mons. De Piro meit ta' 56 sena f'riglejn l-artal waqt li kien qieghed jaghti l-barka sagramentali fil-knisja ta' San Gejtanu l-Hamrun nhar is-17 ta' Settembru 1933, wara li mexxa l-purcissjoni tad-Duluri.

 

_________________________________________________________________________

 

In-Nazzjon Taghna

It-Tnejn, 2 ta' Novembru, 1987

Minn Korrispondent.

Pg. 9

 

Imhabba li ma taghrafx limiti.

 

Meta bnedem li jkun ghex hajja qaddisa jibda jigi kkonsidrat ghall-process ta' beatifikazzjoni, l-ewwel haga li jifttxu fih tkun il-mod kif dan il-bniedem ikun ghex il-virtu tal-karita'. Dan ghaliex il-karita' hija l-gherq li minnha tinbet hajja qaddisa. Gesu' nnifsu fl-evangelju jitkellem minn livelli differenti ta' kif il-Kelma t'Alla tahdem fil-bniedem. (Luqa 8, 5-8; 11-15).

 

Hekk kif iz-zerriegha li waqghet f'art tajba tat frott f'min tletin, f'minn sittin u f'min mija, hekk jigri fil-frott ta' ghemil tajjeb ta' min irid jghix fil-kmandament ta' l-imhabba. Dan ifisser x'uhud jirrispondu ghall-kmandament ta' l-imhabba li tana Gesu B'mod radikali.

 

Certament li l-frott ta' ghamil tajjeb ta' mhabba herqana lejn il-proxxmu b'mod specjali lejn il-fqir u l-batut kienet tispikka f'Mons. Guzeppi De Piro fundatur tas-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl.

 

Iben Nobbli.

 

Mons. De Piro kien wild in-nobbli. Izda ghalkemm kien jaghmel parti mill-klassi tan-nobbli, huwa minn jeddu neza' l-privileggi u l-ghana li twieled fihom biex jghix mal-fqar u l-iltiema. In-nobbilta' ta' Mons. Guzeppi De Piro ghalhekk kienet nobbilta' fil-virtu'.

 

Bhal qaddisin fundaturi ta' kongregazzjonijiet relugjuzi, bhalma huma S. Frangisk, Sant'Injazju u ohrajn, De Piro haseb li jakkwista l-unur ta' karriera. Biss il-Mulej kellu pjani ohra mhejjija ghal din l-ghodda maghzula Minnu.

 

Wara sentejn li kien ilu li beda l-kors tal-ligi, fil-gurnata tat-8 ta' Mejju 1898, wara s-Supplika lil Madonna ta' Pompej fil-knisja tal-Gizwiti l-Belt, Guzeppi De Piro gie ispirtat li dak li ried Alla minnu ma kinitx il-karriera ta' avukat izda l-hajja sacerdotali.

 

Billi Guzeppi kien kontinwament ifittex li jaghmel dak li jrid Alla minnu, ma sabhiex difficli biex iwiegeb iva, ghas-sejha li l-Mulej kien qed jghammillu. Ghalhekk haseb biex isiru t-thejjiet mehtiega biex ikun jista' jibda l-kors li jwasslu ghas-sacerdozju. Dan sehh fl-Universita Gregorjana go Ruma sakemmm wasal il-jum tal-15 ta' Marzu 1902 meta gie ordnat sacerdot fil-Bazilika tal-Lateran gewwa Ruma.

 

Sa minn mindu kien ghadu jistudja kien diga' qed jahseb u jaghmel kuntatti mad-Direttur ta' l-Istitut ta' San Guzepp biex ikun jista' jahdem hemm f'komunita ma' sacerdoti ohrajn qalb l-iltiema. Dan kellu jsehh snin wara.

 

Wara li gie ordnat sacerdot, Dun Guzepp De Piro hadem ghal xi zmien gol-parrocca tal-Qrendi fejn iddistingwa ruhu bil-hegga li kellu ghall-apostolat u t-talb. Fl-1906 kellu diga' parti attiva fil-'Missjoni l-kbira' li giet imwaqqfa biex trawwm spirtu missjunarju fost il-Maltin.

 

Fl-1907 Mons. Isqof Pace fdalu f'idejh id-direzzjoni ta' l-Istitut ta' Fra Diegu.

 

L-imhabba u d-dedikazzjoni ghal dawn it-tfal iltiema narawha fl-ghemil tieghu waqt li kien imur idur il-benefatturi u jittallab ghall-orfni. Dan Mons. De Piro ghazel li jaghmlu meta l-hajja offrietlu kull oppportunita' biex jaghmel bhal nobbli ohrajn shabu u jghix hajja komda minghajr inkwiet ghall-orfni.

 

Din l-imhabba lejn l-iltiema Mons. De Piro kompla juriha meta fl-1922 huwa gie assenjat biex jiehu hsieb l-Istitut ta' San Guzepp, Santa Venera u aktar tard fl-1925 meta beda jiehu hsieb id-Dar ta' San Guzepp f'Ghajnsielem Ghawdex.

 

Biss l-imhabba altruista mibnija fuq l-ezempju ta' l-Imghallem Divin am waqfitx fil-limiti tax-xtut ta' Malta. Mons. De Piro sa minn mindu kien ghadu jithejja ghas-sacerdozju kellu tberren f'mohhu l-ideja li jwaqqaf f'Malta kongregazzjoni ta' religjuzi li tkun ghall-missjonijiet ta' barra.

 

'Naghtu lil ohrajn dak li San Pawl ta lilna', kien spiss ihobb ighid. F'mohh Mons. De Piro kien car hafna l-hsieb li meta Gesu ghallimna biex inhobbu lil xulxin, b'dan kien qieghed jaghllimna wkoll biex inhobbu lill-bnedmin kollha hi x'inhi n-nazjonalita' u l-kondizzjoni taghhom.

 

Twaqqif ta' Socjeta' Missjunarja.

 

Ghal dan il-ghan Mons. De Piro, fl-1910 waqqaf kongregazzjoni religjuza biex twettaq hidma missjunarja fost dawk li l-aktra ghandhom bzonn b'mod specjali fl-artijiet tal-missjoni. Zgur li fl-ghajnejn ta' Alla Mons. De Piro kien strument ta' mhabba.

 

Kien ghalhekk li kien maghzul minn Alla, biex iwaqqaf Socjeta' Missjunarja li wara mewtu mhux biss ma mititx mieghu, izda iffjorixxiet u kibret. Ghalhekk il-lum Mons. De Piro ghadu haj fl-ispirtu ta' mhabba altruista li tqanqal il-membri tas-Socjeta' Missjunarja li hu waqqaf biex ihallu kollox u jmorru jghixu fost il-fqar fl-artijiet tal-missjoni.

 

Ghalhekk la Alla ghogbu jinqeda b'dan il-qaddej tieghu biex isahhah il-Knisja tieghu b'kongregazzjoni ta' religjuzi b'karizma missjunarja, zgur li dan il-bniedem li ghex hajja qaddisa jisa' jintercedi ghalina quddiem Alla fil-htigiet taghna. Min jaqla' xi grazzja bl-intercessjoni tal-Qaddej t'Alla Mons. Guzeppi De Piro hu mitlub jgharraf lil Postulatur, Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl, St. Agata, Rabat, Malta.

 

_________________________________________________________________________

 

The Maltese Herald

It-Tlieta, 3 ta' Novembru, 1987

Fr. Saviour mssp

Pg. 9

 

Il-M.S.S.P. Tifrah.

 

Is-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl ghandha ahbar sabiha x'taqsam ma' l-emigranti Maltin fl-Awstralja. Mhux biss maghhom, izda wkoll mal-Knisja kattolika kollha Awstraljana. Din titratta dwar il-fundatur taghha, Monsinjur Guzeppi De Piro.

 

Nhar l-1 ta' Novembru 1987, l-Arcisqof Guzeppi Mercieca se johrog id-Digriet li bih huwa jgharraf lid-djoces ta' Malta u Ghawdex li l-prokuratur inkarigat mill-kawza ta' Mons. De Piro biex jigi mgholli ghall-gieh ta' l-artal (isir qaddis) jista' issa jibda jipprocedi formalment. Dan ifisser illi fil-hajja ta' De Piro hemm x'jigi meqjus biex iwassal lil fundatur tas-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl ghal qdusija, u, il-qima ta' l-insara.

 

Iz-zewg volumi dwar hajtu jaghtu hafna hjiel biex wiehed jifhem u jissensittivita li hawn qed nittrattaw ma' bniedem iehor mimli bl-ispirtu t'Alla. Li Alla ghogbu jaghzlu biex ikun Missier socjeta' missjunarja u ta' religjuzi, bilfors li fih sab materjal ta' xempju nisrani u qdusija.

 

Guzeppi ddedika hajtu lil Alla w il-Knisja permezz tas-sacerdozju. Lil Alla u lill-Knisja qdiehom skond ma kien mistenni minnu. U l-Mulej ghoblu jaghti kuruna - li ghalkemm swietlu tbatija u sagrificcji, izda quddiem is-sema tonorah bil-kif! Din il-kuruna hija s-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl. It-tajjeb fil-bniedem li jirrifletti t-tjubija t'Alla ma jmutx; ma jispiccax. Izda, ghal kuntrarju, hu bhal zerriegha li tintradam u tintes fil-hamrija sa tigi r-Rebbiegha meta mill-gdid tfigg bis-sbuhija taghha, b-rihitha tfuh, u bil-frott bnin taghha.

 

Ifirhu maghna w itolbu bhalna biex il-Knisja Maltija, fi ftit snin ohra, ikollha gawra ohra ta' qdusija.

 

Min irid santi bit-talba, bil-Malti jew bl-Ingliz, iktbulan jew cemplulna fid-djar taghna fl-Awstralja, jew dirett Malta:- St. Agata, Rabat, Malta.

 

Lil Guzeppi De Piro issa wiehed jista' jitolbu l-intercessjoni tieghu quddiem Alla. Il-grazzji maqlugha, jekk joghgobkom, infurmawna bihom. Hajr, u l-Mulej iberikkom.

 

_________________________________________________________________________

 

Lehen is-Sewwa

Is-Sibt, 7 ta' Novembru, 1987

Dun Frans Ferriggi M.S.S.P.

Pg. 6.

 

Mons. Guzeppi De Piro.

Min kien? - 1.

 

Kien bniedem nobbli, mhux biss mill-familja izda wkoll mill-qalb. Ghex hajja qasira izda mimlija xoghol. Habb lill-ohrajn…. l-izjed lil dawk li ma jafx. Ghex ta' fqir; ghex qalb l-iltiema u l-foqra. Cahad l-unuri meta seta' jikseb ufficcji ta' gieh. Waqqaf is-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl; meta bdiet tikber miet.... u halla 'l uliedu ltiema. Dan kien Monsinjur Guzeppi De Piro.

 

Fit-2 ta' Novembru ta' l-1977, lin-nobbli Alessandru De Piro u lil martu Ursula twieled tifel - li kellu jkun is-seba' tarbija fost disgha - seba' subien u zewgt ibniet. L-ghada ghammduh; tawh l-isem ta' Guzeppi. Beda jikber, trabba f'familja tassew nisranija - sinjura izda la halja u lanqas imkabbra bin-nobbilta' taghha. L-ahwa kollha, l-izjed fis-sajf, kellhom imiddu idejhom ghax-xoghol - min ghal haga, min ghal ohra. Matul is-sena, l-istudju. Il-hajja nisranija ma kellhiex btajjel - insaru kuljum u kull fejn ikunu.

 

Ta' 11-il sena beda jmur il-Liceo biex ihejji ruhu ghall-Matrikola. Fis-snin li dan jistudja rebah hafna premjijiet - sew ta' suggetti ta' studju kif ukoll ta' tpingija u ta' mgieba tajba.

 

Wara erba' snin skola waqaf u ssieheb fl-Armata Maltija msejha l-Militia. Fl-1894 ta l-ezami tal-Matrikola; ghadda b'success, u ghal tliet snin ghamel studju avvanzat ta' suggetti ohrajn. Rega' ghadda tajjeb mill-ezamijiet u beda jistudja ghal avukat.... izda f'dan iz-zmien kellu jiehu d-decizjoni li biddlitlu hajtu u maghha l-hajja ta' hafna nies warajh!

 

Is-Sejha.... U t-Twegiba.

 

Kien, flimkien ma' shabu l-istudenti, ghal novena tradizzjonali lill-Madonna ta' Pompej - novena li kienet issir fil-Knisja tal-Gizwiti, il-Belt. Talab lil Marija - li kellu devozzjoni kbira lejha - turih ahjar x'irid Alla minnu. U, fit-8 ta' Mejju 1898, nhar il-festa, qataghha li jistudja ghal qassis - ta' erbatax-il sena kien diga' hass din ix-xewqa.

 

Tad-dar ma haduhiex bi kbira, u qrib l-ahhar tas-sajf mar Capranica biex jistudja fl-Universita' Gregorjana. Fl-1902, nhar il-15 ta' Marzu, iz-zaghzugh Guzeppi De Piro ordna sacerdot minn idejn Mons. Capetelli. Fl-irtir ta' ftit qabel kien ghazel li jiehu xoghol umli f'Malta, mhux karriera diplomatika fl-'Accademia Ecclesiastica'. Kompla jistudja wara l-Ordinazzjoni, mar Davos fl-Isvizzera ghall-mistrieh minhabba sahhtu, u gie Malta.

 

Il-Holma....U l-Ewwel Tfixkil.

 

Sa mill-bidunett ta' l-istudji kellu f'rasu li jwaqqaf Socjeta' Missjunarja biex ulied Malta jkunu jistghu jxandru l-Ahbar it-Tajba. Beda juri fehmtu lil hafna nies gholjin. Min raha haga zejda - ma kienx hawn bizzejjed ordnijiet? Ghalfejn izjed? Izda ma qatax qalbu.

 

L-Isqof Pace reha xi istituti f'idejn Dun Guzepp De Piro, fosthom San Guzepp u Fra Diegu. Dan il-qassis azghzugh baqa’ johlom u ghal darb’ohra kellu jistenna ghax l-Isqof Caruana qallu li s-Salezjani kienu ghadhom kif fethu l-ewwel dar. Dan kien fl-1908.

 

Fl-1909 il-Vizitatur Apostoliku Mons. La Fontaine mar izur l-Istitut ta’ Fra Diegu. Dan il-qassis heggu fl-idea tieghu meta sema’ bil-hsieb ta’ ghaqda Missjunarja gdida. Tah il-parir li xewqtu jiktibha lill-Isqof Pace biex dan l-Isqof jaghtih il-parir tieghu. Fl-istess sena, fit-30 ta’ Gunju gew l-ewwel Membri - Fra Guzepp Caruana kien l-ewwel wiehed li nghaqad mas-socjeta’ ghax gie fis-27 tax-xahar. Fit-12 ta’ Gunju 1909 l-Isqof Pace bierek id-Dar, fl-Imdina.

 

Jaghmluh Monsinjur.

 

Il-Gvernatur ta’ Malta nnominah Monsinjur Dekan tal-Katidral. Kontra qalbu kellu jilbes l-ilbies sabih: sinjal ta’ unuri – haga li ried jichad millbidu. Sadattant, is-Socjeta’ bdiet tikber ftit ftit, u beda jinghata karigi ta’ importanza u ta’ fiducja. Dan aktarx kien dovut ghall-fatt li l-Monsinjur kien bniedem fommu sieket.

 

Fl-1919 inqala’ l-inkwiet li baqa’ maghruf bhala ‘Tas-Sette Giugno’ - ghax l-irvellijiet graw fis-7 ta’ Gunju. Hadem hafna biex iberrd l-irjus shan, u nsibuh membru tal-Kumitat Nazzjonali " Pro Maltesi Morti e feriti il 7 e 8 Giugno". Kellu sehem ukoll fit-tmexxija ta’ l-Assemblea Nazzjonali li wasslet ghal Kostituzzjoni gdida.

 

Billi f’Malta ma kienx kollox harir dwar is-Socjeta’, mar jigri Ruma biex jara x’jista’ jsir mill-Papa Piju X. Bejn l-1918 u l-1920, inghata x-xoghol ta’ Rettur tas-Seminarju Magguri. Dan id-dmir qdieh bl-akbar hlewwa u interess. Fl-istess zmien hatruh Dekan tal-Katidral minhabba l-mewt tad-Dekan Mons. Vassallo.

 

 ________________________________________________________________________

 

Lehen is-Sewwa

Is-Sibt, 14 ta’ Novembru, 1987.

Dun Frans Ferriggi M.S.S.P.

Pg. 10.

 

Mons. Guzeppi De Piro - 2

Il-Homa tiehu s-Sura.

 

Is-Socjeta’ Missjunarja San Pawl twaqqfet kanonikament fl-14 ta’ Novembru ta’ l-1921, mill-Arcisqof tad-Djocesi, Mons. Mauro Caruana. Sa dan iz-zmien kellha tliet sacerdoti, ftit studenti u fttit fratelli katekisti. Biex is-Socjeta’ tissahhah, fl-1922 beda johrog "l-Almanakk ta’ l-Istitut tal-Missjoni ta’ San Pawl". Kompla l-kuntatti biex jitwaqqaf istitut ta’ sorijiet missjunarji, u fl-1922 intaghzel Direttur ta’ l-Istitut ta’ Gesu Nazzarenu. Fih, is-Sinjorina Curmi sabet bniedem li taht daqqa ta’ id sewwa. Tghidx kemm beda jsib min jitlob l-ghajnuna - u l-Fundatur, bniedem ta’ qalb kbira, ma qalx le. Hekk, insibu li l-Oratorju ta’ Birkirkara gie f’idejn is-Socjeta’ f’April ta’ l-1927; u sal-lum ghadu mmexxi minn membri tas-Socjeta’ taghna.

 

Izda l-akbar jum ghall-Fundatur zgur kien id-19 ta’ Gunju 1927... ghax l-ewwel missjunarju ntbaghat fl-Abbissinja. Dan kien Fra Guzepp Caruana, li kien ukoll l-ewwel membru ufficjali tas-Socjeta’. Id-dar ta’ l-Imdina kienet zghira wisq.. u madwar il-knisja, maghrufa "ta’ Sant’ Agata", il-Fundatur beda jibni d-Dar li kellha tikber izjed milli qatt holom.

 

Fit-3 ta’ Ottubru, 1932, l-Arcisqof M. Caruana bierek "l-ewwel gebla" bit-tama li dik id-dar ghad tinbena malajr. F’Gunju ta’ wara tbierket bicca ohra mid-dar - birikha l-Arcisqof M. Caruana. Mons. De Piro kellu x-xewqa li hu jmur ghall-Missjoni. Ghalhekk beda jhejji ruhu biex f’Novembru jsiefer ma’ xi membri tas-Socjeta’ u hekk jara ahjar kif inhi l-qaghda fl-Abbissinja. Izda dan ma kellux isehh.

 

Il-Mewt.

 

Il-Hadd, 17 ta’ Settembru, kien jum ta’ strapazz ghall-Fundatur - ghaliex f’jum wiehed habtu zewg festi: ta’ San Frangisk, li kellu jaghmilha mat-tfal, u tad-Duluri, li kellu jmexxi l-festa fil-knisja tal-Hamrun. Deher inkwetat ghall-Quddiesa ta’ l-10 am ghat-tfal, fl-istitut. Kien inkwetat, qal, ghaliex "jien wasal biex immut u ghadni ma rajt l-ebda sacerdot minn tieghi fil-Missjoni". Wara t-tfal dahlu ghall-ikel. Qaghad jarahom kollu ferh, imbaghad kiel, ghal xi l-4.45 pm nizel ghall-Parrocca ta’ San Gejtanu.

 

Ghal xi s-6.00 pm, harget il-purcissjoni... il-Fundatur kien izomm ir-relikwija. Wara li spiccaw, qabel il-barka, ghamel kelmtejn mill-qalb - u waslet il-barka. F’nofs it-Tantum Ergo hassu hazin, izda baqa’ fuq l-artal, mizmum mill-ministri. F’nofs il-barka kellhom idahhluh, baghtu lin-nies ‘il barra u haduh malajr bl-ambulanza l-Isptar Centrali, fil-Furjana. Biex ma jitilfux hin dahluh f’sala li fiha hafna tfal. Assistewh zewg professuri - Ellul u Stilon. Hekk fi ftit hin, imdawwar mit-tfal li habb, miet.

 

Din il-mewt qanqlet hafna niket l-izjed fost uliedu, il-membri tas-Socjeta’ u t-tfal ta’ l-istitut. Issa wliedu l-kbar kienu bhal uliedu z-zghar... iltiema!

 

Il-Funeral.... u wara.

 

Il-funeral ta’ Mons. Guzeppi De Piro, bnedem mahbub minn kulhadd, sar nhar l-Erbgha, 19 ta’ Settembru 1933. Difnuh fic-Cimiterju ta’ l-Addolorata. Ghall-funeral tieghu hadu sehem il-membri tal-familja – hutu u wliedhom – il-membri tas-Socjeta’ u nies ta’ karigi importanti f’kull qasam tal-hajja, sew awtoritajiet civili kif ukoll dawk ekklezjastici. Is-sorijiet u l-hafna tfal ta’ l-istituti ma naqsux. Kien bniedem li l-umilta’ u bis-semplicita’ tieghu seraq qalb kulhadd.

 

Wara, is-Socjeta’ ghaddiet f’hafna idejn sa ma fl-ahhar, fl-14 ta’ April tal-1948, l-Arcisqof Mons. Mikiel Gonzi ghazel lil Dun Mikiel Callus bhala Superjur taghha. Dan kien il-bidu ta’ taqsima ohra fl-istorja ta’ din iz-zerriegha zghira li nibtet f’ruh dan il-bniedem kbir.

 

_________________________________________________________________________

 

Il-Gens

16 ta' Settembru, 1988

Dun Joe Bezzina

Pg. 6.

 

Il-Malti li habb lill-Ghawdxin

Monsinjur Guzeppi De Piro.

 

Ghawdex fil-bidu tas-seklu ghoxrin kien jinsab f'qaghda bil-wisq differenti minn dik tal-lum. Kien hawn hafna faqar u z-zminijiet difficli li minnhom kienet ghaddejja Malta dik il-habta komplew gharrqu s-sitwazzjoni. In-numru tat-tfal jiggerrew mat-triqat kien zdied sewwa. Il-kapplillani tal-gzira bdew ihossu jaghfas il-bzonn li jifthu dar jew Istitut, kif kienu jsejhulu dik il-habta, fejn ikunu jistghu jilqghu t-tfal l-iktar abbandunati.

 

L-ewwel sforzi.

 

Ghawdex kellu istitut ghat-tfal bniet sa mis-sena 1789. Dan l-Isitut, maghruf bhala l-Konservatorju ta' San Pietru Pawl jew tal-Isqof, kien infetah bil-hidma u bl-offerti tal-Arcisqof Vincenzo Labini. Mitt sena mit-twaqqif tieghu, Monsinjur Pietru Pace, Isqof ta' Ghawdex, thabat jiftah wiehed ghas-subien ukoll. ghaldaqstant hu talab l-ghajnuna ta' Monsinjur Frangisk Bonnici, is-sacerdot filantropu li nhar is-27 ta' Awissu, 1888, kien fetah il-Casa di San Giuseppe - Istituto Bonnici il-Hamrun, Malta. Izda l-pjan li jinfetah Istitut bhal tal-hamrun f'gahwdex falla. Ma kienx possibbli li Monsinjur Bonnici jlahhaq ma' zewg postijiet.

 

Fl-1920, il-kappillani ta' Ghawdex qatghuha li jiehdu l-bicca f'idejhom. Instabet dar adattata u talbu u qalghu wkoll ghajnuna finanzjarja minghand il-Gvern. U nhar is-17 ta' Novembru, 1923, it-tlettax il-kappilan ta' Ghawdex iltaqghu ghand in-Nutar Guzeppi Camilleri u ntrabtu formalment bit-twaqqif ta' Istitut ghat-tfal subien. Konxji li l-pjani ta' qabel fallew minhabba nuqqas ta mexxej kapaci, qatghuha li jitolbu l-parir ta' espert.

 

Monsinjur De Piro, l-espert tad-Djar.

 

Dan il-Monsinjur kien involut fl-oqsma kollha tal-hajja Maltija: mir-religjuz ghall-kulturali, mis-socjali ghall-politiku. Nhar it-12 ta' Gunju, 1910, hu waqqaf is-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl. Nhar it-23 ta' Novembru, 1922, kien nominat ir-raba' Direttur tal-Casa di San Giuseppe, u lejn tmiem l-istess sena hu ha xi membri tas-socjeta' tieghu halli jghinuh fit-tmexxija tad-Dar, li dik il-habta kienet tilqa' fiha numru kbir ta' tfal u zghazagh.

 

Nhar il-25 ta' Dicembru, 1942, il-kappillan Dun Guzepp Hili tal-Fontana, li minn dak inhar 'il quddiem deher f'isem il-kappillani l-ohra kiteb lil Depiro u offrielu d-direzzjoni tal-istitut li kellu jinfetah Ghawdex. Billi Depiro, aktarx imhabbat iktar mis-soltu fil-btala tal-Milied, ma rrispondihx, hu rega' kitiblu fis-7 ta' Jannar.

 

Monsinjur De Piro, milli jidher ma kienx ha l-ewwel ittra bis-serjeta', izda mat-tieni wahda fehem li l-Ghawdxin kellhom bzonnu. Ghaldaqstant hu talab iktar informazzjoni dwar il-progett u war li qies kollox deherlu li ghandu jaccetta. Decizjoni mibnija fuq zewg konsiderazzjonijiet: l-ewwelnett, kien ser jaghti ghajnuna f'qasam li mill-esperjenza kbira tieghu kien jaf kemm kien ta' htiega; it-tieninett, permezz ta' din id-Dar f'Ghawdex hu kien ser ikompli jxerrd is-Socjeta' tieghu. Dawn iz-zewg konsiderazzjonijiet jidhru cari mit-talba li hu ghamel lill-Isqof ta' Malta biex jitlobu l-permess mehtieg halli jkun jista' jiehu r-responsabilta' tad-Dar ta' Ghawdex.

 

Gie Ghawdex.

 

fl-4 ta' Marzu, 1925, gie Ghawdex halli jiddiskuti l-bicca mal-Isqof ta' Ghawdex Mikiel Gonzi u mal-kappillani. U war dil-laqgha kien ghaddu spicca kollox. L-Isqof Gonzi, fil-ftit xhur li kien ilu f'Ghawdex kien litteralment ha taht idejh it-tmexxija kollha tal-gzira. Kien kollox hu kullimkien u ma ried li jindahallu hadd f'xejn. Ried izomm ukoll f'idejh it-tmexxija tal-Istitut. Monsinjur De Piro kien jaf li vapur b'zewg kaptani jinkalja u li l-istitut minghajr tmexxija awtonoma kien jintemm hesrem. Ma kienx lest li jidhol ghal dix-xorta ta' tmexxija u wera li ma kien ghadu interessat. Xi jiem wara, Monsinjur De Piro kien mill-gdid mistieden Ghawdex u haga bilkemm titwemmen, l-Isqof Gonzi u l-kappillani wrewh li lesti li jhallu kollox f'idejh.

 

Nhar it-18 ta' April 1925, inhareg id-Digriet tal-Affiljazzjoni tal-Casa di San Giuseppe - Sezzione Gozo mal-Istitut ta' Malta.

 

L-Istitut ta' Ghawdex isir realta'.

 

Il-Kappillani t'Ghawdex kienu sadattant akkwista minghand il-Gvern Ingliz dak li sa ftit qabel kien l-Officers' Mess f'Ghajnsielem. Fit-18 ta' April, Monsinjur De Piro mar joqghod f'din id-dar halli jissorvelja x-xoghol u jipprepara ghall-ftuh. U gimgha wara, nhar il-25 ta' April, ghalnaqra ma safax midfun f'din l-ewwel opra tieghu f'Ghawdex. Fil-fatt safa midfun ghal ftit taht il-gebel u xahx meta l-art tal-kamra tieghu sfronda u waqa' fis-sular ta' taht. Fortunatament ma weggax gravi.

 

Wasal fl-ahhar il-jum minn snin twal mistenni! Sebah jum Lapsi, il-Hamis, 21 ta' Mejju, 1925. Fil-prezenza ta' l-oghla awtoritajiet ekkezjastici u civili tal-gzira, il-Gvernatur ta' Malta, Sir Walter Congreve, iddikjara l-Istitut ta' San Guzepp ta' Ghawdex miftuh.

 

Monsinjur De Piro ghamel zewg diskorsi, wiehed bl-Ingliz u iehor bit-Taljan. Beda biex l-ewwelnett fahhar l-ospitalita' kbira li kien ra minghand l-Ghawdxin fix-xahrar li kien qatta' maghhom fil-gzira, ospitalita' li tghallem ighozz u japprezza. Imbaghad spjega l-programm li fuqu kienet ser titmexxa d-Dar: taghlim religjuz, taghlim hafif tal-iskola, u taghlim ta' xi sengha. Fl-ewwel jum gew accettati fl-Istitut tlett itfal u biz-zmien bdew jinzammu mal-ghoxrin tifel fqir.

 

Baqa' Direttur sa mewtu.

 

Monsinjur De Piro halla t-tmexxija ta' kuljum tal-Istitut f'idejn wiehed mill-membri tas-Socjeta' tieghu, Dun Mikiel Callus, u iktar tard, Dun Karm Azzopardi. Izda l-interess tieghu fid-dar ta' Ghawdex ma naqas qatt u baqa' Direttur sa mewtu li grat hesrem nhar is-17 ta' Settembru 1933, fl-eta' ta' 56 sena.

 

Wiehed jinnota b'sodisfazzjon kbir li minkejja li Monsinjur De Piro mexxa l-Istitu ta' Ghawdex minn Malta, hu qatt ma warrbu fil-genb f'hidmietu u fi hsibijietu.

 

Kien hu li thabat mal-Gvern biex ighin din l-istituzzjoni socjali: kien hu li meta l-fondi ppermettew ipprova jimmodenizza l-post; kien hu li xtara l-istrumenti tal-muzika biex setghet titwaqqaf il-banda ta' l-Istitut, illum il-Banda San Guzepp ta' Ghajnsielem; kien hu li ta' kull xahar kie metodikament jiccekkja d-dhul u l-hrug tal-Istitut, jiffirma r-registri u, meta tibqa' xi haga, jiddepozitaha fl-Anglo-Maltese Bank. Meta wiehed jikkonsidra x'kien jigri u, dizgrazzjatament, x'ghadu jigri fil-kamp civili u ekklezjastiku meta l-affarijiet ta' Ghawdex jitmexxew mill-Maltin minn Malta, Monsinjur De Piro hu eccezzjoni ghal kulhadd.

 

Dan wahdu, ghalija, juri l-kobor tal-Monsinjur.

 

_________________________________________________________________________

 

Lehen is-Sewwa

Is-Sibt, 17 ta' Settembru, 1988

Dun Salv Grima, S.Th. L., Dip. Arch.,

Ghalliem tat-Teologija Dommatika fis-Seminarju t'Ghawdex.

Pg. 7

 

Diskorsi Marjani ta' Mons. De Piro.

 

Illum, is-Sibt 17 ta' Settembru, Mons. GUZEPPI DE PIRO jaghlaq 55 sena mill-mewt tieghu. Il-figura ta' dan is-Sacerdot Malti mhix biss marbuta mas-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl, bhala fundatur taghha, izda wkoll mal-Vergni Mbierka. Ftit granet wara eghluq is-Sena Marjana jixraq naghmlu xi riflessjonijiet li nistghu nisiltu mid-diskorsi Marjani tieghu.

 

Parti importanti tal-hsieb Marjan ta' Mons. De Piro waslet ghandna permez ta' kopji mehudin mill-original bit-Taljan ta' diversi kitbiet li jgibu d-dati ta' madwar is-sena 1920.

 

Diversi kienu c-cirkustanzi li ghalihom kien ikun mistieden ghal kategoriji differenti ta' nsara, izda l-iktar ghat-tfal u z-zghazagh. Ghalkemm f'dawk iz-zminijiet ma kienx hemm l-uzanza ta' l-omelija fil-quddiesa, numru ta' diskorsi ta' Mons. De Piro kellhom ghamla ta' priedki f'okkazjonijiet ta' festi liturgici tal-Madonna. Diversi ohrajn huma iqsar fl-iskema taghhom waqt li ohrajn kienu ghamlu ta' konferenzi iktar fit-tul. Dawn ta' l-ahhar, b'mod specjali, kienu mzewqin bi grajjiet ta' qaddisin jew ta' persuni ohra ta' hajja ezemplari.

 

Ma' Marija ghal ghand Gesu'.

 

Is-suggett principali kien ikun dwar il-Madonna ghalkemm, skond ic-cirkustanzi u l-udjenza li kien ikollu, huwa kien jitkellem u jispjega fit-tul dwar ghadd ta' virtujiet f'Marija, bhalma huma: il-fidi, l-umilta', il-modestja, l-ubbidjenza, it-tama, l-imhabba, ecc.

 

Il-kelma ppridkata jidher li kellha post principali fil-Knisja Maltija f'dawk iz-zminijiet. Infatti l-predikazzjoni marjana ta' Mons. De Piro twettqet f'diversi parrocci u knejjes. Marija kienet tkun prezentata ghan-nisrani bhal ghajnuna kemm spiritwali kif ukoll materjali, ghax mal-harsien tar-ruh hemm il-gtiega wkoll tal-harsien mill-perikli tal-gisem.

 

Mal-prezenza ta' Marija ma tonqosx dik ta' Gesu. Dan il-hsieb jidher spiss fid-diskorsi ta' Mons. De Piro. Kristu ghandu l-pst centali tal-gemgha migbura biex tisma' dwar u f'isem Marija.

 

Barra mill-valur kristologiku, il-predikazzjoni marjana tieghu kienet wahda li riedet twassal b'hegga umhabba ikbar lis-semmiegha lejn l-Ewkaristija. Ghalhekk mhux biss prezenza ideali ta' Gesu izda bhala dak li ghalih ilkoll ghandhom ikunu mxennqin fit-tqarbina li jkunu se jaghmlu. Tassew ghand Gesu permezz ta' Marija.

 

L-eghluq ta' kull messagg marjan kien jiehu sura ta' invokazzjoni. Wara li jkun tratta s-suggett ta' l-okkazjoni, Mons. De Piro kien jigbor f'talba lill-Madonna t-taghlima principali li kellu skop iwassal, u hafna drabi f'konnessjoni mal-hajja ewkaristika.

 

"Ejja, Vergni Mmakulata. Il-popli kollha jistennewk. Jersaq it-tbexbix u warajh tigi x-xemx. Tersaq Marija u maghha ggib fid-dinja x-xemx tal-grazzja, is-Sinjur taghna Gesu, dak l-istess Gesu li jinsab fuq l-artal, dak l-istess wiehed li minn hawn u ftit iehro se jgi biex jistrieh fil-qlub taghkom" (Istitut Fra Diegu, 15-12-1919).

 

It-Tnissil Bla Tebgha ta' Marija.

 

Ghadd sabih ta' omeliji marjani ta' De Piro jittrattaw il-kobor ta' Marija fil-privilegg singular tat-tnissil taghha bla tebgha. It-test mehud mill-Iskrittura: "dik li tielgha bhaz-zerniq" (Quasi aurora consurgens) (Ghan. 6:10), jorbot mieghu numru kbir ta' hsibijiet. Is-sbhujija tal-Madonna, li ma nistghux nispjegawha ghal kollox, hija mxebbha mas-sebh ta' l-ghodwa f'dawk il-mumenti li l-iktar jigbed l-ammirazzjoni taghna.

 

Is-sebh fl-ordni tan-natura jfakkar dak ix-xebh bejn is-safa nisranija u t-tqarbin. Ghax permezz ta' l-Ewkaristija ahna navvanzaw fil-mixja taghna tas-salvazzjoni sakemm naslu gas-sebh ta' dejjem taghna.

 

Mhix eskluza t-taqbida fil-hajja tal-bniedem. Izda huwa u ghaddej mit-tempesta u d-dlamijiet jista' jara f'Marija dak il-bidu sabih li ghaddiet minnu hi. Bhalma z-zeniq joffri l-ewwel dawl tal-gurnata, Marija tawgualana dik il-guztizzja li Binha jrid iwassal fil-qlub ta' l-umanita' kollha.

 

Biex mis-solennita' ta' l-Immakulata jwassal il-messagg ta' Marija lill-generazzjoni zaghzugha, Mons. De Piro jindirizza lilhom u jghidilhom: "Gheziez zghazagh, ghalfejn ried Alla, bi privilegg ghal kollox singulari, ihares lil Marija millhtija originali u qatt ma halli li tkun minsusa mill-ebda nuqqas, zghir kemm hu zghir?"

 

"Ghall-ebda skop iehor hlief dak biex Marija tkun destinata li tircievi fi hdanaha s-Sinjur taghna Gesu Kristu u ssir tassew il-vera Omm t'Alla…. Dak l-istess Gesu jinsab tassew hawn fuq l-artal, mohbi fl-ispeci ta' l-ostja kkonsagrata. L-istess Gesu li minn hawn u ftit iehor jigi jistrieh fis-sider taghkom, bhala ikel u ghajxien taghkom. Jekk Alla nnifsu hejja f'Marija tant safa u qdusija, xejn inqas jaqbel li minnha wkoll jistenna dik l-indafa fil-kuxjenza taghna u qdusija mahrrga ghat-tqarbina taghna."

 

Spiss kien ikompli jheggeg lis-semmiegha biex jithejjew kif jixraq ghall-Ewkaristija. Izda f'Marija ghandna lil dik li hija tant herqana biex tghinna fid-dghjufija taghna u tistedinna npoggu l-fiducja shiha taghna fiha fit-taqbida tal-hajja sakemm jinghelbu fina l-kumbattimenti kollha.

 

"Hawn Hi Ommok".

 

F'din l-espressjoni De Piro kien jara konsolazzjoni kbira ghall-bniedem midneb. Ghalkemm il-bniedem ikun f'dan l-istat xorta jibqaghla ghalih tifsira kbira l-maternita' ta' Marija, li kuljum insejhulha:"Sliema ghalik, Sultana, Omm tal-hniena". L-Iben t'Alla tahielna bhal Omm hanina ghax hija rebbieha fuq id-dnub. Fiah jinsab il-kenn taghna, biha nimxu 'l quddiem, biha nigu mharsa bhal gewwa s-swar l-akar qawwija jew f'torri l-aktar f'sahhtu.

 

Fi kliem semplici, Mosn De Piro jispjega l-kobor tal-medjazzjonit ta' Marija biex nergghu nsibu hniena quddiem Alla: "Alla Missie taghna, kollu mhabba, li jaf bid-dghufija ta' wliedu u li hu Misier ta' tjubija bla tarf, ma telaqx il-bniedem midneb u lanqas ma jitliqu llum.

 

"Bejn it-tron tieghyu fil-ghali fil-glorja tas-sema u l-art imsejna li lilna zzommna mahkuma, Huwa pogga tron iehor, dak ta' Marija. Bejn il-Qalb t'Alla l-Missier u l-qalb tal-midneb hemm tinsab il-Qalb ta' l-Omm tieghu u l-omm taghna. Minn hawn terga' titnissel il-fiducja fil-midneb li jerfa' harstu lejn dan it-tron biex waqt li jsellmilha fil-kobor taghha, lejh tixhet il-hlewwa ta' qalb li taghder bhal Omm tieghu".

 

Ghalhekk Kristu ghazel lilha biex twettaq missjoni marbuta ma' qalb hanina li kollha mhabba ma tinsa lil hadd minn uliedha: "Imsammar qed imut fuq is-salib. Lil min qabbad biex il-frott tal-passjoni kollha tbatija, ma jisfa qatt mitluf? Lil min qabbad biex mill-gdid thejji lill-bnedmin halli bl-ghajnuna taghha jgawdu mill-gid kbir tad-demm imxerred?

 

"Mhux lill-appostli, li dak il-hin harbu fil-boghod, barra Gwanni. Lanqas lil Gwanni, li lilu l-Mulej ghaddielu xoghol iehor. Il-missjoni biex thares lill-bnedmin kontra l-ghadu qalil, Gesu fdaha lil Marija bi preferenza fost kulhadd. Ghal dak l-ufficcju hija mehtiega qalb umli, qalb li taf tbati ghall-ohrajn, qalb mimlija karita' u ghalhekk qalb ta' Omm".

 

F'ezortazzjonijiet ohrajn, Mons. De Piro jitkellem minn Marija mnikkta. Jekk hija Omm hanina hija fl-istess hin dik ukoll li tbati ma' Binha. Ghax il-bnedmin warrbu fil-genb il-biza' qaddis t'Alla u tbieghdu mill-ligi tieghu u nsew kif ihaddmu l-precett ta' l-imhabba.

 

Huwa josserva li fid-dinja zdiedet l-ghajta "non serviam" (ma naqdix) u ghalhekk zdiedu r-rovini fost l-umanita' bhalma huma l-gwerer. ghandha tigi msejha ta' kuljum ir-Regina tal-Paci biex jerga' fostna l-ordni u nsibu hniena quddiem Alla.

 

F'messagg li ghamel waqt pellegrinagg li sar lill-Madonna tal-Mellieha fil-21 ta' Marzu, 1920, Mons De Piro fakkar id-dizastru li kienet ghaddiet minnu d-dinja fil-gwerra ta' xi snin qabel, u l-ghajta li dak inhar il-Maltin ghamlu lill-Madonna bhala att ta' fiducja fiha biex tharishom.

 

F'kull zmien ghandha tibqa' r-rabta soda ma' dik l-Ommu li tikkonsolana bhalma ghamlet fl-imghoddi. Hekk ukoll f'kull zmein ghandna nuruha r-radd il-hajr taghna ghax f'din il-hajja lilha nsibu fil-wied tad-dmugh taghna.

 

Fis-Sahha tar-Ruzarju.

 

Barra mid-devozzjonijiet fix-xahar ta' Mejju, De Piro kellu sehem importanti fil-predikazzjoni dwar il-Madonna that it-titlu tar-Ruzarju ghax-xahar t'Ottubru. f'iktar minn darba huwa ghamel id-diskors fl-okkazjoni tal-purcissjoni tar-Ruzarju fil-Hamrun.

 

Id-dehriet recenti ta' Fatima flimkien mat-taghlim kontinwu tal-Papiet dwar il-kobor tar-Ruzarju zgur li kellhom appell qawwi fuq l-insar tal-bidu tas-seklu taghna. dan deher ukoll fil-kliem li kien juza De Piro meta fl-1923 sahaq dwar ir-Ruzarju bhala arma kontra d-dnub, it-tfixkil tax-xitan u l-inganni u t-tlellix tad-dinja. Bl-idtess talba n-nisrani ghandu mezz f'idejh biex jibqa' haga wahda ma' Kristu nnifsu.

 

Mons. De Piro spjega kif din it-talba marjana tghaqqadna haga wahda ma' Kristu. Ghandha l-qawwa li twassalna ghandu. B'mod l-iktar solenni, fl-istess okkazjoni, staqsa lis-semmieghu tieghu: "Tridu intom tressqu ruhkom lejn Gesu? Tridu intom titbieghdu mid-dnub u tersqu lejn Gesu? Tridu intom illi l-kuntrarju minflok ma jbeghdkom minn Gesu, izommkom vicin lejn Gesu? Tridu intom li d-dinja ma tqarraqx bikom u tisseparakom minn Gesu? Tridu intom f'kelma wahda tghixu u tmutu f'Gesu, ma' Gesu u ghal Gesu? Zommu dejjem ruhkom qassija fid-devozzjoni tar-Ruzarju."

 

Il-valur kristologiku tar-Ruzarju tennieh is-sena ta' wara fl-istess okkazjoni meta wera l-htiega tat-talb kif kien uriena Kristu nnifsu. It-talbiet li nlissnu fir-Ruzarju ghandhom dik il-qawwa li tmiss il-qalb t'Alla specjalment billi nghid kemm-il-darba t-talba tal-Missierna li ghallimna l-Imghallem taghna.

 

Ir-rebhiet li twettqu fl-istorja bl-ghajnuna tar-Ruzarju jawguraw rebhiet ohra anki llum meta Marija tghinna biex nehduha ma' l-ghedewwa tas-salvazzjoni taghna u zzommna dejjem qrib Gesu.

 

Il-meditazzjoni tal-misteri tal-hajja ta' Kristu u ta' Marija jghinuna nifhmu ahjar il-mixja taghna fuq l-art sakemm naslu fil-glorja tal-genna. Hemm, Marija trodd dik il-qima u l-glorja lit-Trinita' Mqaddsa ta' kulma ghamlu maghha t-Tliet Persuni Divini.

 

Bit-talb tar-Ruzarju nistqarru l-fidi taghna fil-veritajiet li l-Knisja ilha zzomm sa mill-ewwel sekli. Nistqarruha bhala Regina tal-holqien kollu. Kien minn Marija li rcevejna lil Gesu Kristu; hekk ukoll issa permezz taghha jaslu ghandna d-doni u l-grazzji ta' Binha Gesu'.

 

Ghax hija tinsab fil-glorja taghha u kull hin thares 'l uliedha kollha, xejn, la x-xitan u lanqas id-dinja, m'ghandu setgha fuq dawk li jqimuha bit-talba tar-Ruzarju.

 

Wara s-Sena Marjana.

 

Lil min thobb tixitieq li jkun mahbub dejjem u anki mill-ohrajn. L-imhabba lejn Marija titlob fid-devoti taghha li jkunu minn ta' quddiem biex ighinu lil shabhom. Hekk ried ifisser Mons. De Piro fit-tahdidiet li kellu ma' "Ulied Marija" (Figlie di Maria) dakinhar li gew imlibbsa ghall-ewwel darba l-Medalja fil-31 ta' Jannar, 1919 fil-Qrendi. B'ezempji l-iktar cari huwa fisser b'mod prattiku kif ghandu jitwettaq l-apostolat marjan fl-ambjienti li jghixu fihom.

 

Jekk is-Sena Marjana ntemmet, l-effetti taghha ghandhom jibqghu ghal kull zmein iehor. Il-gid miksub mhux wiehed biex jinzamm maghluq fil-mohbi, izda barra li jinhass fina, jasal ukoll fl-ulied kollha ta' Marija. Hekk hass il-htiega li jaghmel Mons. De Piro fl-imghoddi, u xejn inqas hi mehtiega x-xhieda nisranija llum biex biha nibqghu ta' ghajnuna lil hutna l-Maltin kollha, ulied Marija.

 

_________________________________________________________________________

 

 

Il-Mument

Il-Hadd, 25 ta' Settembru, 1988

Fr. Alfred Farrugia MSSP

Pg. 19

 

Mons. Guzeppi De Piro: Patrijott Malti.

 

Il-Hidma tieghu fil-grajja tas-"Sette Giugno".

 

Is-snin 1914 - 1918, kienu zmien ta' taqlib kbir fl-Ewropa. Il-gwerra kient halliet herba ma' kullimkien u sahansitra l-effetti taghha gabu taqlib f'pajjizi kbar bhar-Russja u l-Germanja.

 

Gewwa Malta l-effetti tal-gwerra nhassu wkoll. Matul l-ewwel snin tal-gwerra l-ekononmija f'Malta marret hafna 'l quddiem. Vapuri u suldati Inglizi bdew dehlin fil-portijiet Maltin. Ix-xoghol gewwa d-'dockyard' u l-port zdied. Lejn l-ahhar zmien tal-gwerra s-sitwazzjoni kienet differenti. L-ekonomija hadet daqqa 'isfel. Kien hawn nuqqas kbir ta' xoghol, tant li hafn rgiel bdew jintbaghtu 'l barra mill-postijiet fejn kienu jahdmu. Kien hawn nuqqas kbir ta' ikel. Fl-1917 il-haddiema tad-'dockyard' hargu fuq 'strike' u regghu dahlu lura wara li gew moghtija zieda fil-paga. Imma xorta ma kienx hemm titjib fis-sitwazzjoni kritika ta' l-ekonomija. ghall-awtorita' Maltija saret problema mignhar soluzzjoni. Jekk kien hemm diffikultajiet fl-ekonomija tant iehro nistghu nghidu rigward il-politika. Fl-1903 Malta giet moghtija kostituzzjoni gdida fejn nistghu nghidu li kienet l-aghar wahda ghax minflok kien hemm zvilupp polititku, il-Maltin tilfu dak li kienu akkwistaw mill-kostituzzjonijie ta' l-1849 u minn dik ta' l-1887.

 

F'dawn ic-cirkostanzi, fis-sena 1918, it-Tabib Filippo Sciberras ried iwaqqaf Assemblea Nazzjonali u ghalhekk ghamel lil kull ghaqda f'Malta biex jibghatu delegati halli flimkien jaraw kif il-maltin jistghu jkollhom aktar awtonomija f'dak li ghandu x'jaqsam mal-problemi ta' Malta. Din dehret li tkun l-ahjar soluzzjoni kif setghet tigi ghall-ahjar is-sitwazzjoni ekonomika u politika f'pajjizna. L-ewwel laqgha saret fil-25 ta' Frar 1919 ubhal delegati mill-Kapitlu tal-Katidral ta' Malta kien hemm Mons. Guzeppi De Piro.

 

It-tieni laqgha ta' l-Assemblea Nazzjonali saret fis-7 ta' Gunju 1919.

 

Kienet gurnata mhux tas-soltu. Filghodu xi haddiema tat-tarzna gew moghtija s-sensja u dahlu l-Belt bhal protesta. Maghhom kien hemm dawk li kienu qeghdi jipprotestaw kontra l-gholi fil-prezz tal-hobz. U kien hemm studenti Universitarji jipprotestaw fuq xi riformi godda fl-Universita'.

 

Filwaqt li kienet qeghda ssir il-laqgha ta' l-Assemblea bil-post maghruf bhal l-Giovine Malta, barra, fit-triq beda jinqala' l-inkiwiet u t-truppi Inglizi gew imsejha biex izommu l-ordni. Meta l-Maltin raw it-truppi aktar hraxu. Is-suldati sparaw fuq il-Maltin u tlieta ntlaqtu u mietu. Iehor miet aktar tard minhabba l-griehi li garrab.

 

Matul l-inkwiet erba' imtiehen tal-qamh u l-ufficcji tal-'Malta Daily Chronicle' gew attakkati. Il-laqgha ta' l-Assemblea Nazzjonali kellha tispicca hesrem, ghax dahlu fuqhom gemgha nies li maghhom gabu Ingliz midrub u qalulhom b'dak kollu li kien qieghed jigri.

 

F'din il-laqgha, l-membri ta' l-Assemblea unanimament qablu, fuq proposta li saret minn Mons. De Piro, li tigi ffurmata kummissjoni sabiex il-Maltin jigu moghtija kostituzzjoni gdida.

 

Is-sehem ta' Mons. De Piro fil-grajja tas-Sette Giugno tohrog cara mill-minuti tal-laqghat tal-Kummissjoni ta' l-Inkjesta' fuq il-grajjiet li sehhew bejn is-7 u 8 ta' Gunju 1919.

 

Mons. De Piro tala' darbtejn quddiem il-Kummissjoni izda l-aktar importanti qieghed fix-xhieda li ta fir-raba' sessjoni jew dik tal-21 ta' Awissu 1919.

 

Fix-xhieda tieghu De Piro jghdi li hu kien prezenti ghas-seduta ta' l-Assemblea Nazzjonli bhala Delegat tal-Kapitlu fis-sala tac-Cirlu 'Giovine Malta', u dahal wiehed li beda jurihom maktru imcappas kollu demm u beda jghidilhom: "Araw x'ghamlulna. Intom ghandkom tharsuna". Meta raw din ix-xena quddiemhom, il-membri tal-Assemblea mill-ewwel ghazlu xi membri minn fosthom halli dawn igibu l-paci fost il-poplu. Ma tantx kienet problema l-ghazla ghax hafna mill-membri dabbru rashom hekk kif raw l-inkwiet u d-demm. Id-delegazzjoni giet maghmula minn sitt persuni fosthom kien hemm Mons. De Piro.

 

L-ewwel xoghol tad-delegazzjoni kienet li jippruvaw jitkellmu mas-Sur Robertson li kien it-Tenent-Gvernatur u mal-Maggur Generali Hunter Blair. Dan kien responsabbli tal-Gvern, minhabba li l-Gvernatur il-gdid Plumer kien ghadu ma giex f'Malta. Cemplu lill-Agent Kummissarju tal-Pulizija u talbu biex jigi pulizija halli jakkumpnajahom mic-Cirku sa l-Ghassa gewwa Strada Stretta, ghax is-Sur Robertson kien hemm. Meta ghadda l-hin u l-ebda pulizija ma gie, id-delegazzjoni marru l-Ghassa wahidhom.

 

Dan kien ghadd ta' kuragg ghax f'dawk l-inhawi kien ghad hemm l-inkwiet. Meta d-delegazzjoni ma rnexxiliex tidhol il-Qorti minn Strada Stretta, il-membri marru biex jidhlu minn Strada Rjali. Hawn semghu xi tiri u marru mill-gdid lejn 'Giovine Malta'. Meta waslu sabu lill-Agent Kummissarju tal-Pulizija u dan akkumpanjahom sa l-Ghassa tal-Pulizija. Gara li s-sur Robertson kien il-Qorti.

 

Allura d-delegazzjoni marret biex tidhol il-Qorti. Izda hemm sabu xi nies li wrew maghhom imgieba ta' mibgheda lejhom u b'mod partikulari lejn Mons. De Piro. In-nies bdew jghidu: "Intom il-htija ta' dan kollu". Mons. De Piro qallhom: "Tajba din. Ahna sejrin biex insalvawkom, u l-htija qed nehduha ahna." (Ta' min jghdi li fix-xhieda tieghu De Piro ma semma' xejn x'gara f'dan il-hin. Kien l-Avukat Caruana Gatto li qal x'gara ezatt).

 

Deher sewwa li l-folla kienet ifferocjata talli l-inglizi kienu sparaw fuqhom meta l-Maltin lanqas biss kienu armati. Il-folla kienet quddiem il-Qorti ghax kien hemm gemgha suldati u l-Maltin riedu li min kienhati tad-demm li stered, jigi kastigat. Quddiem din is-sitwazzjoni, d-delegazzjoni Maltija tkellmet mat-Tenent Gvernatur biex jidhlu garanti halli jippruvaw izommu n-nies kalmi.

 

Ghalhekk il-membri tad-delegazzjoni telghu flimkien fil-gallarija tal-Qorti u weghduhom li ssir gustizzja. Izda gara li dak il-hin waslu xi morini. Il-folla bdiet tibbujalhom. Deher li se jerga' jibda l-inkwiet. Ghalhekk Mons. De Piro jghid li baqghu l-Qorti sad-disgha ta' filghaxija, sakemm is-suldati kollha telqu mill-Qorti u x'uhud mill-membri tad-delegazzjoni fosthom Mons. Dandria telqu mas-suldati sal-knisja ta' San Gwann, biex zgur jinzamm il-paci u l-kwiet.

 

L-ghada, il-Hadd, Mosn. De Piro mar hu stess ghand Caruana Gatto biex flimkien imorru lejn il-Belt ghax kien ghad hemm l-inkwiet. Inqalghu xi incidenti: suldat Ingliz gie ferut, u sar attakk fuq l-istamperja 'Malta Chronicle'. Deheret li se terga' tibda r-rewwixta. Ghalhekk Caruana Gatto u De Piro flimkien mat-Tabib Sciberras u l-Avukat Serafino Vella marru ghand il-Maggur General Hunter Blair u dan wieghed li jkellem il-folla;kif fil-fatt ghamel mill-gallarija tal-Palazz. Hu wieghed li hadd mis-suldati Inglizi mhu se jhalli Malta qabel tispicca l-inkjesta.

 

Billi kif diga' ghidna, parti mill-inkwiet beda minhabba s-sensja tal-haddiema mit-tarzna, De Piro tkellem ma Hunter Blair fuq din il-problema. Filwaqt li kienet car li ma kienx possibli ghat-tarzna li zzomm madwar 12,000 haddiema ghax aktar minn 7,000 gew mghotija x-xoghol waqt il-gwerra, Hunter Blair stqarr ma' De Piro li madwar 500 biss kienu se jigu moghtija s-sensja.

 

Wara nofs inhar il-folla marret biex tattakka l-Palazz ta' Francia. Dan ghaliex Francia kien wiehed mill-importaturi l-kbar tal-qamh u President tal-kamra tal-Kummerc. Barra minn hekk kienu jghidu li kien habib tal-Inglizi. Mons. De Piro, kif semma fix-xhieda, mar hu ghand Caruana Gatto u Vella, li kienu fid-dar ta' Hunter Blair, u qalilhom b'dak li kien qieghed jigri u l-bzonn bie xhuma flimkien imorru jkellmu l-folla.

 

Ghalhekk marru w ghamlu dan minn fuq il-portiku tat-Teatru Rjal, allura minn dik in-naha li kienet tigi quddiem il-Palazz ta' Francia. Meta waslu qalu lill-folla biex jieqfu mill-hsieb li kellhom, izda deher li mal-folla kien hemm xi kriminali u dawn bdew jibbujjaw u anki jkellmu hazin lil dawn il-membri tad-delegazzjoni. Filghaxija l-folla, wara li farrket id-dar ta' Francia, riedet tahbat ghall-Palazz tal-Arcisqof.

 

Dan il-kliem wasal f'widnejn Mons. De Piro u t-Tnejn filghodu mar il-Palazz. Hemmhekk sab gemgha nies. Hu, flimkien mal-Isqof Dumnikan Angelo Portelli kellem lill-folla. U l-kelma taghhom swiet ghax gabu ftit tal-paci.

 

"Hija maghrufa l-hidma ta' Mons. De Piro fil-grajjiet tas-Sette Giugno 1919". Hekk stqarr Fr. Philip Mallia O.P. fil-ktieb tieghu 'L-Isqof li Habbu Kulhadd'. Tassew Mons. De Piro bhal membru ta' l-Assemblea Nazzjonali wera li bhala sacerdot kien lest li jaghti s-sehem tieghu ghall-gens Malti fil-glieda tieghu biex jikseb dak li kien qieghed jiggieled ghalih.

 

Mons. De Piro wera b'kapacita' kbira, li bl-ezempju u bil-kelma t-tajba tieghu kapci jgib il-paci waqt il-glied u t-tixrid tad-demm. Bil-kuragg u d-determinazzjoni tieghu personali hu sar bniedem mahbub u ammirat minn kulhadd. Bla dubju hu jista' jigi meqjus fost il-patrijotti l-kbar ta' Malta.

 

_________________________________________________________________________

 

In-Nazzjon Taghna

It-Tlieta, 27 ta' Settembru, 1988

Alexander Bonnici OFM

Pg. 9

 

Nisel u qalb ta' Mons. De Piro.

 

F'generozita u mhabba ta' Mons De Piro.

 

Kwazi 55 sena ilu, fis-17 ta' Settembru 1933, miet Mons. Guzeppi De Piro, benefattur kbir tal-poplu Malti. Il-familja tieghu hi wahda mill-izjed nobbli ta' gziritna. Imma, quddiem Alla, li ma jaghmilx differenza bejn bniedem u iehor, De Piro kellu ghamla ohra ta' nobbilta'. Hu kien il-bniedem li 'l Alla habbu wkoll fil-hlejjaq kollha. Dawk li Alla laqqaghhom mieghu sabu fih il-missier hanin li jhobb u jaghder, li jaghmel il-gid u jinheba, li nqeda bil-gid tad-dinja biex iferrah qlub mugugha li x-xorti ma ghenithomx.

 

Fis-sena 1933, Gorg Pisani, poeta fil-fjur ta' zghozitu, fakkrilna n-niket ta' dawk ic-ckejknin li hassewhom iltiema dak in-nhar li tilfu 'l min habbhom, bla ma ghamel ghazla bejniethom.

 

Smajt elf tfajjel jibku.

 

"Jien smajt elf tfajjel jibku-

jitnehdu l-missier taghhom

U b'dak il-biki jhollu -

Lil kull min kien jismaghhom".

 

Dawk it-tfal hassewhom tassew bla missier, u bezghu minn gejjjieni mwiegher. Demgha li ccarcret ma' haddejn ta' tfajjel donnha tkellimna bil-fomm tal-poeta:

"Jien hrigt mill-qalb ta' tfajjel

-Imrobbi fl-akbar sliema-

Li jaf bhal hutu l-ohra-

Li x'hin jisbah filghodu

jisfaw ilkoll iltiema."

 

Imma Mons. De Piro kien bhal id- il-leminja ta' Alla. Aktar mill-bnedmin ta' zmienu, hu kien jaf tajjeb li Alla jibqa' jmexxi l-opri tieghu anki minghajru. Kienu opri li hu habbhom sa mill-ewwel zmein tas-sacerdozju tieghu. Imma kienu wkoll opri li qatt ma fittixhom hu nnifsu. Alla beda jitlaqhomlu f'idejh, wahda wara l-ohra. Is-Superjuri tieghu fdawlu dan il-gawhar prezzjuz meta hallew fil-hsieb tieghu tfal ckejknin li kellhom bzonn ta' ghajnuna halli jghallimhom isawru qalb tan-nar lejn Alla u jaghtihom tama f'hajja li tant drabi hi kiefra mal-fqajjar, mad-dghajjef, u ma' l-imnikket.

 

"Alla Jridni ma l-Iltiema".

 

Meta l-Arcisqof Pietru Pace talab li Dun Guzepp De Piro biex ihalli l-parrocca tal-Qrendi u jibda jiehu hsieb it-tfal tad-Dar Fra Diegu, il-Hamrun, quddiem min tnikket ghat-tluq tieghu mill-Qrendi, hu wiegeb: "Dan hu sinjal li Alla jridni ma' l-iltiema biex issa naghmel il-gid maghhom".

 

Mons. De Piro kien il-bniedem kalm imma determinat. Kien bniedem metodiku, jaf x'irid, u jifhem safejn jwassal bil-hila tieghu bis-sahha ta' gismu. Imma jidher li hu hass li Alla ried minghandu li hu qatt ma jabbanduna lic-ckejknin. Hu ghamel minn kollox biex ma jsirx Monsinjur tal-Katidral. HU rrizenja min Segretarju Djocesan u minn Rettur tas-Seminarju Magguri meta hass it-toqol tax-xoghol fuq spallejh. Imma qatt mahalla l-hidma ta' Direttur tad-Dar Fra Diegu tal-Hamrun, tad-Dar ta' San Guzepp f'Santa Venera u f'Ghajnsielem u tad-Djar taz-Zejtun u ta' Birkirkara li kienu f'idejn is-Sorijiet Missjunarji ta' Gesu Nazzarenu.

 

Meta, fit-8 ta' Frar 1932, De Piro fassal it-testment tieghu, hu ftakar f'kull wahda mid-dkar tat-tfal li Alla ried jafdalu f'idejh. Kienu djar li, mhux biss ma hallewlux qligh, imma ghamluh bhal tallab. Kien dejjem jittallab ghalihom. U dan ghamlu mhux minghar misthija kbira. L-anqas li jisthi kien minn ommu, is-Sinjura Ursola. ghalhekk, hi, li f'binha Guzeppi kienet tara l-fessud taghha, kemm-il darba sejhitlu t-tallab tieghi.

 

Fi zmien ta' guh, meta gie li mar iqaddes il-Katidral ta' Malta, ommu kienet tibghatlu kolazzjon abbondanti, u kienu jqeghduhulu fis-sagristija. Darba wahda, intebah li xi tifel kien qed ifettillu jmisslu minn dak li kienet tlestilu ommu. X'ghamel? Hu qalilha biex tlestilu xi haga izjed halli min ikun fil-bzonn ikollu izjed minfejn jiehu!

 

Kull haddiem haqqu l-hlas ta' eghmilu, u min jahdem ghall-artal, ghandu l-jedd li jghix mill-artal. ghalhekk, f'isem l-Isqof ta' Malta, il-maghruf Alfons M. Galea, fi tmiem is-sena 1915, kiteb hekk: "Jiena staqsejt lil Mons. De Piro x'jistenna bhal hlas li haqqu talli qieghed izomm f'idejh dik l-amministrazzjoni (ta' Fra Diegu). Imma hu nnifsu gharrafni li offra s-servizz tieghu minghajr ebda hlas: ghall-imhabba t'Alla biss. Imbaghad hu zied li, ghalli gej ukoll, m'ghandux f'mohhu li jitlob xi hlas".

 

Fit-testment tieghu, De Piro halla L 100 ghat-tfal tad-Dar ta' Fra Diegu. Ftakar fid-djar l-ohrajn ukoll. Lid-djar ta' San Guzepp ta' Santa Venera u ta' Ghajnsielem hallielhom il-beneficcju tas-sevizz tas-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl li taghha hu kien il-Fundatur. Is-Sorijiet ta' Gesu Nazzarenu u l-Frangiskani hassew dejjem l-appogg tieghu f'kull opra li ghamlu mat-tfal. Fosthom ukoll it-tifkira ta' Mons. De Piro hi wahda qaddisa.

 

Laboratorju ghal Xbejbiet bla Xoghol.

 

Il-missier ma hasibx biss biex ikabbar 'l uliedu. Hu jhossu mhasseb jekk uliedu jdhru bla futr jew jekk ma jkunux jafu x'se jaghmlu b'hajjithom. Hekk kien Mons. De Piro. X'kien sejjer jigri b'mod specjali minn dawk ix-xbejbiet li b'tant imhabba trabbew fid-djar tal-Knisja? Hafna kienu bla familja. Gie li sabu ruhom bla mezzi ta' ghaxien. Il-qalb tieghu mtliet bin-niket meta kien hemm min beda jwassallu kif x'uhud minhom sabu ruhom mitfughin fi hwienet ta' triq maghrufa tal-belt Valletta.

 

L-ewwel darba li kellu jiftah fommu fis-Senat, lil Mons. De Piro nisimghuh b'hegga jitlob il-kollaborazzjoni ta' dawk kollha li ghandhom xi awtorita'. "Jiena tal-fehma li ghandu jsir minn kollox biex dawn in-nisa jitwarrbu minn dawk il-hwienet.... Imissna nahsbu mhux biss ghall-imsejkna tfajliet taghna, imma wkoll ghal tant guvintur... Hi pjaga licertament tezisti taht l-isem ta' Barmejdizmu, Kabarrettizmu, u Tabarrinizmu. Ahna lkoll imissna ninghaqdu biex nitqabdu halli ghallanqas innaqqsu din il-pjaga".

 

Fis-sena 1927, Mons. De Piro, b'dan il-ghan, kien qed jipprogetta opra kbira, imma wkoll difficli. Hu ried iwaqqaf Laboratorju ghalxebbiet bla xoghol. Il-post kien il-Belt. Imma l-problema ma kenitx biex jibda. Kien izjed difficli li l-opra tkompli. Kien hemm min ikkollabora ma' Mons. De Piro billi offra sahnasitra gidu. Kien hemm min offra x-xoghol ta' idejh.

 

Ix-xbejbiet beda jkollhom post fejn jingabru daws li kieku f'darhom fil-post li kien instab ghalihom. Imma d-diffikultajiet kibru. L-opra giet sospiza. Hu kien qed jittama li din il-hidma fost it-tfajliet tkun wahda milli setghu jintefghu fuqha s-Sorijiet Missjunarji ta' Gesu Nazzarenu. Imma l-bniedem jipproponi u Alla jiddisponi. Il-hajja ta' Mons De Piro kienet qed toqrob bejn tmiemha. Sa l-ahhar, hu kien ghdu qed johlom bi progetti ta' ghajnuniet kbar. Propju fl-ahhar zmien ta' hajtu, hu hassu konvint li kellu jhalli ghal xi zmien 'il Malta, biex ighin 'l-ulied spritwali tieghu f'hidma kbira li kienet bdiet fis-Somalja.

 

Mons. De Piro halla l-progetti tieghu bhal wirt lil dawk kollha li jarawh bhal missierhom. Hu, li kien tassew il-bniedem ta' kulhadd, sar il-mudell tas-sacerdot Malti. Hu kien il-gieh tal-poplu Malti. Ma hux ta' xejn, ghalhekk, li l-hajja ta' Mons De Piro qed tigi studjata mill-Awtoritajiet tal-Knisja. It-tama hi li, jekk inhi r-rieda t'Alla, lil Mons. De Piro ghad narawh mgholli ghall-gieh ta' l-artali. B'hekk, ilkoll naghtuh il-venerazzjoni li tixraqlu, u nikkpjawh f'hajjitna.

 

_________________________________________________________________________

 

It-Torca

Il-Hadd, 9 ta' Ottubru, 1988.

Gordon Refalo, (Seminarista)

Pg. 6.

 

Mons. G. De Piro.

Dedikazzjoni ghad-Djocesi.

 

Monsinjur Guzeppi De Piro huwa maghruf fostna lkoll bhal l-Fundatur tas-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl kif ukoll bhal dak li tant habb u hadem ghat-tfal fl-Istituti tal-Knisja; zewg affarijiet li ghalihom jisthoqqlu kull gieh. Izda ftit huma dawk li jafu li minbarra dawn, huwa kellu wkoll responsabbiltajiet ohra kbar fid-Djocesi ta' Malta moghtija lilu mill-Awtoritajiet tal-Knisja.

 

Fl-1915, malli l-Arcisqof Mawru Caruana sar Isqof ta' Malta, huwa ghazel lil Mons. De Piro biex ikun is-Segretarju Generali tieghu, ufficcju li baqa' jzomm ghal tliet snin. Dan jfisser li l-Arcisqof kellu fiducja kbira fih, ghalix b'hekk Mons. De Piro kellu jkun kollaboratur vicin ta' l-Arcisqof fit-tmexxija tad-Djocesi.

 

Izda peress li fl-1918, ir-Rettur tas-Seminarju kien spicca mill-kariga tieghu, l-Arcisqof Caruana innomina lil Mons. De Piro bhal Rettur, imhabba li huwa kien "bniedem ta' skola, ta' hajja tajba u ta' tant merti fid-Djocesi".

 

Kemm dam Rettur, jigifieri ghal sentejn biss, hu wera' ruhu tassew Missier ta' dawk iz-zghazagh li kienu qieghdin ihejju ruhom ghas-Sacerdozju. Huwa kien ighinhom b'kull mezz possibli.

 

Izda bhala Rettur tajjeb ma kienx mohhu biss f'dak li hu Spiritwali, izda wkoll f'dak li hu materjali u intelletwali. Jidher car hafna minn dak li darba kiteb lill-Arcisqof, li kien preokkupat hafna mis-sitwazzjoni ekonomika tas-Seminarju, li tant kienet hazina, li kien hemm nuqqas serju ta' ikel, kif ukoll certi hargiet li s-Seminaristi kienu jaghmlu barra mis-Seminarju, ma seghux ikomplu jisiru.

 

Mons. De Piro kellu wkoll interess kbir fl-istudji tas-seminaristi ghaliex kien jaf li l-formazzjoni intelletwali tas-Sacerdoti kienet ta' importanza kbira.

 

Minhabba l-fatt li kellu tant xoghol iehor importanti x'jaqdi, specjalment bhal Fundatur tas-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl, huwa hass li ma setax ikompli jawd d-dmirijiet tieghu bhal Rettur b'mod tajjeb, u ghalhekk f'Awissu tas-sena 1920, huwa baghat ittra lill-Arcisqof fejn urih bix-xewqa tieghu li jispicca minn Rettur.

 

Izda Mons. De Piro ma damx wisq ma nghata kariga ohra ta' responsabbilta' fid-Djocesi. Mal-mewt tad-Dekan tal-Kapitlu tal-Katidral, billi huwa kien kogitru, f'Novembru ta' l-1920, Mons. De Piro sar Dekan.

 

Bhala Dekan huwa kellu sehem importanti fit-tfassil tal-Kostituzjoni ta' Malta ta' l-1921 specjalment f'dak li kellu x'jaqsam mal-Knisja f'Malta. Ukoll meta kien Dekan, saret riforma kbir fl-iskola tal-Katidral li kienet isservi ghal dawk it-tfal li kienu jaghtu s-servizz taghhom fil-Katidral waqt il-funzjonijiet liturgici.

 

Fil-qosor dawn huma ufficcji importanti li okkupa Mons. De Piro fid-Djocesi ta' Malta. Izda nistghu naraw b'mod car li kien bniedem li tant habb lil Kristu li kien lest jaqdi l-Knisja Tieghu f'dak kollu li kien mehtieg - Knisja li hu stess tant kien ihobb.

_________________________________________________________________________

 

Lehen is-Sewwa

Is-Sibt, 29 ta' Ottubru, 1988.

Diskors ta' Sir Anthony Mamo

Pg. 9.

 

Il-Qaddej ta' Alla Guzeppi De Piro.

Il-Bniedem bi tliet imhabbiet.

 

Ftit aktar minn xahar ilu, is-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl, imwaqqfa mill-Qaddej t'Alla Guzeppi De Piro, iccelebrat il-55 sena mill-mewt tal-Fundatur taghha. F'din l-okkazzjoni giet mikxufa u mbierka lapida kommemorattiva li twahhlet mad-dar fejn twieled hu u li llum taghmel parti mill-Iskola tad-Dorotej, fl-Imdina. Ghal din l-okkazzjoni gie mistieden Sir Anthony Mamo, l-ewwel President ta' Malta, biex jaghmel id-diskors. Billi fit-2 ta' Novembru jahbat jum it-twelid ta' dan il-Qaddej t'Alla, se ngibu dan l-istess diskors.

 

Nixtieq nistqarr li nhossni tassew onorat li gejt mistieden biex niehu parti f'din ic-cerimonja simpatika. U ta' dan nixtieq nirringrazzja lis-Superjur Generali u lill-membri kollha tas-Socjeta' ta' San Pawl. Inevitabblilmet fid-diskors, illi mhux twil, li ppreparajt, se jkolli forsi nerga' nghid hwejjeg li diga' qalhom, b'mod wisq ahjar millinaf nghidhom jien, is-Superjur Generali, fl-omelija tieghu, ghax fl-ahhar mill-ahhar qed nitkellmu fuq l-istess persuna. Dak li hu tajjeb hu li Mons. De Piro kien bniedem tant kbir, qaddis, twajjeb, li mhux facli tixba' tisma' fuqu.

 

Kif qal is-Superjur Generali, virtu' mill-isbah li kienet izzejjen lill-Qaddej t'Alla Mons. De Piro matul hajtu kollha, u li flimkien mal-kwalitajiet l-ohra kbar tieghyu habbitu mal-poplu kollu, kienet zgur l-umilta' tighu. Ghalkemm hu kien ta' nisel nobbli, hu dejjem stmerr il-fohrija, it-tifhir, u kull fjen seta' harab l-unuri personali.

 

Izda ghalina mhux biss hu xieraq u sewwa izda huwa wkoll dmir li naghtu widen ghall-kmand li nsibu f'wiehed mill-Kotba Mqwaddsa li jghid: "Fahhru l-eghmejjel ta' dawk li jaghmlu l-gid, ghaliex l-opri taghhom jisthoqqilhom li ma jigux minsija, u isimhom u l-fama taghhom m'ghandhomx jigu mdallam biz-zmien." U appuntu ghalhekk, biex nobdu dan il-kmand, li ahna ninsabu dal-hin migburin hawnhekk quddiem din id-dar sabiha, wahda mid-djar u l-palazzi l-kbar u sbieh li jzejnu din il-belt li ssahhar lil kull min izurha.

 

Ninsabu hawnhekk biex infahhru u biex infakkru, minquxin fl-irham u fil-bronz l-isem u l-opri ta' dan il-persunagg li kull fejn mex ghamel il-gid. Izda zgur li fil-genna fejn qieghed, Mons. De Piro, li f'hajtu tant kellu ghal qalbu u tant hadem ghall-formazzjoni nisranija tat-tfal u taz-zghazagh, jifrah li din id-dar, fejn twieled u fej trabba, hi wzata bhal skola li fiha gereazzjoni war ohra ta' studenti jircievu l-edukazzjoni taghhom maghguna bil-hmira ta' principji sodi, religjuzi, morali u civili.

 

Izda jien nahseb li l-lapida li se nikxfu m'ghandhiex tkun biss tifkira ta' grajja li sehhet fiz-zmien u ghaddiet izda ghandha wkoll twassal messagg lil kull min jaqraha, messagg li hu validu dejjem.

 

L-Ideali ta' Mons. De Piro.

 

Kif jiftehmu mill-kliem ta' l-istess lapida, li issa taqraw, l-ideali li haddan u wettaq b'eghmilu Mons. De Piro, kienu tlett imhabbiet: l-imhabba lejn Alla, l-ewwel u qabel kollox; l-imhabba ta' pajjizna ul-qadi tieghu; u l-imhabba tal-proxxmu, u b'mod specjali taz-zghar, tal-fqar, tal-batuti, u l-ghajnuna lil kull min kellu bzonn.

 

Fit-twettiq prattiku ta' dawn l-ideali s'intendi hu moghti lil fit tmaghzula biss li jilhqu l-grad ta' santita' u ta' perfezzjoni li lahaq Mons. De Piro. Izda jien nahseb li kulhadd, fic-cirkustanzi tieghu, jista' jsib dawn l-ideali ispirazzjoni u taghlima.

 

Bit-tqeghid ta' din il-lapida s-Socjeta' ta' San Pawl se taghmel monument iehor zghir ghall-memorja tieghu. Izda l-veru monument, il-monument il-kbir, il-monument haj, hu s-Socjeta' ta' San Pawl innifisha, li mhux biss tfakkar izda tikkontinwa u tipperpetwa l-opra tieghu, u, biex nghid hekk, l-istess hajtu.

 

Meta qasir il-ghomor Mons. De Piro ghadda ghal hajja ahjar, is-Socjeta' li hu kien waqqaf, jekk tippremettuli hawnhekk il-metafora u t-tixbieha, kienet xitla. Izda kiene xitla ta' nisel tajjeb u b'sahhitha. Hu kien hawwilha f'art li kien hejja tajjeb. U ghalhekk ix-xitla kienet minn Alla, kibret imsoqqija bil-gharaq tax-xoghol ta' wliedu u ndukrata u kkultivat bilghaqal u bil-ghozza taghhom. U saret sigra kbir li tifrex il-frieghi taghha anki f'oqsma 'l boghod hafna minn pajjizna; u taghti l-frott.

 

Ahna lkoll, hbieb u ammiraturi ta' din is-Socjeta' nafu b'liema hrara u b'liema hegga huma jkomplu u jkabbru dejjem izjed l-opri tal-Fundatur taghhom, fl-edukazzjoni, fl-Istituti ta' beneficenza, f'istituzzjonijiet ohra li jaghmlu attivitajiet religjuzi, kulturali, u socjali, fix-xoghol pastorali fid-djocesi, fost l-emigranti Maltin, fl-artijiet tal-missjoni fejn, nizzu hajr 'l Alla, kif qaluli, qed jitnibbet rimi gdid ta' vokazzjonijiet indigeni.

 

Issa j'Alla timxi 'l quddiem u tirnexx l-kawza ta' kanonizzazzjoni ta' dan il-bniedem qaddis. B'hekk il-poplu taghna, li ghandu tradizzjoni nisranija ta' kwazi elfejn sena, wahda mill-komunitajiet insara ta' mill-bidunett, poplu li jaf il-fidi tieghu mill-istess San Pawl, li b'ismu hi kburija s-Socjeta', dan il-poplu jkollu hu wkoll wiehed minn uliedu mtella' ghall-oghla unuri ta' l-artali.

 

_________________________________________________________________________

 

In-Nazzjon Taghna

L-Erbgha, 2 ta' Novembru, 1988

Diskors ta' Sir Anthony Mamo.

Pg. 12

Il-Qaddej ta' Alla Guzeppi De Piro.

Il-Bniedem bi tliet imhabbiet.

 

Ftit aktar minn xahar ilu, is-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl, imwaqqfa mill-Qaddej t'Alla Guzeppi De Piro, iccelebrat il-55 sena mill-mewt tal-Fundatur taghha. F'din l-okkazzjoni giet mikxufa u mbierka lapida kommemorattiva li twahhlet mad-dar fejn twieled hu u li llum taghmel parti mill-Iskola tad-Dorotej, fl-Imdina. Ghal din l-okkazzjoni gie mistieden Sir Anthony Mamo, l-ewwel President ta' Malta, biex jaghmel id-diskors. Billi fit-2 ta' Novembru jahbat jum it-twelid ta' dan il-Qaddej t'Alla, se ngibu dan l-istess diskors.

 

Nixtieq nistqarr li nhossni tassew onorat li gejt mistieden biex niehu parti f'din ic-cerimonja simpatika. U ta' dan nixtieq nirringrazzja lis-Superjur Generali u lill-membri kollha tas-Socjeta' ta' San Pawl. Inevitabblilmet fid-diskors, illi mhux twil, li ppreparajt, se jkolli forsi nerga' nghid hwejjeg li diga' qalhom, b'mod wisq ahjar millinaf nghidhom jien, is-Superjur Generali, fl-omelija tieghu, ghax fl-ahhar mill-ahhar qed nitkellmu fuq l-istess persuna. Dak li hu tajjeb hu li Mons. De Piro kien bniedem tant kbir, qaddis, twajjeb, li mhux facli tixba' tisma' fuqu.

 

Bniedem Umli.

 

Kif qal is-Superjur Generali, virtu' mill-isbah li kienet izzejjen lill-Qaddej t'Alla Mons. De Piro matul hajtu kollha, u li flimkien mal-kwalitajiet l-ohra kbar tieghyu habbitu mal-poplu kollu, kienet zgur l-umilta' tighu. Ghalkemm hu kien ta' nisel nobbli, hu dejjem stmerr il-fohrija, it-tifhir, u kull fjen seta' harab l-unuri personali.

 

Izda ghalina mhux biss hu xieraq u sewwa izda huwa wkoll dmir li naghtu widen ghall-kmand li nsibu f'wiehed mill-Kotba Mqwaddsa li jghid: "Fahhru l-eghmejjel ta' dawk li jaghmlu l-gid, ghaliex l-opri taghhom jisthoqqilhom li ma jigux minsija, u isimhom u l-fama taghhom m'ghandhomx jigu mdallam biz-zmien." U appuntu ghalhekk, biex nobdu dan il-kmand, li ahna ninsabu dal-hin migburin hawnhekk quddiem din id-dar sabiha, wahda mid-djar u l-palazzi l-kbar u sbieh li jzejnu din il-belt li ssahhar lil kull min izurha.

 

Ninsabu hawnhekk biex infahhru u biex infakkru, minquxin fl-irham u fil-bronz l-isem u l-opri ta' dan il-persunagg li kull fejn mex ghamel il-gid. Izda zgur li fil-genna fejn qieghed, Mons. De Piro, li f'hajtu tant kellu ghal qalbu u tant hadem ghall-formazzjoni nisranija tat-tfal u taz-zghazagh, jifrah li din id-dar, fejn twieled u fej trabba, hi wzata bhal skola li fiha gereazzjoni war ohra ta' studenti jircievu l-edukazzjoni taghhom maghguna bil-hmira ta' principji sodi, religjuzi, morali u civili.

 

Izda jien nahseb li l-lapida li se nikxfu m'ghandhiex tkun biss tifkira ta' grajja li sehhet fiz-zmien u ghaddiet izda ghandha wkoll twassal messagg lil kull min jaqraha, messagg li hu validu dejjem.

 

 

Kif jiftehmu mill-kliem ta' l-istess lapida, li issa taqraw, l-ideali li haddan u wettaq b'eghmilu Mons. De Piro, kienu tlett imhabbiet: l-imhabba lejn Alla, l-ewwel u qabel kollox; l-imhabba ta' pajjizna ul-qadi tieghu; u l-imhabba tal-proxxmu, u b'mod specjali taz-zghar, tal-fqar, tal-batuti, u l-ghajnuna lil kull min kellu bzonn.

 

Fit-twettiq prattiku ta' dawn l-ideali s'intendi hu moghti lil fit tmaghzula biss li jilhqu l-grad ta' santita' u ta' perfezzjoni li lahaq Mons. De Piro. Izda jien nahseb li kulhadd, fic-cirkustanzi tieghu, jista' jsib dawn l-ideali ispirazzjoni u taghlima.

 

Monument Zghir.

 

Bit-tqeghid ta' din il-lapida s-Socjeta' ta' San Pawl se taghmel monument iehor zghir ghall-memorja tieghu. Izda l-veru monument, il-monument il-kbir, il-monument haj, hu s-Socjeta' ta' San Pawl innifisha, li mhux biss tfakkar izda tikkontinwa u tipperpetwa l-opra tieghu, u, biex nghid hekk, l-istess hajtu.

 

Meta qasir il-ghomor Mons. De Piro ghadda ghal hajja ahjar, is-Socjeta' li hu kien waqqaf, jekk tippremettuli hawnhekk il-metafora u t-tixbieha, kienet xitla. Izda kiene xitla ta' nisel tajjeb u b'sahhitha. Hu kien hawwilha f'art li kien hejja tajjeb. U ghalhekk ix-xitla kienet minn Alla, kibret imsoqqija bil-gharaq tax-xoghol ta' wliedu u ndukrata u kkultivat bilghaqal u bil-ghozza taghhom. U saret sigra kbir li tifrex il-frieghi taghha anki f'oqsma 'l boghod hafna minn pajjizna; u taghti l-frott.

 

Ahna lkoll, hbieb u ammiraturi ta' din is-Socjeta' nafu b'liema hrara u b'liema hegga huma jkomplu u jkabbru dejjem izjed l-opri tal-Fundatur taghhom, fl-edukazzjoni, fl-Istituti ta' beneficenza, f'istituzzjonijiet ohra li jaghmlu attivitajiet religjuzi, kulturali, u socjali, fix-xoghol pastorali fid-djocesi, fost l-emigranti Maltin, fl-artijiet tal-missjoni fejn, nizzu hajr 'l Alla, kif qaluli, qed jitnibbet rimi gdid ta' vokazzjonijiet indigeni.

 

Issa j'Alla timxi 'l quddiem u tirnexx l-kawza ta' kanonizzazzjoni ta' dan il-bniedem qaddis. B'hekk il-poplu taghna, li ghandu tradizzjoni nisranija ta' kwazi elfejn sena, wahda mill-komunitajiet insara ta' mill-bidunett, poplu li jaf il-fidi tieghu mill-istess San Pawl, li b'ismu hi kburija s-Socjeta', dan il-poplu jkollu hu wkoll wiehed minn uliedu mtella' ghall-oghla unuri ta' l-artali.

 

Nota:

Infakkru lill-qarrejja li l-Arcisqof Mercieca ippresieda l-ftuh ufficjali ta' din il-Kawza li gie ccelebrat fil-Knisja ta' Sant' Agata fir-Rabat, waqt quddiesa li saret fis-7 ta' Ottubru ta' din is-sena.

 

 _________________________________________________________________________

 

Riflessjonijiet ta' Alexander Bonnici O.F.M. Conv.

28 ta' Jannar, 1989.

Kawza tal-Qaddej ta' Alla G. De Piro.

Sant'Agata - Rabat Malta.

 

MONS. GUZEPPI DE PIRO

Fundatur ta' Socjeta' Religjuza u Missjunarja.

 

X'inhu Fundatur?

 

Lil Mons. De Piro, jiena li ma kontx nafu tghallimt inhobbu, meta ghal hafna snin intfajt fuq il-kitba ta' hajtu. Habbejtu fuq kollox ghaliex rajtu bhala l-bniedem li ta hajtu ghall-ohrajn.

 

Hu difficli li wiehed isemmi semplicement l-opri li hu dahal fihom u deher bhal protagonista. Wiehed ma jistax jimmagina kif bniedem jista' jkun mghobbi bil-piz ta' Socjeta' ta' hajja kkonsagrata, u fl-istess hin ikollu r-responsabbilta' ta' hames Istituti ta' tfal ckejknin. Ma' dan irid jizdied kemm Mons. De Piro kien imdahhal fil-hidmiet tad-djocesi bhal Segretarju, Rettur tas-Seminarju Magguri, u Monsinjur Dekan tal-Knisja Katidrali ta' Malta. Jista' jizdied ukoll kemm De Piro kien bniedem patrijottiku fil-veru sens tal-kelma. Bhala rapprezentant tal-Knisja, imma b'imhabba genwina lejn art twelidu, lilu narawh jahdem ghall-ewwel kostituzzjoni ta' Malta u jkun Senatur fil-parlament minghajr rabta ma' dan jew dak il-partit.

 

Imma hawn se nharsu lejn Mons. De Piro bhal fundatur ta' Istitut b'hajja kkonsagrata lil Alla. Fih, jiena nilmah dawk il-kwalitajiet li l-Knisja tara fil-fundaturi kbar ta' Ordnijiet Religjuzi. Il-fundatur ma hux semplicement dak il-bniedem li jaghti bidu ghal xi opra. Kellna fundaturi ta' din l-ghamla, u fil-fatt intesew ghal kollox. Fl-Ordni kbir tac-Cistercensi, ma tinhass xejn jew il-personalita' ta' Fundatur f'San Rober ta' Molesme li, fil-fatt, bdiehom fl-1098. F'Ordnijiet ohrajn li ghandna fostna, ma tinhass xejn l-importanza ta' fundaturi ta' l-Ordni Agostinjan jew Karmelitan, tant li ahna lanqas biss ma nafu min kienu.

 

Il-fundatur ma hux semplicement dak li jikteb regoli ghal segwaci li hu forsi qatt ma kien jafhom, u qatt ma kellu kuntatt maghhom. Dan hu l-kaz ta' qaddisin kbar bhal Santu Wistin u San Bazilju. Dawn kitbu regoli li segwewhom hafna. Imma ma humiex il-fundaturi ta' l-ebda wiehed mill-Ordnijiet li jgibu isimhom.

 

Fil-Fundatur fil-veru sens tal-kelma, jiena nara l-bniedem li a) jaf ezattament x'irid, u jaghti lilu nnifsu lil dawk li, bid-dritt kollu jissejhu wliedu; b) hu l-bniedem li jaf jahdem b'uliedu, u c) hu l-bniedem li jibqa' jghix f'uliedu.

 

Dawn it-tliet karatteristici, jiena nilmahhom f'Mons De Piro. Ghalhekk, jiena narah bhal fundatur fil-veru sens tal-kelma.

 

Jaf ezattament x'irid.

 

Hawn fundaturi li ma kellhomx il-hsieb li jwaqqfu xi Ordni. Zewg fundaturi kbar, San Frangisk u San Benedittu, ma kellhomx f'mohhhom li jwaqqfu Ordni Religjuz. Ma kienux huma li fittxew is-segwaci taghhom. Kienu persuni ohrajn li talbuhom biex jaccettawhom bhala wliedhom.

 

Lanqas Mons. De Piro ma kellu f'mohhu li jkun il-Fundatur ta' Istitut Religjuz. Bhal San Frangisk u San Benedittu, hu kellu ideal. L-ideal haj li nhass tul il-hajja tieghu sa minn zghozitu kien dak tal-hajja missjunarja. B'xi mezz, ikun liema jkun, hu ried assolutament jasal biex ighin halli jkun hawn Maltin lijmorru f'artijiet imbieghda jhabbru 'l Kristu.

 

Ir-rabta ma' San Pawl inhasset fih qabel ma waqqaf is-Socjeta'. Lil san Pawl, De Piro habbu, mhux biss ghax Malti, imma ghax ra fih l-appostlu tal-gnus, u missjunarju kbir tal-Knisja ta' Kristu. Ghalhekk, l-ideal missjunarju kien car f'mohhu. Imma kien ghadu ma jafx kif jilhqu. Kien qed johlom fil-futur, u ghalhekk ma qatax milli jipprogetta.

 

Hu kien qed johlom li fid-Dar ta' San Guzepp, f'Santa Venera jingabru u jghixu flimkien qassisin djocesani, that il-harsien ta' San Pawl, u minnhemm dawn ikun jistghu jithejjew biex imorru f'artijiet imbieghda.

 

Hu kien qed jipprogetta wkoll li, fid-djocesi ta' Malta, ikun hawn zewg seminarji: wiehed li jipprepara l-qassisin ta' l-ghada, u l-iehor li jaghti preprazzjoni specjali lil dawk li, minn tfulithom, ikunu mhajrin ghall-missjoni.

 

Bhala qassis bir-responsabbilta' ta' Segretarju Djocesan, De Piro kien qed jaghti ghajnuna lil dawk hutu Maltin li, fost l-emigranti, hassew ruhom wehidhom. Korrispondenza dwar dawn l-aspetti kollha u kelmiet fid-djarju tieghu ghadhom ikellmuna.

 

Minkejja dan De Piro kien il-bniedem intelligenti u b'mohh miftuh li jintrabat ma' l-ideal, bla ma jintrabat mal-mezzi. Meta mezz jibda jinhass difficli jew juri li ma hux se jirnexxi, hu xejn ma kien isibha difficli biex iwarrbu, u jaqbad iehor. L-esperjenza prattika kienet qed tghallmu li l-ahjar mezz biex ihejji missjunarji sata' jkun bl-erezzjoni ta' Socjeta' li l-membri taghha jikkonsagraw ruhhom lil Alla bil-voti.

 

Il-kelma missjoni ried li tinzel f'qalb dawk li Alla sejhilhom biex ikunu wliedu. Ried li huma jghixuha bhal ideal mixtieq dejjem izjed. It-tentattiv li jorbot lis-Socjeta' tieghu mal-Kongregazzjoni tal-Propagazzjoni tal-Fidi sa mill-bidunett ma kellux hlief dan il-ghan. Imma hawn ukoll hu ma ggarrafx quddiem id-diffikultajiet. Gharaf jaqbad triq ohra billi qieghed is-Socjeta' tieghu ghall-approvazzjoni djocesan, bit-tama li 'l quddiem tasal dik pontificja u tasal ukoll ir-rabta mal-Kongregazzjoni mixtieqa.

 

De Piro, aktar minn San Frangisk u San Benedittu, thabat u hadem bal tarf biex ifittex vokazzjonijiet. Lill-ulied spiritwali tieghu, hu tahom kollox. Lil diversi minn dawk iz-zghazagh, hu baqa' jurihom mhabbtu, anki meta ma segwesh izjed fl-ideal tieghu, u qabdu triq ohra.

 

Jaf jahdem b'uliedu.

 

Il-fundatur veru hu dak li ghandu l-karizma li jsahhar 'l uliedu. Ma hux dak li jghid lil uliedu x'ghandhom jaghmlu, u jobbligahom jobduh. Hu dak li uliedu jhossu li ghandhom jaghmlu bhalu bhax jitkaxkru mill-ezempju u anki mill-personalita' tieghu.

 

Mons De Piro, bl-attivitajiet kbar u mifruxin li kellu, ma kien wiehed li jahdem hafna fost uliedu. Ma kellux zmein materjali. Imma hu kien jaf jahdem f'uliedu.

 

Jekk inharsu lejn id-d-diversi djar religjuzi mmexxijin minn De Piro, hu kien tassew is-Superjur taghhom. Imma dan ma kien hlief aspettt legali biex ma jinholqux komplikazzjonijiet quddiem l-Awtoritajiet. Hu kien wisq izjed Superjur ghalix l-ulied tieghu kienu jhossu sodisfazzjon u ferh fihom meta jaghmlu r-rieda tieghu. Dan il-ferh kienu jhossuh ghax, l-ewwelnett, ta' bniedem metodiku li kien, hu gharaf jurihom ezttament x'ried minghandhom. Huma kienu jhossu l-ferh ghaliex hu kien japprezza l-hidma taghhom. Il-kelma ta' inkarggiment li kienet tigihom minnu kienu jafu li kienet sinciera u hierga tassew mill-qalb. Hu kien jaf jifrah, ghax japprezza, anki kull sforz ckejken ta' kull wiehed minnhom.

 

Lil Mons. De Piro, narah bhala missier anki f'dak liforsi wiehed jsita'jiggudikah bhal difett. Id-difett, forsi l-izjed kbir, ta' Mons. De Piro kien fil-fatt li hu baqa' jaghder dejjem, anki forsi meta dak li jkun ma tantx ikun jisthoqqlu izjed moghdrija, ghax ma jkunx qed jaghmel l-isforz mehtieg biex jirranga ruhu.

 

Ta' missier hanin, De Piro kien jibqa' dejjem jittama, u jemmen fis-sincerita' ta' dawk li jkunu dahlu fis-Socjeta'. ghalhekk, mhux dejjem intebah li uhud dahlu, mhux bil-hsieb li jipperseveraw, imma bit-tama li jiehdu kulma jistghu, mbaghad jaqbdu triq ohra.

 

Fit-tjubija tieghu, anki meta ntebah b'dan, De Piro ta' l-impressjoni li ried jaghlaq ghallanqas ghajn wahda. Meta raw lik ien hemm min dahak bih, x'uhud riedu jifthulu ghajnejh. Imma hu kien ighidilhom li ma jiddispjacihx lanqas f'dan. Hu kien qed josserva li dawk li f'ghajnejn id-dinja, ikunu dahku bih, ma jkunux ghamlu hag'ohra hlief li, fi zmien ta' faqar, raw kif tghallmu ftit skola minn fuq dahru, u bil-mezzi li pprovdielhom hu. Minn dan, hu kien konvint li ma kellux ghalfejn jiddispjacih.

 

Jibqa' jghix f'uliedu.

 

Il-kodici ta' zmienna wkoll jaghfas fuq ir-religjuzi biex l-ideali u l-progetti tal-fundatur, approvati mill-awtorita' tal-Knisja, jigu osservati fedelment.

 

Mons. De Piro ried juri b'mod car li hu kellu f'mohhu Socjeta' bil-voti, xejn anqas minn kif kienu l-Ordnijiet il-qodma., bhal Frangiskani, Dumnikani u ohrajn li Malta, sa minn mijiet ta' snin,kienet ilha tgawdihom. Hu minnu li De Piro ttollera li jkun hemm min jinqda bih jew jidhak bih. Imma hu kellu ghajnejh mitfughin b'mod specjali fuq dawk li kien qed jara fihom vokazzjonijiet genwini. Hu baqa' jittama f'Alla li jkollu zghazagh li fihom jibni ideal ta' hajja kkonsagrata.

 

De Piro ma riedx semplicement hajja komuni, bhalma ghandhom xi Istituti ta' sacerdoti li twaqqfu ghall-missjonijiet, li f'Malta ahna m'ghandniex minnhom. De Piro kien konvint li hajja bil-voti tilhaq ahjar l-ideal missjunarju.

 

Il-veri wlied tieghu, kif kiteb hu nnifsu, huma dawk li jkollhom intenzjoni retta. Hu emmen li dawk li jfittxu l-interessi taghhom ma jidhlux biex jibqghu fit-tul. Hu qal kelma anki lill-genituri. Dawn, fil-fehma tieghu, meta jhallu 'l uliedhom jidhlu f'Socjeta' Religjuza bil-voti, jipperswadu ruhhom izjed li lill-istess uliedhom qed joffruhom, bhal meta wiehed joffri sagrificcju lil Alla.

 

Bhala fundatur, hu haseb fis-Socjeta' nnifisha. Kien konvint li Socjeta' bil-voti tkun izjed maghquda. Il-membri nnifishom jghixu f'paci akbar, u r-ruh taghhom tkun izjed mistrieha.

 

L-ideal Missjunarju.

 

Ghalkemm holom mill-bidunett bl-ideal missjunarju, De Piro keinjaf li l-missjunarji ma jinholqux f'mument. Hu ma setax ikollu missjunajri ghalix semplicement jixtieqhom. Kien mehtieg li jifrex it-triq quddiemu. Nismghuh jixxennaq ghal dik il-gurnata meta "dan l-Istitut ckejken ta' Malta jkollu l-gieh li jibghat missjunarji qalb l-indidili u fid-dinja kollha kemm hi".

 

Ma setax ma jkunx ta' ferh kbir ghalih meta Fra Guzepp Caruana talab biex imur jahdem fis-Somalja. Bhalma kien tkellem fuq l-omm u l-missier li jissagrifikaw lil binhom meta jidhol fis-Socjeta' ta' San Pawl, hekk issa De Piro nnifxu jitkellem fuq is-sagrificcju tieghu stess. Hu fisser li kien se jiccahhad minn wiehed li f'Malta kellu bzonnu hafna. Imma hu ferah ukoll li l-ewwel missjunarju tieghu kien zaghzugh ta' spiritwalita' kbira, u li kellu hafna talenti li sata' jhaddimhom f'art ta' missjoni.

 

Kienet it-tama qawwija tieghu li jara ohrajn imorru warajh. L-isforzi xar fi zmienu wkoll. Hu nnifsu kien qed jipprogetta u kien lesta kollox biex jitlaq lejn l-Afrika halli, personalment, iwassal x'uhud minn uliedu. Imma l-bniedem jipproponi, u Alla jiddisponi. Il-Mulej sejjahlu, f'hin mhux mistenni, biex jidhol fl-eternita'.

 

Il-progett tal-fundatur tkompla minn uliedu meta, wara mewtu, imma blpispirazzjoni tieghu, huma ma marrux biss lejn l-Awstralja, Amerika, u Kanada qalb emigranti Maltin. Marru wkoll f'artijie ohrajn, qalb dawk li huma neqsin mit-taghlim genwin tar-Religjon ta' Kristu, bhalma hu l-Peru'. Fethu t-triq ukoll fost dawk li ghad ma ghandhomx il-grazzja li jagharfu 'l Kristu, bhalma hu l-Pakistan.

 

Fost l-ahhar kelmiet li kiteb De Piro dwar id-Dar ta' Sant'Agata, fit-tberik ta' l-ewwel gebla taghha, ahna nisimghuh ighid: "Hawn jigu z-zghazagh imhejjija biex ikun jistghu jobdu ghall-kmand ta' Sid il-hsad: 'Morru u ghallmu lill-gnus kollha'". Fic-cokon ta' l-opra tieghu, De Piro ttama fl-Appostlu San Pawl biex "ixebbhilhom qalbhom ma tiegh, jaghmilhom akbar u akbar fil-ghadd, biex huma wkoll, fil-hidma missjunarja kbira ghas-salvazzjoni tad-dinja pagana, jkolhom is-sehem taghhom".

 

Fuq il-Passi tal-Fundatur.

 

M'ghandix dubju dwar jekk Mons. De Piro ghadux ighix f'uliedu. Ma nitnikkrix quddiem il-hsieb jekk hu hux tassew fundatur, kif tifhmu l-Knisja. Hu ghadda minn diffikultajiet mill-izjed kbar ghax hafna ma fehmuhx. Ma kienux ftit dawl li l-"fissazzjoni" tieghu li jwaqqaf Socjeta' Missjunarja rawha bhala d-debbolezza tieghu. Kulhadd kien jaf li hu kien twajjeb kemm tridu. Imma kienu jafu wkoll li, jekk iwahhal xi haga f'rasu, hadd ma kien se jaqlaghhielu sakemm ma kienx jippreswadi ruhu li dak li ried kien impossibbli. Minn hawn jew minn hemm, hu kien jibqa' jara kif jasal.

 

Kien hawn qassisin u patrijiet ta' l-imghoddi li dehru bhala fundaturi ta' Istitut Relgijuz ghas-sorijiet. Imma ma kien haw l-ebda sacerdot Malti li kien holom li jwaqqaf Istitut ta' Hajja kkonsagrata ghal sacerdoti ohrajn. Meta, fil-bidu, hu tkellem dwar il-faqar ta' Betlehem li kien qed jarah fl-ewwel dar tieghu fl-Imdina, il-Kardinal La Fontaine habbarlu wkoll it-tbatija tal-Kalvarju.

 

De Piro u s-Socjeta' tieghu ghaddew tassew mill-Kalvarju. Dan jinhass meta l-opri li Alla jsejhilhom ghalihom ikunu kbar, waqt li l-haddiema jkunu ftit. Il-Kalvarju jinhass izjed meta vokazzjonijiet li tkun hdimt ghalihom u jkunu nisslu tameit kbar, ghal ragunijiet kultant misterjuzi jintilfu, u jgibu niket kbir.

 

L-ideal ta' De Piro ghadu jinhass, u s-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl, skond kif wiehed jistenna, ghadha taghfas hafna fuqu. Mill-Kostituzzjonijiet ta' llum, ma nehdux hlief artiklu wiehed, imma li hu programm ta' hajja ghas-Socjeta' kollha kemm hi. Ghalhekk, fil-Kostituzzjonijiet naqraw: "L-ghan ta' dan l-Istitut hu l-Evangelizzazzjoni u t-twaqqif tal-Knisja fl-artijiet hekk maghrufa bhala tal-missjoni ghall-gnus. Ghalhekk, kull xoghol iehor li s-Socjeta' jkollha f'idejha f'pajjizi mhux strettament meqjusa missjunarji, ghandu jkollu skop ta' animazzjoni missjunarja" (Kost. MSSP, I,n.2).

 

Dawn il-kelmiet ma humiex hlief l-eku ta' ohrajn ta' Mons. De Piro, il-fundatur qaddis ta' din is-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl. Naghalaq bil-kelmiet ta' De Piro li pproklamahom b'qalb herqana u b;harsa lejn futur li ma xtaqux li jkun imbieghed: "Il-kelma Missjoni u Missjunarji, bhalma jigri fid-dinja kollha, hekk ukoll f'malta, tfarrag il-qal ta' kull nisrani, ghax kulhadd f'ruhu tghammar l-imhabba ta' Gesu Kristu. Din l-imhabba ggib maghha x-xewqa li Kristu jkun maghruf minn kulhadd, biex kulhadd isir ihobbu".

 

_________________________________________________________________________

 

Lehen is-Sewwa

Is-Sibt, 1 ta' April, 1989

P. Alexander Bonnici, O.F.M. Conv.

Pg. 8

 

 

MONS. GUZEPPI DE PIRO

Fundatur ta' Socjeta' Religjuza u Missjunarja.

 

 

Lil Mons. De Piro, jiena li ma kontx nafu tghallimt inhobbu, meta ghal hafna snin intfajt fuq il-kitba ta' hajtu. Habbejtu fuq kollox ghaliex rajtu bhala l-bniedem li ta hajtu ghall-ohrajn.

 

Hu difficli li wiehed isemmi semplicement l-opri li hu dahal fihom u deher bhal protagonista. Wiehed ma jistax jimmagina kif bniedem jista' jkun mghobbi bil-piz ta' Socjeta' ta' hajja kkonsagrata, u fl-istess hin ikollu r-responsabbilta' ta' hames Istituti ta' tfal ckejknin. Ma' dan irid jizdied kemm Mons. De Piro kien imdahhal fil-hidmiet tad-djocesi bhal Segretarju, Rettur tas-Seminarju Magguri, u Monsinjur Dekan tal-Knisja Katidrali ta' Malta. Jista' jizdied ukoll kemm De Piro kien bniedem patrijottiku fil-veru sens tal-kelma. Bhala rapprezentant tal-Knisja, imma b'imhabba genwina lejn art twelidu, lilu narawh jahdem ghall-ewwel kostituzzjoni ta' Malta u jkun Senatur fil-parlament minghajr rabta ma' dan jew dak il-partit.

 

 

Fil-Fundatur fil-veru sens tal-kelma, jiena nara l-bniedem li a) jaf ezattament x'irid, u jaghti lilu nnifsu lil dawk li, bid-dritt kollu jissejhu wliedu; b) hu l-bniedem li jaf jahdem b'uliedu, u c) hu l-bniedem li jibqa' jghix f'uliedu.

 

Dawn it-tliet karatteristici, jiena nilmahhom f'Mons De Piro. Ghalhekk, jiena narah bhal fundatur fil-veru sens tal-kelma.

 

Jaf ezattament x'irid.

 

Hawn fundaturi li ma kellhomx il-hsieb li jwaqqfu xi Ordni. Zewg fundaturi kbar, San Frangisk u San Benedittu, ma kellhomx f'mohhhom li jwaqqfu Ordni Religjuz. Ma kienux huma li fittxew is-segwaci taghhom. Kienu persuni ohrajn li talbuhom biex jaccettawhom bhala wliedhom.

 

Lanqas Mons. De Piro ma kellu f'mohhu li jkun il-Fundatur ta' Istitut Religjuz. Bhal San Frangisk u San Benedittu, hu kellu ideal. L-ideal haj li nhass tul il-hajja tieghu sa minn zghozitu kien dak tal-hajja missjunarja. B'xi mezz, ikun liema jkun, hu ried assolutament jasal biex ighin halli jkun hawn Maltin lijmorru f'artijiet imbieghda jhabbru 'l Kristu.

 

Ir-rabta ma' San Pawl inhasset fih qabel ma waqqaf is-Socjeta'. Lil san Pawl, De Piro habbu, mhux biss ghax Malti, imma ghax ra fih l-appostlu tal-gnus, u missjunarju kbir tal-Knisja ta' Kristu. Ghalhekk, l-ideal missjunarju kien car f'mohhu. Imma kien ghadu ma jafx kif jilhqu. Kien qed johlom fil-futur, u ghalhekk ma qatax milli jipprogetta.

 

Hu kien qed johlom li fid-Dar ta' San Guzepp, f'Santa Venera jingabru u jghixu flimkien qassisin djocesani, that il-harsien ta' San Pawl, u minnhemm dawn ikun jistghu jithejjew biex imorru f'artijiet imbieghda.

 

Hu kien qed jipprogetta wkoll li, fid-djocesi ta' Malta, ikun hawn zewg seminarji: wiehed li jipprepara l-qassisin ta' l-ghada, u l-iehor li jaghti preprazzjoni specjali lil dawk li, minn tfulithom, ikunu mhajrin ghall-missjoni.

 

Bhala qassis bir-responsabbilta' ta' Segretarju Djocesan, De Piro kien qed jaghti ghajnuna lil dawk hutu Maltin li, fost l-emigranti, hassew ruhom wehidhom. Korrispondenza dwar dawn l-aspetti kollha u kelmiet fid-djarju tieghu ghadhom ikellmuna.

 

Minkejja dan De Piro kien il-bniedem intelligenti u b'mohh miftuh li jintrabat ma' l-ideal, bla ma jintrabat mal-mezzi. Meta mezz jibda jinhass difficli jew juri li ma hux se jirnexxi, hu xejn ma kien isibha difficli biex iwarrbu, u jaqbad iehor. L-esperjenza prattika kienet qed tghallmu li l-ahjar mezz biex ihejji missjunarji sata' jkun bl-erezzjoni ta' Socjeta' li l-membri taghha jikkonsagraw ruhhom lil Alla bil-voti.

 

Il-kelma missjoni ried li tinzel f'qalb dawk li Alla sejhilhom biex ikunu wliedu. Ried li huma jghixuha bhal ideal mixtieq dejjem izjed. It-tentattiv li jorbot lis-Socjeta' tieghu mal-Kongregazzjoni tal-Propagazzjoni tal-Fidi sa mill-bidunett ma kellux hlief dan il-ghan. Imma hawn ukoll hu ma ggarrafx quddiem id-diffikultajiet. Gharaf jaqbad triq ohra billi qieghed is-Socjeta' tieghu ghall-approvazzjoni djocesan, bit-tama li 'l quddiem tasal dik pontificja u tasal ukoll ir-rabta mal-Kongregazzjoni mixtieqa.

 

De Piro, aktar minn San Frangisk u San Benedittu, thabat u hadem bal tarf biex ifittex vokazzjonijiet. Lill-ulied spiritwali tieghu, hu tahom kollox. Lil diversi minn dawk iz-zghazagh, hu baqa' jurihom mhabbtu, anki meta ma segwesh izjed fl-ideal tieghu, u qabdu triq ohra.

 

Jaf jahdem b'uliedu.

 

Il-fundatur veru hu dak li ghandu l-karizma li jsahhar 'l uliedu. Ma hux dak li jghid lil uliedu x'ghandhom jaghmlu, u jobbligahom jobduh. Hu dak li uliedu jhossu li ghandhom jaghmlu bhalu bhax jitkaxkru mill-ezempju u anki mill-personalita' tieghu.

 

Mons De Piro, bl-attivitajiet kbar u mifruxin li kellu, ma kien wiehed li jahdem hafna fost uliedu. Ma kellux zmein materjali. Imma hu kien jaf jahdem f'uliedu.

 

Jekk inharsu lejn id-d-diversi djar religjuzi mmexxijin minn De Piro, hu kien tassew is-Superjur taghhom. Imma dan ma kien hlief aspettt legali biex ma jinholqux komplikazzjonijiet quddiem l-Awtoritajiet. Hu kien wisq izjed Superjur ghalix l-ulied tieghu kienu jhossu sodisfazzjon u ferh fihom meta jaghmlu r-rieda tieghu.

 

Dan il-ferh kienu jhossuh ghax, l-ewwelnett, ta' bniedem metodiku li kien, hu gharaf jurihom ezttament x'ried minghandhom. Huma kienu jhossu l-ferh ghaliex hu kien japprezza l-hidma taghhom. Il-kelma ta' inkarggiment li kienet tigihom minnu kienu jafu li kienet sinciera u hierga tassew mill-qalb. Hu kien jaf jifrah, ghax japprezza, anki kull sforz ckejken ta' kull wiehed minnhom.

 

Lil Mons. De Piro, narah bhala missier anki f'dak liforsi wiehed jsita'jiggudikah bhal difett. Id-difett, forsi l-izjed kbir, ta' Mons. De Piro kien fil-fatt li hu baqa' jaghder dejjem, anki forsi meta dak li jkun ma tantx ikun jisthoqqlu izjed moghdrija, ghax ma jkunx qed jaghmel l-isforz mehtieg biex jirranga ruhu.

 

Ta' missier hanin, De Piro kien jibqa' dejjem jittama, u jemmen fis-sincerita' ta' dawk li jkunu dahlu fis-Socjeta'. ghalhekk, mhux dejjem intebah li uhud dahlu, mhux bil-hsieb li jipperseveraw, imma bit-tama li jiehdu kulma jistghu, mbaghad jaqbdu triq ohra.

 

Fit-tjubija tieghu, anki meta ntebah b'dan, De Piro ta' l-impressjoni li ried jaghlaq ghallanqas ghajn wahda. Meta raw lik ien hemm min dahak bih, x'uhud riedu jifthulu ghajnejh. Imma hu kien ighidilhom li ma jiddispjacihx lanqas f'dan. Hu kien qed josserva li dawk li f'ghajnejn id-dinja, ikunu dahku bih, ma jkunux ghamlu hag'ohra hlief li, fi zmien ta' faqar, raw kif tghallmu ftit skola minn fuq dahru, u bil-mezzi li pprovdielhom hu. Minn dan, hu kien konvint li ma kellux ghalfejn jiddispjacih.

 

Jibqa' jghix f'uliedu.

 

Il-kodici ta' zmienna wkoll jaghfas fuq ir-religjuzi biex l-ideali u l-progetti tal-fundatur, approvati mill-awtorita' tal-Knisja, jigu osservati fedelment.

 

Mons. De Piro ried juri b'mod car li hu kellu f'mohhu Socjeta' bil-voti, xejn anqas minn kif kienu l-Ordnijiet il-qodma., bhal Frangiskani, Dumnikani u ohrajn li Malta, sa minn mijiet ta' snin,kienet ilha tgawdihom. Hu minnu li De Piro ttollera li jkun hemm min jinqda bih jew jidhak bih. Imma hu kellu ghajnejh mitfughin b'mod specjali fuq dawk li kien qed jara fihom vokazzjonijiet genwini. Hu baqa' jittama f'Alla li jkollu zghazagh li fihom jibni ideal ta' hajja kkonsagrata.

 

De Piro ma riedx semplicement hajja komuni, bhalma ghandhom xi Istituti ta' sacerdoti li twaqqfu ghall-missjonijiet, li f'Malta ahna m'ghandniex minnhom. De Piro kien konvint li hajja bil-voti tilhaq ahjar l-ideal missjunarju.

 

Il-veri wlied tieghu, kif kiteb hu nnifsu, huma dawk li jkollhom intenzjoni retta. Hu emmen li dawk li jfittxu l-interessi taghhom ma jidhlux biex jibqghu fit-tul. Hu qal kelma anki lill-genituri. Dawn, fil-fehma tieghu, meta jhallu 'l uliedhom jidhlu f'Socjeta' Religjuza bil-voti, jipperswadu ruhhom izjed li lill-istess uliedhom qed joffruhom, bhal meta wiehed joffri sagrificcju lil Alla.

 

Bhala fundatur, hu haseb fis-Socjeta' nnifisha. Kien konvint li Socjeta' bil-voti tkun izjed maghquda. Il-membri nnifishom jghixu f'paci akbar, u r-ruh taghhom tkun izjed mistrieha.

 

L-ideal Missjunarju.

 

Ghalkemm holom mill-bidunett bl-ideal missjunarju, De Piro keinjaf li l-missjunarji ma jinholqux f'mument. Hu ma setax ikollu missjunajri ghalix semplicement jixtieqhom. Kien mehtieg li jifrex it-triq quddiemu. Nismghuh jixxennaq ghal dik il-gurnata meta "dan l-Istitut ckejken ta' Malta jkollu l-gieh li jibghat missjunarji qalb l-indidili u fid-dinja kollha kemm hi".

 

Ma setax ma jkunx ta' ferh kbir ghalih meta Fra Guzepp Caruana talab biex imur jahdem fis-Somalja. Bhalma kien tkellem fuq l-omm u l-missier li jissagrifikaw lil binhom meta jidhol fis-Socjeta' ta' San Pawl, hekk issa De Piro nnifxu jitkellem fuq is-sagrificcju tieghu stess. Hu fisser li kien se jiccahhad minn wiehed li f'Malta kellu bzonnu hafna. Imma hu ferah ukoll li l-ewwel missjunarju tieghu kien zaghzugh ta' spiritwalita' kbira, u li kellu hafna talenti li sata' jhaddimhom f'art ta' missjoni.

 

Kienet it-tama qawwija tieghu li jara ohrajn imorru warajh. L-isforzi xar fi zmienu wkoll. Hu nnifsu kien qed jipprogetta u kien lesta kollox biex jitlaq lejn l-Afrika halli, personalment, iwassal x'uhud minn uliedu. Imma l-bniedem jipproponi, u Alla jiddisponi. Il-Mulej sejjahlu, f'hin mhux mistenni, biex jidhol fl-eternita'.

 

Il-progett tal-fundatur tkompla minn uliedu meta, wara mewtu, imma blpispirazzjoni tieghu, huma ma marrux biss lejn l-Awstralja, Amerika, u Kanada qalb emigranti Maltin. Marru wkoll f'artijie ohrajn, qalb dawk li huma neqsin mit-taghlim genwin tar-Religjon ta' Kristu, bhalma hu l-Peru'. Fethu t-triq ukoll fost dawk li ghad ma ghandhomx il-grazzja li jagharfu 'l Kristu, bhalma hu l-Pakistan.

 

Fost l-ahhar kelmiet li kiteb De Piro dwar id-Dar ta' Sant'Agata, fit-tberik ta' l-ewwel gebla taghha, ahna nisimghuh ighid: "Hawn jigu z-zghazagh imhejjija biex ikun jistghu jobdu ghall-kmand ta' Sid il-hsad: 'Morru u ghallmu lill-gnus kollha'". Fic-cokon ta' l-opra tieghu, De Piro ttama fl-Appostlu San Pawl biex "ixebbhilhom qalbhom ma tiegh, jaghmilhom akbar u akbar fil-ghadd, biex huma wkoll, fil-hidma missjunarja kbira ghas-salvazzjoni tad-dinja pagana, jkolhom is-sehem taghhom".

 

L-ideal ta' De Piro ghadu jinhass, u s-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl, skond kif wiehed jistenna, ghadha taghfas hafna fuqu. Mill-Kostituzzjonijiet ta' llum, ma nehdux hlief artiklu wiehed, imma li hu programm ta' hajja ghas-Socjeta' kollha kemm hi. Ghalhekk, fil-Kostituzzjonijiet naqraw: "L-ghan ta' dan l-Istitut hu l-Evangelizzazzjoni u t-twaqqif tal-Knisja fl-artijiet hekk maghrufa bhala tal-missjoni ghall-gnus. Ghalhekk, kull xoghol iehor li s-Socjeta' jkollha f'idejha f'pajjizi mhux strettament meqjusa missjunarji, ghandu jkollu skop ta' animazzjoni missjunarja" (Kost. MSSP, I,n.2).

 

Dawn il-kelmiet ma humiex hlief l-eku ta' ohrajn ta' Mons. De Piro, il-fundatur qaddis ta' din is-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl. Naghalaq bil-kelmiet ta' De Piro li pproklamahom b'qalb herqana u b'harsa lejn futur li ma xtaqux li jkun imbieghed: "Il-kelma Missjoni u Missjunarji, bhalma jigri fid-dinja kollha, hekk ukoll f'malta, tfarrag il-qal ta' kull nisrani, ghax kulhadd f'ruhu tghammar l-imhabba ta' Gesu Kristu. Din l-imhabba ggib maghha x-xewqa li Kristu jkun maghruf minn kulhadd, biex kulhadd isir ihobbu".

 

_________________________________________________________________________

 

In-Nazzjon Taghna

L-Erbgha, 7 ta’ Gunju, 1989.

Alexander Bonnici O.F.M. Conv.

Pg. 11.

 

7 ta’ Gunju 1919

Grajja taghna lkoll

F’eghluq is-70 sena mis-Sette Giugno 1919.

Monsinjur De Piro

Patrijott Malti b’sehem fi grajja li ma ntesiet qatt.

 

Il-grajja tas-7 ta’ Gunju, 1919 ma ntesiet qatt fl-istorja ta’ Malta. X’uhud mietu, biex nghidu hekk, intortament, ghaliex fil-fatt ma kienu dahlu xejn f’dak li kkaguna l-fatti. Fil-fatt, f’dik il-grajja, il-mertu l-izjed kbir hu ta’ persuni li baqghu hajjin, u li fil-fatt dehru fost il-mexxejja tal-poplu.

 

Fost dawn, jiena nilmah persuna li l-poplu Malti, bil-mod il-mod, qed jiskopriha dejjem izjed. Fost il-patrijotti Maltin tas-‘Sette Giugno’, jiena nara ‘l Mons. De Piro.

 

Qieghed ‘il Hajtu fit-Tigrib. 

 

Ohrajn harbu l-inkwiet, imma De Piro qieghed ‘il hajtu fit-tigrib. Il-grajjiet nafuhom minn fomm De Piro stess, kif qalhom lill-Kummissjoni ta’ l-inkjesta. Imma hu, ta’ qaddis li kien, heba l-importanza tas-sehem tieghu.

 

Nisimghuh ighid : ‘‘Jiena kont prezenti fis-seduta ta’ l-Assemblea Nazzjonali, bhala Delegat tal-Kapitlu tal-Katidral. Xi hadd dahal fis-sala tac-Cirklu ‘Giovine Malta’, u, waqt li beda juri maktur imcappas kollu demm, qalilna : ‘Araw x’ghamlulna. Intom ghandkom tharsuna !’’ Kien gara li xi Inglizi kienu sparaw fuq il-poplu Malti.

 

Bis-semplicita’ kollha, De Piro fisser li hu ma skartax bhalma ghamlu ohrajn. ‘‘Jiena gejt mistieden biex insieheb ‘il xi membri ta’ l-Assemblea halli nippruvaw ingidu l-paci fost il-poplu. Jiena accettajt l-istedina’’. Ohrajn, meta raw it-tixrid ta’ demm, sgiccaw biex dabbru rashom.

 

De Piro u hamsa ohrajn (li wiehed minnhom kien Dun Nerik D’Andria) fittxew li jmorru qalb il-folla bil-protezzjoni tal-Pulizija. Imma ma sabu ‘l hadd. Ghalhekk, De Piro ssokta jghid : ‘‘Ahna morna wehidna, u ppruvajna nidhlu mill-bieb ta’ wara l-Qorti, li qieghed fi Strada Stretta, ghal go l-Ghassa tal-Pulizija. Imma ma rnexxilniex’’.

 

Kien min miet u min midrub.

 

Il-hrug fit-triq, minghajr assistenza tal-Pulizija, kien att ta’ kuragg ghaliex, fit-toroq, diga kien hemm min kien miet, u ohrajn kienu midruba. L-ewwel sforz tal-Kummisssjoni ma rnexxiex.

 

De Piro jkompli : ‘‘Minn Strada Stretta, ahna tlajna ghal Strada San Giovanni, u, kif wasalna ma’ Strada Rjali, smajna sparatura. Ghalhekk, dorna lura, u morna mill-gdid lejn ic-Cirklu ‘La Giovine Malta’ ‘’.

 

Insultawh u kellmuh hazin.

 

L-Avukat Caruana Gatto, wihed mil-mexxejja ewlenin, iddikjara x’kien gara. Hu qal : ‘’Hawn irrid nghid li l-ewwel darba li ppruvajna nidhlu l-Qorti, x’uhud min-nies urew maghna imgieba li, ftit jew wisq, kienet ta’ mibgheda lejna, u b’mod paritkulari lejn Mons. De Piro. Dawn il-ftit bdew ighajtu : ‘Intom htija ta’ kollox’.

 

Mons. De Piro ghamlilhom din l-osservazzjoni : ‘Tajba din ! Ahna sejrin biex insalvawkom, u qed niehdu l-htija’ ‘’. Fl-Inkjesta, b’rabta ma’ dan, lil De Piro ghamlulu numru ta’ mistoqsijiet flimkien. Wahda mill-mistoqsijiet kienet: ‘’Ma kienx hemm xi hadd fil-folla li kellmek hazin?’’ Imma De Piro ma ried jakkuza ‘l-ebda Malti. Hu wiegeb ghall-mistoqsijiet l-ohrajn, u ghal din ma wiegeb xejn.

 

Ma riedx li bi kliem jaghmel l-icken hsara lill-poplu Malti. Kienu kelmiet li ntqalu minn persuna wahda. Ghalhekk, hu nnifsu ggudika li l-gemgha, ghalkemm bla sabar u mqanqla, ma wrietx li giet imbuttata biex tinfexx f’attakki kontra l-kleru. Imma xi sinjali ta’ antiklerikalizmu kellhom jinhassu tassew fid-9 ta’ Gunju.

 

Opra ta’ Medjaturi bejn l-Inglizi u l-Maltin.

 

L-Inglizi kienu mbezzghin minn dak li kien gara li seta’ jigri ‘l quddiem. Il-poplu Malti kien ifferocjat talli l-Inglizi sparaw fuqu minghajr lanqas biss kien armat.

 

De Piro fisser x’kienet l-opra tieghu u ta’ ohrajn: ‘’Tkellimna mat-Tenent-Gvernatur, u tlabnieh biex iwarrab it-truppi mit-toroq. Ahna dhalna garanti li n-nies jibqghu kalmi. Is-Sur Robertson ma pperswadiex ruhu ghal kollox. Hu staqsiena aktar minn darba jekk konniex kapaci naghtu garanzija shiha ghal dan. Ahna wegibna li kien mehtieg li jkollna l-permess li nkellmu lill-folla minn wahda mit-twieqi tal-Qorti. Ahna tlajna fuq, u l-Avukat Caruana Gatto kellem lill-folla, u qal lin-nies li kein hemm bzonn li huma jghinuna billi jitilqu, u ma jkunux il-kawza li ahna naqtghu figura hazina mat-Tenent-Gvernatur’’.

 

‘’Nahseb li l-hidma taghna, f’dak il-lejl, kienet wahda ta’ success. Wara dan, il-gemgha migbura nsistiet li s-suldati ma kellhomx jinzammu l-Qorti. Ahna wassalona dan lis-Sur Robertson. Hu weghdna li kien sejjer jibghat lis-suldati fil-kwartieri taghhom. Il-folla kienet bla sabar. Kien hemm bzonn li ahna nibqghu l-Qorti sakemm is-suldati kollha kienu telqu’’.

 

De Piro zied ighid li huma damu jithabtu saghtejn u nofs biex il-folla tferrxet. Dan gara minhabba l-morini li dehru telghin lejn il-Qorti. Il-folla bdiet issaffrilhom, u tibbuwjalhom. Kien hemm l-biza’ li xi Maltin jitilfu l-kontroll.

 

8 ta’ Gunju: Il-kriminali thalltu mal-patrijotti.

 

Il-Hadd, 8 ta’ Gunju, kienet gurnata ta’ nkwiet ghal Mons. De Prio. Krimianli thalltu mal-patrijotti, u nqdew bis-sitwazzjoni. Caruana Gatto tkellem dwar dak li sar: ‘’Gie ghandi Mons. De Piro u qalli, la l-gurnata’ ta’ qabel hadna t-tmexxija f’idejna, kien dmir taghna li naraw x’nistghu naghmlu biex nikklamaw lin-nies.

 

Hu qalli li x’uhud fosthom kienu bla sabar. Kien hemm li ssir xi haga dakinhar stess.’’ Il-prezenza ta’ De Piro kienet ta’ appogg qawii ghal Caruana Gatto, quddiem folla mberrna. Dakinhar, gie midrub Ingliz, li wara miet.

 

Nisimghu ‘l De Piro jitkellem: ‘’Il-Hadd, jiena, l-Avukat Caruana Gatto, u l-Avukat Serafin Vella, morna flimkien ghand it-Tabib Sciberras, il-Furjana. Hu gie maghna lejn il-Belt. Morna ghand il-General Hunter Blair biex inkellmuh f’isem il-poplu. Il-Maltin kienu mqanqlin hafna, u kienet qed tinxtered ix-xniegha li suldat kien gie maqtul. Jiena kont eccitat daqs l-ohrajn.

 

‘’Il-General kellem lill-folla mill-gallarija tal-Palazz. Il-folla bdiet titlob li ssir inkjesta, u l-General wieghed li jaghmilha’’. Imbaghad De Piro zied: "Il-General wieghed li l-ufficjali u l-persuni mdahhlin fl-affari, ma kienux sejrin jitilqu mill-grzira qabel ma l-inkjesta tkun ghalqet".

 

Malta bi Problemi Socjali Kbar.

 

De Piro ddefenda l-kawza tal-Maltin. Waqt l-inkjesta, hu qal: ‘’Jiena tkellimt mal-General dwar is-sensji mit-Tarzna, ghax il-folla kienet qed tghid li xi elfejn kienu gew moghtijin is-sensja mit-Tarzna. Ghedtlu li dan ma kienx gust ghall-Maltin, war li kienu taw erba’ snin ta’ servizz fil-gwerra. Il-General wiegeb li dak ma kienx minnu, ghaliex madwar 500 biss kienu gew moghtija s-sensja’’.

 

Il-Hadd, eara nofsinhar, rega’ qam l-inkwiet. L-Avukat Caruana Gatto kien il-mexxej ewlieni tal-medjatur bejn l-Inglizi u l-Maltin.

 

Imma nisimghu minn fommu stess l-istima tieghu lejn Mons. De Piro. ‘’Is-Sur Robertson qalli li, billi n-nies kienu ghadhom eccitati hafna, hu xtaq ikellem lill-folla flimkien mieghi. Jiena ghedtlu li ma jien xejn, u li mieghi ghallanqas kellu jkolli lil Mons. De Piro u lill-Avukat Serafin Vella. Kien hemm bzonn li –nies jaraw l-istess ucuh li kienu raw qabel’’.

 

Kien rega’ sar xi sparar u xi issuttar. Gie attakkat ukoll il-Palazz ta’ Francia, quddiem it-Teatru, fi Strada Rjali. Mons De Piro nkwieta. Ghalhekk, hu qal lil shabu : ‘’Issa hemm bzonn li mmorru nghidu lill-poplu biex ma jkomplix dan it-tharbit ghaliex inkella jhassar il-kawza kollha’’.

 

De Piro, ghal dar’ohra, cekken is-sehem tieghu, waqt l-inkjesta. Imma Caruana Gatto qal : ‘’Mons. De Piro kellim lill-folla u qalilha biex ma tahtix l-assalt li dik id-dar. Hemm bzonn nghid li, dakinhar, in-nies ma kienux l-istess tas-Sibt. Rajt hafna ucuh li ma kienux godda ghalija ghax kont rajthom fil-Qorti Kriminali’’.

 

Il-kriminali sahansitra serqulhom flushom minn bwiethom lil De Piro, Caruana Gatto, u Vella. Dawn il-mejaturi kellhom jitilqu ghax ma setghux irazznu lill-folla.

 

Il-grajjiet koroh tad-9 ta’ Gunju ssoktaw juru kemm Mons. De Piro ssokta jghin biex il-hsara ma tikbirx. Meta xi nies riedu jattakkaw il-Kurja ta’ l-Arcisqof, Mons. De Piro affronta l-folla, u qal: ‘’Xi tridu, uliedi ?’’ Kien hemm min wiegbu : ‘’Irridu naharqu l-Kurja’’. Imma hu ssokta jghidilhom : ‘’Dan li hawn ma hux kollu taghkom ? Hallikom minn dan. Morru, isa, uliedi’’.

 

L-Isqof Portelli li, flimkien ma’ De Piro, hadem hafna ghall-paci f’dik l-okkazzjoni, f’dik il-gurnata tad-9 ta’ Gunju, qal lill-Maltin : ‘’La tisimghux minn xi erba’ xewwiexa li ma jridux hlief l-inkwiet.

 

Oqoghdu ghall-mexxejja taghna ta’ l-Assemblea Nazzjonali, bhalma hu t-Tabib Filippo Sciberras, l-Avukat Caruana Gatto, u Mons. Guzeppi De Piro. Nies bhal dawn huma ta’ min joqghod fuqhom’’.

 

Hemm hafna x’wiehed ighid dwar is-sehem ta’ De Piro fil-grajjiet tas-‘Sette Giugno’. Imma ntemmu b’kitba li dehret fil-gazzetta ‘Malta’, fid-19 ta’ April, 1927.

 

"Dun Guzepp De Piro, sacerdot li hadd ma jista’ jixlih f’xejn, ezempju ta’ tjubija tassew u ta’ konsagrazzjoni li ghamlitu qaddis, hu wkoll patrijott li kien imdahhal sewwa fil-qtigh il-qalb, fis-slaleb, u n-niket tat-taqlib tas-7 ta’ Gunju, 1919.

 

Dakinhar, hu kien f’nofs l-isparar u qalb il-midrubin. De Piro hu ghall-Knisja u ghal art twelidu l-ezempju ta’ sacerdot ideali u ta’ Malti patrijott, li kull bniedem ma jistax ma jhobbux u ma jammirahx".

 

 _________________________________________________________________________

 

Lehen is-Sewwa

Is-Sibt, 23 ta’ Settembru, 1989.

Dun Norbert Bonavia, M.S.S.P.

Pg. 9

 

Missier il-Faqar

Mons. Guzeppi De Piro

Fundatur tas-Socjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl.

 

Kieku ma hawnx xi nies li jaghtu kas ta’ dati importanti bhal nghidu ahna meta spiccat il-gwerra, meta hadna l-Indipendenza, meta Malta saret Rpublika, dawn id-dati jintilfu u maghhom kollox jintesa’.

Wahda mid-dati importanti li tajjeb li ma nhallux ghaddejja hija s-17 ta’ Settembru 1933. Dak in-nhar miet Mons. Guzeppi De Piro.

 

Ghal xi whud, Mons. De Piro hu maghruf bizzejjed, izda ohrajn ma jafux min kien dan il-bniedem li f’hajtu hadem kemm felah, ghamel gid madwara, ma’ kull min kellu x’jaqsam mieghu, U anki haseb biex jaghmel gid barra minn pajjizu, haga li ftit joholmu li jwettquha.

 

Mons. De Piro twieled l-Imdina minn familja nobbli u sinjura. Biss din il-hajja hu ma ridhiex. Ghalhekk, wara li lahaq qassis, huwa sar midhlu ta’ l-Istitut ta’ San Guzepp f’Santa Venera. Dan ix-xoghol mat-tfal orfni kien ghal qalbu, ghax din kienet il-kwalita’ ta’ hajja li ried jghix: ta’ fqir, mal-fqar.

 

Hidma ghall-Formazzjoni tas-Sacerdoti.

 

Wara l-mewt ta’ Dun Gorg Bugeja, Mons. De Piro sar direttur ta’ dan l-Istitut. Hekk ukoll kien gara wara l-mewt ta’ Fra Diegu Bonanno OFM: l-Isqof fdalu t-tmexxija ta’ l-Istitut ta’ dan il-fratell qaddis. Dan ma kienx bizzejjed. Ma’ dawn it-tnejn lil De Piro z\didulu tlieta ohra, biex b’hekk kellu taht il-kura tieghu hames Istituti. Ghal dawn huwa ta’ kull sold li kellu ; ghax dak iz-zmien l-Istituti kienu mimlijin tfal u l-mezzi kienu ftit. L-ghaxqa tieghu, ighidulna dawk li jiftakruh, kienet issa jqassam il-helu lil dawn it-tfal, issa jaghtihom xi gugarell, imbasta jarahom kuntenti u ferhanin.

 

F’hajtu sab hin ukoll biex jghin fil-formazzjoni tas-sacerdoti, ghax huwa kien Rettur tas-Seminarju fl-Imdina. Is-sacerdoti li fi zmienu kienu seminaristi, jghidulna li kull meta kien ikollu ghalfejn jikkoregihom kien ikullu dejjem tbissima fuq xofftejh. Imbaghad kien jispicca jghidilhom ‘Kunu sacerdoti qaddisin’.

 

Mons. De Piro, li jghid kien jipprova jpoggih fil-prattika. Biex aktar jitqaddes hu u jqaddes lill-ohrajn kien membru ta’ l-ghaqda ‘Sacerdoti Adoraturi’ u membru fil-‘Missjoni’ li tant ghadha taghmel gid sal-lum f’kull parrocca li tmur. L-Arcisqof Mauro Caruana li gharaf fih bniedem mimli talenti u ta’ naturla habrieki, ghazl ;u bhal segretarju tiegthu, pozizzjoni li kif jaf kulhadd hija delikatu u iebsa. Ghalhekk ukoll kienet haga sewwa li dan il-bniedem gie moghti l-unur li jkun Dekan tal-Kapitlu Metropolitan. Min-naha tieghu accetta din il-kariga kontra qalbu.

 

Il-Hegga tieghu Missjunarja.

 

Hafna drabi jigri, li nies li jkollhom hafna x’jaghmlu aktar isibu min jaghtihom x’jaghmlu. Hekk kien Mons. De Piro, ghalix ma’ dak ix-xoghol kollu li ga kellu, l-Arcisqof ghazlu bhal rapprezentatnt tal-Kleru fis-Senat Malti mis-sena 1930 sa mewtu. Mons. De Piro ma qaghadx bi kwietu. Dak kollu li kien jara ta’ gid kien ifahhru imma fejn ikun hazin jiqaflu. Il-pariri ghaqlin tieghu swew mhux ftit f’dan ix-xoghol. Hawnhekk wiehed ma jridx jinsa jghid li f’dan l-istess kamp, madwar 11-il sena qabel, kien serva bhala strumetn ta’ paci fil-kwistjonijiet jaharqu tas-Sette Giugno.

 

Imma l-ikbar opra li ghaliha jibqa’ zgur imsemmi dan il-Qaddej t’Alla hi s-Socjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl. Minn mindu kien ghadu seminarista f’Ruma kien dejjem iredden f’mohhu il-hsieb li Malta ghandha x’toffri lid-dinja; mhux deheb jew zejt kif jaghtu artijiet ohra, imma l-fidi. Ghalehkk huwa haseb biex iwaqqaf kongregazzjonit ta’ religjuzi rgiel, biex il-membri taghha jwasslu l-Fidi fejn hemm nuqqas taghha. B’dan l-ideal car quddiemu, beda jigbor zghazagh mimlijin bl-ispirtu missjunarju.

 

Ittra mill-Papa San Piju X.

 

Il-Qaddis Papa Piju X gharaf il-hsieb ta’ Mons. De Piro, u kitiblu ittra biex ibierek lilu u l-membri tieghu, u fl-istess hin iqawwilhom qalbhom. Imheggeg biex il-messagg ta’ Kristu jasal lil min hu ghatxan ghalih, Mons. De Piro fl-1927 baghat bhala l-ewwel missjunarju tieghu fl-Abbissinja lil Fra Guzepp Caruana.

 

Insibu fl-Iskrittura, li lil min ihobbu Alla jsejjahlu kmieni. U lil Mons. De Piro, il-Mulej sejjahlu meta kellu biss sitta u hamsin sena. Miet f’riglejn l-artal waqt li kien qieghed jaghti l-barka sagramentali fil-knisja ta’ San Gejtanu, il-Hamrun, nhar is-17 ta’ Settembru 1933, wara li mexxa l-purcissjoni tad-Duluri.

 

Il-funeral li kellu kien xhieda bizzejjed tar-rispett li kienet iggiblu Malta kollha. Bizzejjed insemmu li ghall-funeral kien hemm mill-izghar sa l-oghla persuna f’Malta; kien hemm il-gvernatur generali, membri tal-gerarkija ekklezzjastika, nobbli u bosta nies ohra li fosthom kien hemm jispikkaw it-tfal ta’ l-Istituti. Fuq fomm kulhadd kienet tinstema l-kelma: Miet ‘Missier il-fqar’.

 

_________________________________________________________________________

 

In-Nazzjon Taghna

Il-Hamis, 28 ta’ Settembru 1989

Fr. Karm S. Borg.

Pg. 17

Mons. Guzeppi De Piro.

Ta Qalbu ghall-Fqir u l-Batut.

 

Kif tibda toqrob lejn l-imdina, il-belt il-qadima ta’ Malta, maljar tista’ tieghu l-idea ta’ belt bla hajja. Belt li darba, mijiet ta’ snin ilu, kienet il-qalba ta’ l-attivita’ ta’ pajjizna, u li l-lum tgawdi s-serhan tax-xjuhija.

 

Biss meta tibda ghaddej mit-toroq dojoq u milwija taghha, u fi djarha u fil-palazzi taghha tibda tfittex ir-ruh li jahbu dawk il-hitan felhana, malajr tintebah li f’qafas sidirha hemm qalb li ghalha tbattat qawwi. Il-qalb ta’ dawk li ilu jew fil-qrib taw is-sehem taghhom lejn art twelidhom.

 

Wiehed mill-ulied nobbli ta’ din il-belt hu Monsinjur Guzeppi De Piro – iben nobbli mhux biss fir-razza tieghu, izda bil-wisq aktar fl-imgieba tieghu u f’imhabbtu lejn Alla u lejn il-bniedem.

 

Guzeppi twieled nhar it-2 ta’ Novembru, 1877 f’dar daws tefgha ta’ gebla ‘l boghod mill-Katidral ta’ l-Imdina. Kien is-seba’ fost id-disa’ ulied ta’ Alessandro De Piro – D’Amico Inguanez u ta’ Ursula Agius Caruana, ukoll ta’ wild nobbli. Fi hdan din il-familja mrawma fi principji nsara, Guzeppi ricieva dik il-ghana spiritwali, li aktar ‘il quddiem kellha taghzlu minn ta’ madwaru bhala bniedem li ghex dak li emmen u li dejjem ghallem.

 

Bhal f’kull familja nobbli ta’ dak iz-zmien, Guzeppi ha l-ewwel edukazzjoni tieghu minn ghalliema mqabbdin apposta mill-familja. Biss dan ma zammux lura milli jitghallem u jitharreg fis-sengha ta’ landier, ghalix ghal Ursula De Piro, li taghmel xi xoghol manwali ma jbaxxix il-bniedem. Din il-fehma ta’ ommu trawmet f’qalbu u ntaghagnet mieghu u geghlitu jithallar ma’ ulied il-poplu u jahdem u jaqbez ghalihom.

 

Meta beda jitfarfar, Guzeppi dahal il-Liceo u aktar tard ghadda ghall-Universita’ Irjali ta’ Malta fejn studja fil-Fakulta’ ta’ l-Arti u x-Xjenzi, u fejn izjed tard kellu jibda l-kors tal-Ligi.

 

Suldat.

 

Matul dan iz-zmien, Guzeppi ngagga bhala suldat fir-Royal Malta Militia. Dan ghamlu wara stedina li l-awtoritajiet civili kienu ghamlu lil ulied in-nobbli. Ghal tliet snin u nofs, hu qeda dmiru bhala semplici suldat fl-Armata. Certifikat li nhareg fi tmiem it-tliet snin u nofs jixhed li Guzeppi qeda dmiru bl-unuri kollha.

 

Lura fil-hajja civili, Guzeppi ssokta bl-istudji tal-Ligi. Izda ma damx wisq. Nhar it-8 ta’ Mejju, 1898, waqt li kien ma’ shabu l-istudenti universitarki fil-knisja tal-Gizwiti tal-Belt ghas-supplika tal-Madonna ta’ Pompej, iz-zaghzugh Guzeppi hass li kellu jiehu decizjoni. Kienet id-decizjoni li kellha tibdel il-mixja ta’ hajtu.

 

Sa minn ckunitu Guzeppi kien ihoss il-gibda lejn l-artal; issa hass li kien iz-zmien tajjeb biex jaghmel maghruif din il-gida u jibda t-triq ghas-sacerdozju. F’wahda minn kitbietu hallu miktub: "Nahar it-8 ta’ Mejju, 1898, wara noven lill-Vergni ta’ Pompej fejn tlabtha biex tghinni naghraf ir-rieda ta’ Alla, hassejt il-qawwa li bniddeciedi, jigifieri li nsir sacerdot."

 

Minghand ommu, Guzeppi ha l-inkoraggiment li kien jehtieg f’din l-ghazla, u fil-5 ta’ Settembru, 1898, Guzeppi nkiteb bhala student fl-‘Almo Collegio Capracinese’ f’Ruma. Dun Guzepp De Piro gie ordnat sacerdot nhar il-15 ta’ Marzu 1902 fil-Bazilika ta’ San Gwann Lateran ta’ Ruma mill-Isqof Vicigerent ta’ Ruma, Mons. Cepitelli.

 

Dwar Dun Guzepp, ir-registri tal-Capranica jghidu li min-natura hu mixhut biex jahfer dejjem, u li hu twajjeb hafna.

 

Dun Guzepp staq li jissokta bl-istudji tieghu, izda kellu jieqaf hesrem ghaliex sahhtu ma hallietux. Fuq il-parir tat-tobba mar iqatta’ zmien ta’ mistrieh u kura f’Davos l-Isvizzera fejn dam sal-1904.

 

Imfejjaq kompletament, Guzeppi rega lura f’Malta u beda l-hidma sacerdotali tieghu fil-parrocca ta’ Santa Marija tal-Qrendi. Izda fil-Qrendi ma qattax hafna snin, ghalix l-Arcisqof Mons. Pietro Pace ghazlu bhal Direttur ta’ l-Istitut ta’ Fra Diegu fil-Hamrun, hidma li baqa jwettaq sa mewtu.

 

De Piro ma kien mikrum ghall-unuri, u baqa’ ‘l  boghod minnhom kemm seta’, tant li meta l-Arcisqof hatru bhala Monsinjur tal-Katidral, Dun Guzepp De Piro wrieh li x-xewqa tieghu kienet li jqatta’ hajtu bhala semplici sacerdot. Biss meta l-Arcisqof ordnalu biex jacettta, Dun Guzepp baxxa rasu u accetta l-kariga ta’ Monsinjur bhala Koadjatur tad-Dekan, bid-dritt li mal-mewt tad-dekan, jilhaq minfloku.

 

Din kellha tkun biss il-bidu ta’ sensiela ta’ hatriet ta’ l-ghola gieh u responsabbilta’ li l-Isqfijiet Maltin afdaw f’idejh. L-Arcisqof Mawru Caqruana fl-1915 ghazlu bhal s-Segretarju tieghu, u tliet snin wara hatru bhal rettru tas-Seminarju Magguri ta’ l-Imdina.

 

Monsinjur De Piro aktar tard intghazel biex jirrapprezenta lill-kleru djocesan bhal senatur fil-Parlament Malti. Kien zmien iebes ghaliex Lord Strickland kien qieghed jaghmel minn kollox biex lill-kleru jqacctu ‘l barra mill-Parlament Malti.

 

Izda Monsinjur De Piro ma halliex dawn l-unuri jaghmlu bih. Qalbu kienet fejn kien hemm il-karba tal-fqir u l-iltim. In-nobbli De Piro thallat mal-fqir u ftaqar ghall-foqra.

 

Ghal dawn iddedika hajtu, u minbarra Direttur ta’ l-Istitut ta’ Fra Diegu, Monsinjur De Piro nhatar bhal Direttur tad-Dar ta’  San Guzepp fil-Hamrun u tad-Dar ta’ Gesu’ Nazzarenu fiz-Zejtun.

 

Aktar tard l-Isqof ta’ Ghawdex talbu biex ikun l-ewwel Direttur tad-Dar ta’ San Guzepp ta’ Ghajnsielem f’Ghawdex. Barra minn dawn id-djar, Monsinjur De Piro kien responsabbli wkoll tad-Dar ta’ San Frangisk de Paola f’Birkirkara.

 

Socjeta’

 

Madanakollu, isem Monsinjur De Piro ma jintrabatx biss ma’ dawn l-istituzzjonijiet. Ghal bosta snin kellu hsieb iberren f’mohhu: dak li f’Malta jwaqqaf Socjeta’ Missjunarja. Qasam l-ideat tieghu ma l-Isqof ta’ Cassano, Mons. Pietro La Fontaine, li aktar tard sar Patrijarka ta’ Venezja. Mons. La Fontaine fehem il-hsieb ta’ De Piro u wieghdu kull ghajnuna, filwaqt li qallu biex iressaq talba lill-Papa.

 

F’Jannar 1910, il-Papa Piju X bierek il-hsieb ta’ Monsinjur De Piro, u fit-12 ta’ Gunju, 1910, l-Arcisqof Pietro Pace bierek l-ewwel dar tas-Socjeta’ ta’ De Piro u ddikjar miftuha ‘La Piccola Casa di San Paolo’. Ftit jiem wara dahlu l-ewwel membri. Kienu tnejn: Gwanni Vella li dahal bhala student biex jibda t-riq tas-sacerdozju, u Guzeppi Caruana li dahal bhala fratell katekista u li kellu jkun l-ewwel missjunarju tas-Socjeta’.

 

Izda f’kull opra qaddisa jrid ikun hemm it-triq wieqfa u iebsa. Mons. De Piro jsemmi t-tbatijiet li s-Socjeta’ tieghu kellha tghaddi minnhom fl-ewwel snin taghha: uhud mill-ewwel zghazagh marru lura lejn darhom.

 

Izda Alla min-niket jaf jislet il-ferh, u Monsinjur De Piro tfarrag mhux ftit meta l-Isqof Dumnikan Mons. Angelo Portelli tah il-permess biex dawk li jidhlu fis-Socjeta’ jkunu jistghu jilbsu s-suttana b’faxxa sewda. Kien zmien meta s-Socjeta’ kien se jkollha l-ewwel sacerdot.

 

Il-futur xejn ma kien jidher sabih. Quddiem id-diffikultajiet Monsinjur De Piro ma qatax qalbu, lanqas meta l-ewwel sacerdot tas-Socjeta’ halla lil De Piro biex inghaqad mal-kleru djocesan.

 

De Piro kellu fiducja shiha f’Alla u baqa’ miexi ‘l quddiem tant li kiteb lill-Kardinal La Fontaine fejn urieh ix-xewqa tieghu li s-Socjeta’ tikseb gharfien pontificju. Din ix-xewqa ta’ De Piro, ghalkemm ma qataghhiex f’hajtu, sehhet snin wara mewtu.

 

Minkejja kull diffikulta’ is-Socjeta’ baqghet miexja ‘l quddiem u fl-14 ta’ Dicembru, 1921, l-Isqof ta’ Malta, Mawru Caruana approva lis-Socjeta’ bid-digriet: ‘Auctoritate Nostra Ordinaria’ u qiesha maghrufa u mharsa minnu bhala mexxej tad-djocesi.

 

Kien l-istess Isqof Caruana li f’Marzu ta’ l-1924 approva parti mill-kostituzzjonijiet, fejn fost l-ohrajn insibu: "Is-Socjeta’ ta’ San Pawl hi ghaqda ta’ missjunarji… maghqudin flimkien f’hajja komunitarja f’kollox."

 

Qabel ma s-Socjeta’ kisbet il-knisja ta’ Sant’Agata, fir-Rabat li madwarha kellha titla’ d-dar principali taghha, kellha tghaddi minn tlett idjar ohra fl-Imdina. Izda l-aktar li nikket lill-Monsinjur De Piro kien in-nuqqas ta’ zghazagh lesti li jmorru ghall-missjoni.

 

Kien zmien meta s-Socjeta’ dahlet tahdem fl-Istitut ta’ San Guzepp il-Hamrun, post li Monsinjur De Piro hass li kellu jaghti sehem siewi fit-twaqqif tas-Socjeta’. Aktar tard is-Socjeta’ akkwistat l-Oratorju ta’ Birkirkara, post fejn tigi mghallma d-duttrina u li l-lum hu ffrekwentat kemm miz-zghar kif ukoll mill-kbar.

 

Izda l-ferh ta’ Monsinjur De Piro kien bla tarf meta Fra Guzepp Caruana, l-ewwel vokazzjoni tas-Socjeta’ wera x-xewqa li jmur bhala missjunarju fl-Abbissinja. Fra Guzepp hadem fl-Abbissinja ghal 48 sena shah sakemm miet fl-1975, bhal ma qatt rega’ rifes art twelidu.

 

Miet.

 

De Piro nnifsu xtaq li hu wkoll imur ghal xi zmien l-Abbissinja fl-istess hin ikun jista’ jhejji t-triq ghal xi membri ohrajn. Izda din ix-xewqa ma sehhetx, ghaliex nhar is-17 ta’ Settembru, 1933 meta kien qieghed jaghti l-Barka Sagramentali f’gheluq il-festa tal-Madonna tad-Duluri fil-Hamrun, hu hassu hazin u miet dak in-nhar stess fl-Iaptar Centrali l-Furjana, meta kellu 56 sena.

 

It-telfa ta’ Monsinjur De Piro kienet telfa ghall-pajjiz kollu. Il-gazzetti taw l-ahbar ta’ mewtu u sellmulu bhal s-sacerdot maghruf u mahbub, imfahhar u meqjum minn kulhadd. B’mewtu l-foqra tilfu benefattur, il-kleru Malti tilef sacerdot ezemplari u s-Socjeta’ ta’ San Pawl tilfet lil missierha. "X’kont int ghal Malta tixhdu hi…" kiteb Karmenu Vassallo li ghal xi zmien kien membru fis-Socjeta’ ta’ De Piro.

 

Xhieda ta’ l-istima li Monsinjur De Piro kien igawdi kien il-funeral tieghu li ghalih attenda sahansitra l-gvernatur.

 

Ghalkemm mejjet fil-gisem, l-ispirtu ta’ De Piro ghadu haj, u qieghed jghajjex lil dawk li mxew warajh fis-Socjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl.

 

L-ideal tieghu ghadu jaspira zghazagh mhux biss f’Malta izda fil-Peru’, fil-Pakistan u fl-Awstralja, li qed ihejju rwiehhom biex jahdmu fil-missjonijiet tas-Socjeta’.

 

Is-Socjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl mhux biss qed tgawdi gharfien pontificju permezz tad-Decretum Laudis ta’ l-1973, izda wkoll minbarra d-djar li ghandha f’Malta u Ghawdex tinsab mifruxa fl-Awstralja, fil-Kanada, fl-Istati Uniti, fil-Peru’ u fil-Pakistan.

 

F’dawn il-pajjizi, il-missjunarji ta’ De Piro qeghdin iwettqu hidmiethom msahha mill-wirt li halla Monsinjur De Piro: fidi shiha f’Alla, tama kbir fil-Hallieq, imhabba bla qies lejn Alla u l-bniedem u rabta shiha mar-Rieda Divina – Mghallem, nigi warajk kulfejn tmur.

 

 _________________________________________________________________________

 

Il-Mument

Il-Hadd, 22 ta’ Ottubru, 1989

 

Pg. 22

 

Mons. Guzeppi De Piro u l-Kostituzzjoni ta’ l-1921.

 

L-Inglizi kien ilhom madwar mija u ghoxrin sena f’Malta meta fuq din il-blata f’nofs il-Mediterran sehhew il-grajjiet tas-‘Sette Giugno’. Kien mument fl-istorja ta’ pajjizna fejn issahhet il-fjamma ta’ gensna ghal gejjieni ahjar, gejjieni li fih pajjizna seta’ bil-mod jitmexxa mill-Maltin. Zgur, izda, li fit-30 ta’ April 1921 grat xi haga ohra li kellha daqstant importanza: kienet proklamata l-Kostituzzjoni l-gdida. Dan kien pass iehor ‘il quddiem fil-mixja twila lejn it-tmexxija shiha tal-Maltin mill-Maltin.

 

Il-mutur wara din il-Kostituzzjoni kien it-Tabib Filippo Sciberras. Fis-sena 1918 hu stieden lil kull assocjazzjoni f’Malta u Ghawdex, inluz il-Kapitlu Metropolitan, biex tibghat delegati halli flimkien jiffurmaw dik li kellha tkun l-Assemblea Nazzjonali. Permezz tagha kellu jsir ix-xoghol u t-tifsil tal-Kostituzzjoni l-gdida.

 

Ghall-bidu, il-Kostituzzjoni kienet tidher li se tkun ta’ beneficcju kbir ghal artna imma l-Inglizi zammew ghalihom certi drittijiet, ir-Reserved Matters. B’dawn huma rabtu ghal darba ohra lill-Maltin ma’ l-Ingilterra. Barra minhekk id-destin ta’ din l-istess Kostituzzjoni ma kellux ikun twil wisq ghax lejn is-snin tletin qam l-inkwiet bejn Strickland u l-Knisja u dan wassal lill-Gvern Ingliz biex jissospendi din il-Kostituzzjoni.

 

Biex dan id-diskors jista’ jiftiehem aktar wiehed jaghmel tajjeb jekk ihares ftit lejn iz-zmien ta’ l-1919/21, is-snin li fihom id-delegati b’intenzjoni wahda, sawru fi zmien ta’ taqlib din il-Kostituzzjoni ta’ l-1921. Ghall-iskop ta’ dan l-artiklu, imbaghad naraw ftit is-sehem li ta Mons. Guzeppi De Piro bhala delegat tal-Kapitlu Metropolitan, fit-tiswir ta’ din l-istess Kostituzzjoni.

 

L-Assemblea Nazzjonali.

 

L-Assemblea Nazzjonali mwaqqfa minn Sir Filippo Sciberras iltaqghet ghall-ewwel darba fil-‘Giovane Malta’ fil-25 ta’ Frar 1918. Sa minn din l-ewwel laqgha Sciberras semma t-tifsil ta’ Kostituzzjoni gdida maghrufa mill-Ingilterra imma l-proposta ma tantx intlaqghet. It-tieni laqgha saret fil-gurnata storika tas-7 ta’ Gunju 1919. Dwar din il-laqgha wiehed jista’ jghid hafna affarijiet anke specifikament dwar is-sehem ta’ Mons De Piro. Imma f’konnessjoni mal-Kostituzzjoni wiehed isemmi li f’din l-istess laqgha n-Nutar Salvatore Borg Oliver ippropona li minn fost il-270 delegat ta’ l-Assemblea tintghazel deputazzjoni li tifforma dik li kellha tissejjah il-Kummissjoni Centrali ghat-tifsil ta’ skema ta’ Kostituzzjoni. Mons. De Piro kien wiehed mill-15-il rapprezentant.

 

Il-membri ltaqghu ghall-ewwel darba fit-23 ta’ Gunju 1919, f’Casa Briffa Brincat fi Triq Merkanti, il-Belt. Ghalkemm De Piro kien jara li jkun dejjem prezenti ghall-laqghat, ghal din l-ewwel wahda kien assenti; fit-tieni laqgha hu nnifsu qal li kienx ircieva l-avviz.

 

Il-Kleru fil-Politka.

 

Il-membri tal-Kummissjoni Centrali ltaqghu ghat-tieni darba fit-30 ta’ Gunju 1919. Sa minn hawn De Piro beda jaghti s-sehem tieghu. Fis-sena 1898 l-Isqof ta’ Malta, Mons. Pietru Pace, kien hareg digriet li bih ipprojbixxa lill-kjerici milli jiehdu sehem fil-Kunsill Legislattiv jew tal-Gvern jekk mhux wara li jinghataw is-setgha mill-istess Awtorita’ Ekklezjastika. Il-Gvern ha vantagg minn din id-dispozizzjoni u lill-membri tal-Kleru nehhielhom id-dritt tal-partecipazzjoni fil-politika. Mons. De Piro pogga Memorandun quddiem il-Kummisjoni fejn wera li filwaqt li l-Knisja ghandha d-dritt li tipprojbixxi l-kjerici milli jiehdu sehem fil-politika m’hux gust li l-Istat icahhadhom minn dan l-istess dritt. Dawn bhala cittadini ghandhom kull jedd li jaghtu dan is-sehem lill-pajjiz.

 

Rizoluzzjonijiet u Emendi.

 

Fir-raba’ seduta Mons. De Piro ressaq rizoluzzjonijiet f’isem il-Kapitlu tal-Katidral. Dakinhar tal-25 ta’ Lulju 1919, fost l-ohrajn il-Kapitlu talab biex il-Gvernatur Ingliz jaghti widen ghat-talbiet gusti tal-Maltin li kienu qed jitressqu mir-rapprezentanti taghhom. Tressqu wkoll emendi biex jidhlu fil-Kostituzzjoni.

 

L-ewwel zewg emendi kienu jitkellmu dwar ir-Religjon. Intalab li (i) ir-Religjon ta’ Malta u Ghawdex u d-dipendenzi taghhom hi l-Kattolika, Appostolika, Rumana, u (ii) li kull ligi li tkun ta’ hsara ghall-Knisja Kattolika u l-liberta’ tal-kult tkun nulla.

 

It-tnejn l-ohra ghandhom xehta politika: (i) Malta ghandha tinqasam f’ghaxar distretti u Ghawdex ikun distrett ghalih, u (ii) il-kleru jkun jista’ jiehu sehem attiv fil-politika.

 

Fil-hames seduta, dik tas-26 ta’ Lulju 1919, De Piro ressaq memorandum biex juri ahjar it-tifsira u l-importanza ta’ dawn l-emendi. Il-bicca dwar ir-Religjon tghid hekk, fost l-ohrajn:

"Dwar l-Ewwel Artiklu, li hu ‘Ir-Religjon tal-Gvern ta’ Malta u ta’ l-artijiet li jaghmlu minnha hi Kattolika Apostolika Rumana’, inhoss li ghandi nghid li dikjarazzjoni bhal din f’Kostituzzjoni politika titqieghed hemm biex tkun qisha bhall-flus li mieghu ddur il-hidma ta’ l-Istat jew tal-Gvern… Fil-kas taghna ma ghandux jinghad li l-Gvern Imperjali m’hux Kattoliku. La l-Gvern fisser li hu jaqbel li tinghatalna Kostituzzjoni li tkun taghna, li ggib maghha awtonomija lokali, hu car li l-Gvern Imperjali qieghed izomm bhala principju li jaghtina dawk il-libertajiet kollha li ma jmorrux kontra l-lealta’ li ghandu jkollna lejn ir-Re u lejn l-interessi ta’ l-Imperu. Issa, meta nghidu li r-Religjon tal-Gvern ta’ Malta u Ghawdex u l-artijiet li jaghmlu minnhom hi l-Kattolika Apostolika Rumana, ma nkunu ghedna xejn kontra l-lealta’ lejn ir-Re u kontra l-interessi ta’ kull xorta ta’ l-Imperu. Fil-qasir, b’dan l-artiklu nkunu qed nistqarru biss li l-Gvern lokali fil-ligijiet tieghu jircievi l-ispirazzjonijiet tieghu mill-istess sentimenti religjuzi li jghixu l-poplu ta’ dawn il-gzejjer, fejn m’hawn hadd li mhux Kattoliku."

 

Dwar il-kwistjoni tad-distretti De Piro qal li minhabba li diga’ kien hawn 40 parrocca f’Malta, kien jinhass il-bzonn ta’ zieda fid-distretti halli l-Maltin ikollhom aktar facilita’ biex iwasslu l-fehmiet taghhom u jkollhom harsien sewwa tad-drittijiet taghhom. Hawn l-Avukat Nerik Mizzi ippropona Sotto Kummissjoni biex tara jekk kienx ta’ vantagg li Malta jkollha dawn id-distretti kollha minflok erbgha.

 

Sistema Doppja jew Kamra tad-Deputati biss ?

 

Wahda mill-mozzjonijiet li l-aktar li hadet fit-tul matul il-hames seduta kienet dwar is-sistema Parlamentari: kienx jaqbel li jkun hemm Kamra tad-Deputati biss jew inkella sistema doppja i.e Kamra tad-Deputati u Senat.

 

Filwaqt li deher li kien se jkun hemm qbil li ma tkunx tajba li tidhol is-sistema doppja, matul is-sitt seduta li saret fid-29 ta’ Lulju 1919 deher li ma kienx se jaqbel kulhadd. Fil-fatt meta l-membri gew biex jivvutaw dwar il-formazzjoni tal-Kamra u l-Kabinett, erba’ delegati, fosthom De Piro, astjenew minhabba li kienu favur tas-sistema doppja. (L-argument kien diskuss waqt it-tielet laqgha tal-Assemblea Nazzjonali li saret xahrejn wara l-incidenti tas-‘Sette Giugno’. Fiha fost l-ohrajn kienet approvata l-proposta tas-sistema doppja. Hawn mill-gdid kien favorevoli Mons. De Piro).

 

Ir-Religjon Kattolika.

 

L-Inglizi, matul iz-zmien tal-hakma taghhom fuq il-gzejjer Maltin, dejjem raw li jkollhom relazzjonijiet tajbin mal-Knisja. Fl-ewwel artiklu tal-Kostituzzjoni kien propost li r-Religjon Kattolika tkun ir-religjon tal-Gvern Malti. Billi r-Religjon ta’ l-Inglizi kienet differenti minn taghna, dikjarazzjoni bhal dik tal-Kostituzzjoni setghet tohloq tfixkil ghax bil-Kostituzzjoni b’kollox il-Maltin kienu se jibqghu taht l-Inglizi. Ghalhekk il-maggoranza tal-membri ma qablux maghha. Mons. De Piro f’ittra lit-Tabib Sciberras wera d-diffikultajiet li l-Knisja Kattolika setghet tiltaqa’ maghhom. Issemmiet, per ezempju, il-possibilta’ li l-ghalliema fl-iskejjel setghu ma jkunux Kattolici u li t-tobba u l-infermiera fl-isptarijiet setghu jkunu nies li jhaddnu religjon differenti minn taghna. Ghalhekk De Piro ra li jek kien se jkun hemm dawn il-perikli l-artiklu dwar ir-religjon ta’ Malta jkun emendat. Propju minhabba f’hekk it-Tabib Sciberras, waqt is-seba’ laqgha tas-Sotto Kummissjoni, ressaq proposta u din kienet accettata: is-Sotto Kummissjoni kellha tiltaqa’ ma’ delegazzjoni tal-Kapitlu.

 

Matul id-diskussjonijiet id-delegati tal-Kapitlu, fosthom De Piro, riedu li f’Malta r-religjonijiet l-ohra jkunu tolleranti. L-istess fir-rigward ta’ persuni mhux Kattolici waqt il-prattika tat-twemmin taghhom. Kien difficli li jsir qbil f’dan ir-rigward. Madanakollu l-Monsinjuri hallew il-membri tas-Sotto Kummissjoni biex jaslu ghad-decizjoni huma. Fil-prattika wiehed jista’ jghid li Klawsola 56 kienet emendata hekk:

"Ir-Religjon ta’ Malta u Ghawdex hi l-Kattolika, Apostolika, Rumana.

L-ebda persuna li tkun thaddan religjon differenti mill-Kattolika Apostolika Rumana ma tkun disturbata minhabba l-konvinzjonijiet religjuzi taghha, u lanqas ma tkun imfixkla fil-prattika tal-kult taghha.

L-ebda persuna ma titqies inabbli jew inkapaci ghal xi kariga minhabba t-twemmin religjuz taghha. Imma jista’ jigri li persuna li ma tkunx Kattolika titqies inabbli u titwarrab mill-impjiegi fid-Dipartiment tat-Taghlim u l-Edukazzjoni pubblika."

 

Il-Problema tal-Lingwa.

 

Problema ohar li qajmet ferment kienet il-kwistjoni tal-lingwa. X’kellha tkun il-lingwa li tintuza specjalment fejn jidhlu kwistjonijiet ufficjali: it-Taljan jew l-Ingliz ? U issa li dahal fil-kwistjoni l-Parlament, il-Malti se jkun eliminat. Kien hemm hafna li jiffavorixxu t-Taljan, imma kien daqstant veru li bhala rapprezentatnti tal-poplu kien se jkun hemm xi whud li la kapaci jithaddtu u jifhmu bl-Ingliz u lanqas bit-Taljan. Fil-fatt fir-raba’ seduta ta’ l-Assemblea Nazzjonali jew dik tas-26 ta’ Awissu 1920 kienet diskussa din il-problema. Anki hawn dahal Mons. De Piro. Il-lingwa favorita’ tieghu kienet dik Taljana imma li jinteressah fuq kollox kien li jara lill-poplu maghqud taht Kostituzzjoni wahda u mhux li ma jasalx ghal dan minhabba diffikulta’ relattivament sekondarja bhalma kienet din tal-lingwa. Allura wera fehemtu li l-Malti ghandu jinghata l-possibilta’ li jintuza. Fil-fatt hekk sar ghax fl-ahhar seduta l-Assemblea approvat l-uzu tal-Malti fil-Parlament.

 

L-Ahhar Laqgha ta’ l-Assemblea.

 

L-ahhar laqgha tal-Assemblea Nazzjonali saret fis-27 ta’ Mejju 1921, xahar wara li l-Gvern Ingliz ta lill-Maltin l-Kostituzzjoni l-gdida.

 

Hadd ma jibqghalu dubju allura li Mons. Guzeppi De Piro, bhala membru fl-Assemblea Nazzjonali u bhala delegat tal-Kapitlu Metropolitan fil-Kummissjoni Centrali, ta sehem imprezzabbli. Wera kemm kien Malti li dejjem habb u hadem ghal pajjizna u kemm kien sacerdot li ghex ghall-gid tal-Knisja. Wiehed ma jistaghgibx allura li hu gibed l-ammirazzjoni ta’ kulmin kien jafu. J’Alla dan il-kontribut li ta ma jintesa qatt imma jibqa’ fil-qalb ta’ kulmin tabilhaqq ihobb lil artna u l-patrimonju taghha.

 

_________________________________________________________________________

 

Il-Maltija

1 ta' Gunju, 1990

Fr. Karm S. Borg.

Pg 5.

 

Ta' qalbu ghall-fqir u l-batutu.

 

 

Kif tibda toqrob lejn l-imdina, il-belt il-qadima ta’ Malta, maljar tista’ tieghu l-idea ta’ belt bla hajja. Belt li darba, mijiet ta’ snin ilu, kienet il-qalba ta’ l-attivita’ ta’ pajjizna, u li l-lum tgawdi s-serhan tax-xjuhija.

 

Biss meta tibda ghaddej mit-toroq dojoq u milwija taghha, u fi djarha u fil-palazzi taghha tibda tfittex ir-ruh li jahbu dawk il-hitan felhana, malajr tintebah li f’qafas sidirha hemm qalb li ghalha tbattat qawwi. Il-qalb ta’ dawk li ilu jew fil-qrib taw is-sehem taghhom lejn art twelidhom.

 

Wiehed mill-ulied nobbli ta’ din il-belt hu Monsinjur Guzeppi De Piro – iben nobbli mhux biss fir-razza tieghu, izda bil-wisq aktar fl-imgieba tieghu u f’imhabbtu lejn Alla u lejn il-bniedem.

 

Guzeppi twieled nhar it-2 ta’ Novembru, 1877 f’dar daws tefgha ta’ gebla ‘l boghod mill-Katidral ta’ l-Imdina. Kien is-seba’ fost id-disa’ ulied ta’ Alessandro De Piro – D’Amico Inguanez u ta’ Ursula Agius Caruana, ukoll ta’ wild nobbli. Fi hdan din il-familja mrawma fi principji nsara, Guzeppi ricieva dik il-ghana spiritwali, li aktar ‘il quddiem kellha taghzlu minn ta’ madwaru bhala bniedem li ghex dak li emmen u li dejjem ghallem.

 

Bhal f’kull familja nobbli ta’ dak iz-zmien, Guzeppi ha l-ewwel edukazzjoni tieghu minn ghalliema mqabbdin apposta mill-familja. Biss dan ma zammux lura milli jitghallem u jitharreg fis-sengha ta’ landier, ghalix ghal Ursula De Piro, li taghmel xi xoghol manwali ma jbaxxix il-bniedem. Din il-fehma ta’ ommu trawmet f’qalbu u ntaghagnet mieghu u geghlitu jithallar ma’ ulied il-poplu u jahdem u jaqbez ghalihom.

 

Meta beda jitfarfar, Guzeppi dahal il-Liceo u aktar tard ghadda ghall-Universita’ Irjali ta’ Malta fejn studja fil-Fakulta’ ta’ l-Arti u x-Xjenzi, u fejn izjed tard kellu jibda l-kors tal-Ligi.

 

Suldat.

 

Matul dan iz-zmien, Guzeppi ngagga bhala suldat fir-Royal Malta Militia. Dan ghamlu wara stedina li l-awtoritajiet civili kienu ghamlu lil ulied in-nobbli. Ghal tliet snin u nofs, hu qeda dmiru bhala semplici suldat fl-Armata. Certifikat li nhareg fi tmiem it-tliet snin u nofs jixhed li Guzeppi qeda dmiru bl-unuri kollha.

 

Lura fil-hajja civili, Guzeppi ssokta bl-istudji tal-Ligi. Izda ma damx wisq. Nhar it-8 ta’ Mejju, 1898, waqt li kien ma’ shabu l-istudenti universitarki fil-knisja tal-Gizwiti tal-Belt ghas-supplika tal-Madonna ta’ Pompej, iz-zaghzugh Guzeppi hass li kellu jiehu decizjoni. Kienet id-decizjoni li kellha tibdel il-mixja ta’ hajtu.

 

Sa minn ckunitu Guzeppi kien ihoss il-gibda lejn l-artal; issa hass li kien iz-zmien tajjeb biex jaghmel maghruif din il-gida u jibda t-triq ghas-sacerdozju. F’wahda minn kitbietu hallu miktub: "Nahar it-8 ta’ Mejju, 1898, wara noven lill-Vergni ta’ Pompej fejn tlabtha biex tghinni naghraf ir-rieda ta’ Alla, hassejt il-qawwa li bniddeciedi, jigifieri li nsir sacerdot."

 

Minghand ommu, Guzeppi ha l-inkoraggiment li kien jehtieg f’din l-ghazla, u fil-5 ta’ Settembru, 1898, Guzeppi nkiteb bhala student fl-‘Almo Collegio Capracinese’ f’Ruma. Dun Guzepp De Piro gie ordnat sacerdot nhar il-15 ta’ Marzu 1902 fil-Bazilika ta’ San Gwann Lateran ta’ Ruma mill-Isqof Vicigerent ta’ Ruma, Mons. Cepitelli.

 

Dwar Dun Guzepp, ir-registri tal-Capranica jghidu li min-natura hu mixhut biex jahfer dejjem, u li hu twajjeb hafna.

 

Dun Guzepp staq li jissokta bl-istudji tieghu, izda kellu jieqaf hesrem ghaliex sahhtu ma hallietux. Fuq il-parir tat-tobba mar iqatta’ zmien ta’ mistrieh u kura f’Davos l-Isvizzera fejn dam sal-1904.

 

Imfejjaq kompletament, Guzeppi rega lura f’Malta u beda l-hidma sacerdotali tieghu fil-parrocca ta’ Santa Marija tal-Qrendi. Izda fil-Qrendi ma qattax hafna snin, ghalix l-Arcisqof Mons. Pietro Pace ghazlu bhal Direttur ta’ l-Istitut ta’ Fra Diegu fil-Hamrun, hidma li baqa jwettaq sa mewtu.

 

De Piro ma kien mikrum ghall-unuri, u baqa’ ‘l  boghod minnhom kemm seta’, tant li meta l-Arcisqof hatru bhala Monsinjur tal-Katidral, Dun Guzepp De Piro wrieh li x-xewqa tieghu kienet li jqatta’ hajtu bhala semplici sacerdot. Biss meta l-Arcisqof ordnalu biex jacettta, Dun Guzepp baxxa rasu u accetta l-kariga ta’ Monsinjur bhala Koadjatur tad-Dekan, bid-dritt li mal-mewt tad-dekan, jilhaq minfloku.

 

Din kellha tkun biss il-bidu ta’ sensiela ta’ hatriet ta’ l-ghola gieh u responsabbilta’ li l-Isqfijiet Maltin afdaw f’idejh. L-Arcisqof Mawru Caqruana fl-1915 ghazlu bhal s-Segretarju tieghu, u tliet snin wara hatru bhal rettru tas-Seminarju Magguri ta’ l-Imdina.

 

Monsinjur De Piro aktar tard intghazel biex jirrapprezenta lill-kleru djocesan bhal senatur fil-Parlament Malti. Kien zmien iebes ghaliex Lord Strickland kien qieghed jaghmel minn kollox biex lill-kleru jqacctu ‘l barra mill-Parlament Malti.

 

Izda Monsinjur De Piro ma halliex dawn l-unuri jaghmlu bih. Qalbu kienet fejn kien hemm il-karba tal-fqir u l-iltim. In-nobbli De Piro thallat mal-fqir u ftaqar ghall-foqra.

 

Ghal dawn iddedika hajtu, u minbarra Direttur ta’ l-Istitut ta’ Fra Diegu, Monsinjur De Piro nhatar bhal Direttur tad-Dar ta’  San Guzepp fil-Hamrun u tad-Dar ta’ Gesu’ Nazzarenu fiz-Zejtun.

 

Aktar tard l-Isqof ta’ Ghawdex talbu biex ikun l-ewwel Direttur tad-Dar ta’ San Guzepp ta’ Ghajnsielem f’Ghawdex. Barra minn dawn id-djar, Monsinjur De Piro kien responsabbli wkoll tad-Dar ta’ San Frangisk de Paola f’Birkirkara.

 

Socjeta’

 

Madanakollu, isem Monsinjur De Piro ma jintrabatx biss ma’ dawn l-istituzzjonijiet. Ghal bosta snin kellu hsieb iberren f’mohhu: dak li f’Malta jwaqqaf Socjeta’ Missjunarja. Qasam l-ideat tieghu ma l-Isqof ta’ Cassano, Mons. Pietro La Fontaine, li aktar tard sar Patrijarka ta’ Venezja. Mons. La Fontaine fehem il-hsieb ta’ De Piro u wieghdu kull ghajnuna, filwaqt li qallu biex iressaq talba lill-Papa.

 

F’Jannar 1910, il-Papa Piju X bierek il-hsieb ta’ Monsinjur De Piro, u fit-12 ta’ Gunju, 1910, l-Arcisqof Pietro Pace bierek l-ewwel dar tas-Socjeta’ ta’ De Piro u ddikjar miftuha ‘La Piccola Casa di San Paolo’. Ftit jiem wara dahlu l-ewwel membri. Kienu tnejn: Gwanni Vella li dahal bhala student biex jibda t-riq tas-sacerdozju, u Guzeppi Caruana li dahal bhala fratell katekista u li kellu jkun l-ewwel missjunarju tas-Socjeta’.

 

Izda f’kull opra qaddisa jrid ikun hemm it-triq wieqfa u iebsa. Mons. De Piro jsemmi t-tbatijiet li s-Socjeta’ tieghu kellha tghaddi minnhom fl-ewwel snin taghha: uhud mill-ewwel zghazagh marru lura lejn darhom.

 

Izda Alla min-niket jaf jislet il-ferh, u Monsinjur De Piro tfarrag mhux ftit meta l-Isqof Dumnikan Mons. Angelo Portelli tah il-permess biex dawk li jidhlu fis-Socjeta’ jkunu jistghu jilbsu s-suttana b’faxxa sewda. Kien zmien meta s-Socjeta’ kien se jkollha l-ewwel sacerdot.

 

Il-futur xejn ma kien jidher sabih. Quddiem id-diffikultajiet Monsinjur De Piro ma qatax qalbu, lanqas meta l-ewwel sacerdot tas-Socjeta’ halla lil De Piro biex inghaqad mal-kleru djocesan.

 

De Piro kellu fiducja shiha f’Alla u baqa’ miexi ‘l quddiem tant li kiteb lill-Kardinal La Fontaine fejn urieh ix-xewqa tieghu li s-Socjeta’ tikseb gharfien pontificju. Din ix-xewqa ta’ De Piro, ghalkemm ma qataghhiex f’hajtu, sehhet snin wara mewtu.

 

Minkejja kull diffikulta’ is-Socjeta’ baqghet miexja ‘l quddiem u fl-14 ta’ Dicembru, 1921, l-Isqof ta’ Malta, Mawru Caruana approva lis-Socjeta’ bid-digriet: ‘Auctoritate Nostra Ordinaria’ u qiesha maghrufa u mharsa minnu bhala mexxej tad-djocesi.

 

Kien l-istess Isqof Caruana li f’Marzu ta’ l-1924 approva parti mill-kostituzzjonijiet, fejn fost l-ohrajn insibu: "Is-Socjeta’ ta’ San Pawl hi ghaqda ta’ missjunarji… maghqudin flimkien f’hajja komunitarja f’kollox."

 

Qabel ma s-Socjeta’ kisbet il-knisja ta’ Sant’Agata, fir-Rabat li madwarha kellha titla’ d-dar principali taghha, kellha tghaddi minn tlett idjar ohra fl-Imdina. Izda l-aktar li nikket lill-Monsinjur De Piro kien in-nuqqas ta’ zghazagh lesti li jmorru ghall-missjoni.

 

Kien zmien meta s-Socjeta’ dahlet tahdem fl-Istitut ta’ San Guzepp il-Hamrun, post li Monsinjur De Piro hass li kellu jaghti sehem siewi fit-twaqqif tas-Socjeta’. Aktar tard is-Socjeta’ akkwistat l-Oratorju ta’ Birkirkara, post fejn tigi mghallma d-duttrina u li l-lum hu ffrekwentat kemm miz-zghar kif ukoll mill-kbar.

 

Izda l-ferh ta’ Monsinjur De Piro kien bla tarf meta Fra Guzepp Caruana, l-ewwel vokazzjoni tas-Socjeta’ wera x-xewqa li jmur bhala missjunarju fl-Abbissinja. Fra Guzepp hadem fl-Abbissinja ghal 48 sena shah sakemm miet fl-1975, bhal ma qatt rega’ rifes art twelidu.

 

Miet.

 

De Piro nnifsu xtaq li hu wkoll imur ghal xi zmien l-Abbissinja fl-istess hin ikun jista’ jhejji t-triq ghal xi membri ohrajn. Izda din ix-xewqa ma sehhetx, ghaliex nhar is-17 ta’ Settembru, 1933 meta kien qieghed jaghti l-Barka Sagramentali f’gheluq il-festa tal-Madonna tad-Duluri fil-Hamrun, hu hassu hazin u miet dak in-nhar stess fl-Iaptar Centrali l-Furjana, meta kellu 56 sena.

 

It-telfa ta’ Monsinjur De Piro kienet telfa ghall-pajjiz kollu. Il-gazzetti taw l-ahbar ta’ mewtu u sellmulu bhal s-sacerdot maghruf u mahbub, imfahhar u meqjum minn kulhadd. B’mewtu l-foqra tilfu benefattur, il-kleru Malti tilef sacerdot ezemplari u s-Socjeta’ ta’ San Pawl tilfet lil missierha. "X’kont int ghal Malta tixhdu hi…" kiteb Karmenu Vassallo li ghal xi zmien kien membru fis-Socjeta’ ta’ De Piro.

 

Xhieda ta’ l-istima li Monsinjur De Piro kien igawdi kien il-funeral tieghu li ghalih attenda sahansitra l-gvernatur.

 

Ghalkemm mejjet fil-gisem, l-ispirtu ta’ De Piro ghadu haj, u qieghed jghajjex lil dawk li mxew warajh fis-Socjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl.

 

L-ideal tieghu ghadu jaspira zghazagh mhux biss f’Malta izda fil-Peru’, fil-Pakistan u fl-Awstralja, li qed ihejju rwiehhom biex jahdmu fil-missjonijiet tas-Socjeta’.

 

Is-Socjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl mhux biss qed tgawdi gharfien pontificju permezz tad-Decretum Laudis ta’ l-1973, izda wkoll minbarra d-djar li ghandha f’Malta u Ghawdex tinsab mifruxa fl-Awstralja, fil-Kanada, fl-Istati Uniti, fil-Peru’ u fil-Pakistan.

 

F’dawn il-pajjizi, il-missjunarji ta’ De Piro qeghdin iwettqu hidmiethom msahha mill-wirt li halla Monsinjur De Piro: fidi shiha f’Alla, tama kbir fil-Hallieq, imhabba bla qies lejn Alla u l-bniedem u rabta shiha mar-Rieda Divina – Mghallem, nigi warajk kulfejn tmur

 

_________________________________________________________________________

 

Il-Gens

29 ta' Gunju, 1990.

Fr. Raymond Bugeja MSSP

Pg. 23

 

80 Sena ilu twaqqfet is-Socjeta Missjunarja ta' San Pawl.

 

Il-Mulej ghandu habta li jaghzel individwi, jaghnihom b'doni,talenti u karizmi u jaghtihom missjoni specjali. Ma jaghtihomx doni ghalihom infushom, izda jaghtihomlhom ghall-gid ta' l-ohrajn, biex jiffurmaw il-poplu t'Alla, bie joholqu komunitajiet li jkunu hmira fost il-popli.

 

Hekk gara b'Abram li kien imsejjah biex jifforma poplu; hekk sehh f'David li miz-zokk ta' Gesse kellu jitwieled il-Messija. U diversi kienu tul l-istorja, l-qaddisin li l-Mulej sejhilhom biex b'karizmi specjali jiffurmaw u jsahhu l-poplu tieghu. Fost dawn, Guzeppi De Piro gie msejjah biex ikun il-fundatur tas-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl, biex twassal l-Ahbar it-Tajba fost dawk inqas ixxurtjati minna: il-fqar u l-batuti.

 

Trobbija tajba.

 

Ghalkemm bin in-nobbli, in-nobbilita ta' Mons. Guzeppi De Piro kienet fil-qalb kbira li kellu. Certament dan hu dovut ghat-trobbija tajba li tawh il-genituri tieghu. Huma kienu mudelli ta' ezempju haj, li nisslu fiz-zaghzugh Guzeppi, il-bniedem li jaghder, li jahseb f'haddiehor u li jhoss ghall-haddiehor.

 

B'hekk allura ma setax jonqos, li l-imhabba u l-ghozza tal-genituri jnisslu f'binhom Guzeppi, imhabba akbar, l-imhabba lejn il-Missier tas-sema.

 

Meta l-art tkun imhejjija u lesta, allura Alla ma jonqosx li jaghzel u jikkomunika l-esperjenza tieghu lil uliedu. U dan, f'De Piro sehh kull darba li kien jiltaqa' mal fqir, mal-batut. Fil-fqir u fil-batut kien jiltaqa' ma l-esperjenza hajja ta' Alla l-Imbierek. U propju hawn kienet il-motivazzjoni qawwija li De Piro kellu: li jimita 'l Kristu mill-qrib fil-fqir u fil-batut.

 

Ghex il-faqar.

 

Mons. Guzeppi De Piro kien bniedem li gharaf ighix hajtu bi spritu hieles. Ghazel ighix f'istitut, propju biex jiccahhad mill-kumdita' li l-hajja fid-dar t'ommu setghet toffrilu. L-idoli li dehru taht forma ta' unuri, stmerrhom sa mill-bidunett ghax ra fihom tfixkil biex ighix hajja semplici. L-unuri li kellu, accettahom biss ghax ra li bihom seta' jkun ta' gid aktar efficjenti ghall-haddiehor. Kellu fidi kbira fil-providenza t'Alla, qassam gidu u flusu; iddedika hinu dejjem ghall-gid ta' l-ohrajn u laqa' l-isfida li ggib maghha l-hajja ta' l-ahwa fi hdan is-Socjeta' li hu waqqaf.

 

Nissoktaw bil-hidma favur il-fqar.

 

Ahna l-membri tas-Socjeta' Missjnarja ta' San Pawl u ulied f'karizma wiehed, ta' Mons. Guzeppi De Piro, ssoktajna u sahhahna l-hidma li hallielna missierna u dhalna anzi ghall-isfidi godda li l-fundatur kienga rahom mill-boghod imma li l-providena t'Alla ghazlet 'l uliedu biex fl-ispirtu ta' missierhom - imhabba lejn il-fqir u l-batut - iwasslu dan l-ispirtu 'l hinn mix-xtajta Maltija, specjalment fost il-popli tat-Tielet Dinja fejn il-bicca l-kbira tal-popolazzjoni ta' dawn il-pajjizi huma fqar, batuti u emarginati.

 

Kull hidma fil-pajjizi tat-Tielet Dinja titlob insrriment fir-realta' socjali. Is-Solidarjeta' mal-fqir u l-batut trid tidher fl-impenn li l-missjunarji jhaddnu.

 

Fil-Peru' u l-Pakistan fejn is-Socjeta' qed twettaq il-hidma tghha fost popli tat-Tielet Dinja ghandha b'kollox hames parrocci bl-irhula u d-distretti li jaghmlu ma' dawn il-arrocci.

 

Huma kollha parrocci imbeghdin sew mill-qalba tac-centru fejn il-missjunarji jiehdu hafna hin fi vjaggi ta' strapazz; parrocci li ma jirrendux ekonomikament; kif ukoll, huma parrocci ftit li xejn imfittxija mill-kleru tal-post minhabba t-tbatija li dawn il-postijiet jesigu. Minkejja dawn l-izvantaggi, il-membri tas-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl, dahlu ghal dan l-impenn fost l-aktar fqar.

 

Hassejna li l-edukazzjoni ghandna naghtuha spinta.

 

Fil-Pakistan inbniet skola primarja u fil-Peru ftahna zewg bibbljoteki pubblici. Ma' dan, erbgha membri ghandhom f'idejhom it-taghlim tar-religjon fi skejjel sekondarji. .

 

Ghat-tfal hsibna biex nifthu Child Care Centres kemm fil-Peru u kemm fil-Pakistan. Hawn ukoll ghandna hostel ghat-tfal bniet orfni. Fil-Peru ser naghtu bidu ghal skola ta' snajja fost iz-zghazagh, filwaqt li fil-Pakistan diga' tajna bidu ghal Detoxification Centre f'tentattiv biex intaffu xi ftit 'l dawk mahkuma mid-droga. Ghall-adulti qed norganizzawlhom korsijiet tal-hajat, nghallmuhom jaqraw u jiktbu, kif ukoll f'xi parrocci bdejna l-kors kateketiku ghall-familja.

 

Il-hidma f'dawn il-postijiet tat-Tielet Dinja, trid tkun miftuha fuq kollox ghal kull kaz li l-Mulej jibghatlek quddiemek, ghax kull persuna hi immagni t'Alla; u min dawn il-kazijiet individwali jkollna hafna: min tird thallaslu l-kera, min trid tghinu jaghmel l-uniformi ta' l-iskola, min trid tahsiblu ghal xi saqqu fejnjorqod, min trid tghinu ghax hu 'handicapped' u hafna huma l-kazijiet ta' nies jigu jitolbuna xi haga ta' l-ikel. Fil-Peru, per ezempju, fost l-ifqar tal-fqar, missjunarju kkonverta kamra f'forn biex bl-ghajnuna tan-nies tal-post jahmi u jqassam il-hobz u l-ikel.

 

"Hallejtek tara b'ghajnejk, izda fiha ma tidholx." (Dewt. 34:4) Dawn huma l-ahhar kelmiet li l-Mulej qal lil Mose', hekk kif dan ra mill-boghod l-Art Imwieghda.

 

Huma kelmiet li jistghu jinghadu ghal Mons. Guzeppi De Piro, li ghex fqir u haseb fil-fqir. Propju hawn tidher l-aqwa xhieda tal-faqar tieghu, meta ghall-ideal li rah mill-boghod u tatn habrek u thabat ghalih, il-Mulej ma tahx li jtemmu fi zmienu. Dan hu l-bniedem li gharaf jaqdi l-missjoni tieghu bhala ghodda, bhal strument f'idejn Alla li ghazlu u sejjahlu ghalih.

 

_________________________________________________________________________

 

Lehen is-Sewwa

Is-Sibt, 30 ta' Gunju, 1990

Dun Joe Grima, MSSP

 

Is-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl.

Tmenin Sena Ilu.

 

Fix-xahar li qeghdin fih, is-Socjeta' Misjjunarja ta' San Pawl taghlaq tmenin sena mit-twaqqif taghha. Bhalma kienu iebsin l-ewwel snin ta' hajjitha, kienu ferm iebsin ukoll is-snin li Dun Guzepp De Piro dam jithabat sa ma' sehhet il-holma ta' hajtu; dik li jwaqqaf Socjeta' ta' Missjunarji. Ghalkemm kellu idea nobbli, u kien hemm hafna li nkoraggewh fiha, kien hemm ukoll bosta li ma fehmuhx, jew li ma ghamlulux kuragg fid-diffikultajiet li sab ma wiccu.

 

L-ewwel darba li fetah qalbu ma' sacerdoti ohrajn, u wriehom b'din ix-xewq tieghu, kien f'Jannar tal-1905. Fi tmiem l-Ezercizzi Spiritwali tieghu, li kien qiedhed jaghmel f'San Kalcidonju, l-Furjana, Dun Guzepp De Piro fetah qalbu ma Dun Manwel Vassallo, li kien id-Direttur tal-Istitut ta' San Guzepp, fil-Hamrun (illum Santa Venera). Dak inhar qallu bix-xewqa tieghu li jmur joqghod mieghu f'dak l-Istitut, xewqa li kien ilu jahseb fuqha sa minn meta kien ghadu jistudja f'Ruma. Barra minn hekk, urieh ghall-ewwel darba l-idea li kellu, li jwaqqaf Kongregazzjoni taht il-harsien ta' San Pawl.

 

Fiz-zmien ta' wara, De Piro kellu jfittex bosta Sacerdoti ohrajn li deherlu li setghu jghinuh fit-twaqqif tal-ideal tieghu. Fost dawn ta' min isemmi lil Mons Frangisk Bonnici, li kien il-fundatur tal-Istitut ta' San Guzepp, u Mons Manwel Debono. Ta' min isemmi li dawn it-tnejn kienu diga' ppruvaw iwaqqfu Socjeta' simili, izda ma rnexxielhomx. Anzi Mons. Bonnici wera lil De Piro li kienet ferm difficli l-idea tieghu biex issehh, ghax qallu li s-sacerdot Malti hu marbut wisq ma' art twelidu, u allura huwa mpossibli li socjeta' bhal dik titwaqqaf. ghal dal-kliem Dun Guzepp De Piro ma qatax qalbu, izda baqa' jistinka.

 

Sa mill-bidu, dejjem wera bic-car li s-Socjeta' li xtaq iwaqqaf kellha tkun wahda Missjunarja, izda fl-istess hin xtaq ukoll li tiehgu hsieb in-numru kbir ta' emigranti Maltin li kienu qed ifittxu l-hobza ta' kuljum f'pajjiz barrani.

 

Fit-8 ta' Awissu, 1908, Dun Guzepp sab persuna ohra li setghet tghinu. Dan kien is-seminarista Gwanni Mamo, li kien wasal biex jigi ordnat sacerdot. Ftit aktar minn xahar wara, fil-25 ta' Settembru, Dun Guzepp De Piro ltaqa' ma dan Mamo, u mal-asisstent direttur tal-Istitut ta' San Guzepp, Dun Gorg Bugeja. Dawn it-tlieta ftehmu li jahdmu flimkien biex iwaqqfu din is-Socjeta'. Dan Dun Gorg kien ilu ftit jithaddet u jitlob flimkien ma De Piro fuq dan il-progett.

 

L-ewwel darba li De Piro semma' xi haga lill-awtoritajiet tal-knisja kien propju fid-29 ta' l-istess xahar, meta tkellem mal-Arcisqof Pietru Pace. L-arcisqof bierek dik l-idea ta' De Piro, u wieghdu kull ghajnuna min-naha tieghu.

 

Pass importanti li zgur ferrah lil Dun Guzepp kien meta hu ltaqa' ma Dun Gwann Mamo u Dun Gorg Bugeja, u flimkien nizzlu bil-miktub l-ewwel decizjonijiet fuq is-Socjeta'. Dan sehh fid-29 ta' Lulju 1909, u tlitt ijiem wara fassal ghamla ta' weghda li kellha tinghad minn kull min kellu jissieheb f'dik is-Socjeta'.

 

Xi xhur wara, gietu okkazjoni unika, ghax wasal Malta l-Vizitatur Apostoliku, il-Kardinal Pietru La Fontaine, u ma' dan, De Piro baghat supplika ghand il-Papa Pija X. Din kitibha fit-3 ta' Novembru, 1909, u war giet iffirmata wkoll minn Dun Gwann Mamo u Dun Gorg Bugeja. F'din is-supplika, De Piro talab lill-Papa l-permess biex ikun jista' jwaqqaf Socjeta' Missjunarja. L-Arcisqof irrakkomanda din l-istess supplika. Min-naha tieghu, meta qraha, l-Papa bierek dak il-progett.

 

Issa li kellu l-approvazzjoni kemm min-naha tal-Knisja lokali, u kif ukoll mill-Papa stess, De Piro kien fadallu biss l-ahhar thejjijiet qabel iwaqqaf is-Socjeta' ufficjalment.

 

L-approvazzjoni ghall-ftuh tal-ewwel dar tas-Socjeta', giet minghand l-Arcisqof Pace fis-6 ta' Gunju, 1910. Din id-dar kienet f'numru 5, Triq San Rokku, l-Imdina, u l-Arcisqof berikha fit-12 tal-istess xahar. Issa kien fadal biss li jidhlu l-ewwel membri. Ghall-ewwel Dun Guzepp De Piro kellu l-intenzjoni li l-ewwel membri jigu jghixu f'dik id-dar fid-29 ta' Gunju, festa ta' San Pietru u San Pawl, izda ghal xi raguni, din id-data bidilha, u ghazel it-30, l-ghada.

 

L-ewwel zewg membri kienu Guzeppi Caruana u Gwanni Vella. B'nuqqas ta' ftehim, Caruana ma rceviex il-messagg biex imur fit-30, u allura mar kif kien il-ftehim ta' qabel, jigifieri nhar l-Imnarja. Meta l-ghada gie siehbu Gwanni, twieldet is-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl. Infatti, meta Dun Guzepp De Piro, li ftit wara kellu jsir Monsinjur, kiteb fuq l-istorja tas-Socjeta', dejjem nizzel li t-twaqqif ufficjali kien nhar it-30 ta' Gunju, 1910.

 

Wara t-twaqqif tas-Socjeta', Dun Gwann Mamo u Dun Gorg Bugeja li kienu ghenuh fit-twaqqif taghha, ma baqghux izjed mieghu, ghax kull wiehed mar ghax-xoghol divers tieghu.

 

Mill-ewwel zewg membri tas-Socjeta', Ganni Vella ma baqax mas-Socjeta', ghalkemm sar sacerdot djocesan. Izda Guzeppi Caruana sar Fratell, u kien l-ewwel Missjunarju tas-Socjeta' li mar fil-Missjoni. Kien baghatu Mons. De Piro stess, fl-Abissinja, fl-Afrika, fil-21 ta' Gunju, 1927. Baqa' hemm sa ma' miet fl-1975, bla ma qatt rega' lura lejn art twelidu. Kellu jdum 48 sena jahdem fil-Missjoni, u kien l-ewwel wiehed li fetah il-bieb lil tant hutu fis-Socjeta' li kellhom imorru warajh biex jahdmu fl-ghalqa kbira tal-Mulej.

 

Illum is-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl, li twieldet f'dik id-dar ckejkna fl-Imdina, tinsab imxerrda f'ghadd ta' pajjizi. Barra minn Malta u Ghawdex, ghandha djar fl-Awstralja, Kanada, Amerika, Peru' u Pakistan. Iz-zerriegha li nzerghet tmenin sena ilu, illum saret sigra u firxet il-frieghi taghha f'pajjizi ohrajn.

 

_________________________________________________________________________

 

Il-Maltija

Il-Hadd, 1 ta' Lulju, 1990

 

Pg. 7.

 

Mons. Guzeppi De Piro u l-Kostituzzjoni ta' l-1921.

 

L-Inglizi kien ilhom madwar mija u ghoxrin sena f’Malta meta fuq din il-blata f’nofs il-Mediterran sehhew il-grajjiet tas-‘Sette Giugno’. Kien mument fl-istorja ta’ pajjizna fejn issahhet il-fjamma ta’ gensna ghal gejjieni ahjar, gejjieni li fih pajjizna seta’ bil-mod jitmexxa mill-Maltin. Zgur, izda, li fit-30 ta’ April 1921 grat xi haga ohra li kellha daqstant importanza: kienet proklamata l-Kostituzzjoni l-gdida. Dan kien pass iehor ‘il quddiem fil-mixja twila lejn it-tmexxija shiha tal-Maltin mill-Maltin.

 

Il-mutur wara din il-Kostituzzjoni kien it-Tabib Filippo Sciberras. Fis-sena 1918 hu stieden lil kull assocjazzjoni f’Malta u Ghawdex, inluz il-Kapitlu Metropolitan, biex tibghat delegati halli flimkien jiffurmaw dik li kellha tkun l-Assemblea Nazzjonali. Permezz tagha kellu jsir ix-xoghol u t-tifsil tal-Kostituzzjoni l-gdida.

 

Ghall-bidu, il-Kostituzzjoni kienet tidher li se tkun ta’ beneficcju kbir ghal artna imma l-Inglizi zammew ghalihom certi drittijiet, ir-Reserved Matters. B’dawn huma rabtu ghal darba ohra lill-Maltin ma’ l-Ingilterra. Barra minhekk id-destin ta’ din l-istess Kostituzzjoni ma kellux ikun twil wisq ghax lejn is-snin tletin qam l-inkwiet bejn Strickland u l-Knisja u dan wassal lill-Gvern Ingliz biex jissospendi din il-Kostituzzjoni.

 

Biex dan id-diskors jista’ jiftiehem aktar wiehed jaghmel tajjeb jekk ihares ftit lejn iz-zmien ta’ l-1919/21, is-snin li fihom id-delegati b’intenzjoni wahda, sawru fi zmien ta’ taqlib din il-Kostituzzjoni ta’ l-1921. Ghall-iskop ta’ dan l-artiklu, imbaghad naraw ftit is-sehem li ta Mons. Guzeppi De Piro bhala delegat tal-Kapitlu Metropolitan, fit-tiswir ta’ din l-istess Kostituzzjoni.

 

L-Assemblea Nazzjonali.

 

L-Assemblea Nazzjonali mwaqqfa minn Sir Filippo Sciberras iltaqghet ghall-ewwel darba fil-‘Giovane Malta’ fil-25 ta’ Frar 1918. Sa minn din l-ewwel laqgha Sciberras semma t-tifsil ta’ Kostituzzjoni gdida maghrufa mill-Ingilterra imma l-proposta ma tantx intlaqghet. It-tieni laqgha saret fil-gurnata storika tas-7 ta’ Gunju 1919. Dwar din il-laqgha wiehed jista’ jghid hafna affarijiet anke specifikament dwar is-sehem ta’ Mons De Piro. Imma f’konnessjoni mal-Kostituzzjoni wiehed isemmi li f’din l-istess laqgha n-Nutar Salvatore Borg Oliver ippropona li minn fost il-270 delegat ta’ l-Assemblea tintghazel deputazzjoni li tifforma dik li kellha tissejjah il-Kummissjoni Centrali ghat-tifsil ta’ skema ta’ Kostituzzjoni. Mons. De Piro kien wiehed mill-15-il rapprezentant.

 

Il-membri ltaqghu ghall-ewwel darba fit-23 ta’ Gunju 1919, f’Casa Briffa Brincat fi Triq Merkanti, il-Belt. Ghalkemm De Piro kien jara li jkun dejjem prezenti ghall-laqghat, ghal din l-ewwel wahda kien assenti; fit-tieni laqgha hu nnifsu qal li kienx ircieva l-avviz.

 

Il-Kleru fil-Politka.

 

Il-membri tal-Kummissjoni Centrali ltaqghu ghat-tieni darba fit-30 ta’ Gunju 1919. Sa minn hawn De Piro beda jaghti s-sehem tieghu. Fis-sena 1898 l-Isqof ta’ Malta, Mons. Pietru Pace, kien hareg digriet li bih ipprojbixxa lill-kjerici milli jiehdu sehem fil-Kunsill Legislattiv jew tal-Gvern jekk mhux wara li jinghataw is-setgha mill-istess Awtorita’ Ekklezjastika. Il-Gvern ha vantagg minn din id-dispozizzjoni u lill-membri tal-Kleru nehhielhom id-dritt tal-partecipazzjoni fil-politika. Mons. De Piro pogga Memorandun quddiem il-Kummisjoni fejn wera li filwaqt li l-Knisja ghandha d-dritt li tipprojbixxi l-kjerici milli jiehdu sehem fil-politika m’hux gust li l-Istat icahhadhom minn dan l-istess dritt. Dawn bhala cittadini ghandhom kull jedd li jaghtu dan is-sehem lill-pajjiz.

 

Rizoluzzjonijiet u Emendi.

 

Fir-raba’ seduta Mons. De Piro ressaq rizoluzzjonijiet f’isem il-Kapitlu tal-Katidral. Dakinhar tal-25 ta’ Lulju 1919, fost l-ohrajn il-Kapitlu talab biex il-Gvernatur Ingliz jaghti widen ghat-talbiet gusti tal-Maltin li kienu qed jitressqu mir-rapprezentanti taghhom. Tressqu wkoll emendi biex jidhlu fil-Kostituzzjoni.

 

L-ewwel zewg emendi kienu jitkellmu dwar ir-Religjon. Intalab li (i) ir-Religjon ta’ Malta u Ghawdex u d-dipendenzi taghhom hi l-Kattolika, Appostolika, Rumana, u (ii) li kull ligi li tkun ta’ hsara ghall-Knisja Kattolika u l-liberta’ tal-kult tkun nulla.

 

It-tnejn l-ohra ghandhom xehta politika: (i) Malta ghandha tinqasam f’ghaxar distretti u Ghawdex ikun distrett ghalih, u (ii) il-kleru jkun jista’ jiehu sehem attiv fil-politika.

 

Fil-hames seduta, dik tas-26 ta’ Lulju 1919, De Piro ressaq memorandum biex juri ahjar it-tifsira u l-importanza ta’ dawn l-emendi. Il-bicca dwar ir-Religjon tghid hekk, fost l-ohrajn:

"Dwar l-Ewwel Artiklu, li hu ‘Ir-Religjon tal-Gvern ta’ Malta u ta’ l-artijiet li jaghmlu minnha hi Kattolika Apostolika Rumana’, inhoss li ghandi nghid li dikjarazzjoni bhal din f’Kostituzzjoni politika titqieghed hemm biex tkun qisha bhall-flus li mieghu ddur il-hidma ta’ l-Istat jew tal-Gvern… Fil-kas taghna ma ghandux jinghad li l-Gvern Imperjali m’hux Kattoliku. La l-Gvern fisser li hu jaqbel li tinghatalna Kostituzzjoni li tkun taghna, li ggib maghha awtonomija lokali, hu car li l-Gvern Imperjali qieghed izomm bhala principju li jaghtina dawk il-libertajiet kollha li ma jmorrux kontra l-lealta’ li ghandu jkollna lejn ir-Re u lejn l-interessi ta’ l-Imperu. Issa, meta nghidu li r-Religjon tal-Gvern ta’ Malta u Ghawdex u l-artijiet li jaghmlu minnhom hi l-Kattolika Apostolika Rumana, ma nkunu ghedna xejn kontra l-lealta’ lejn ir-Re u kontra l-interessi ta’ kull xorta ta’ l-Imperu. Fil-qasir, b’dan l-artiklu nkunu qed nistqarru biss li l-Gvern lokali fil-ligijiet tieghu jircievi l-ispirazzjonijiet tieghu mill-istess sentimenti religjuzi li jghixu l-poplu ta’ dawn il-gzejjer, fejn m’hawn hadd li mhux Kattoliku."

 

Dwar il-kwistjoni tad-distretti De Piro qal li minhabba li diga’ kien hawn 40 parrocca f’Malta, kien jinhass il-bzonn ta’ zieda fid-distretti halli l-Maltin ikollhom aktar facilita’ biex iwasslu l-fehmiet taghhom u jkollhom harsien sewwa tad-drittijiet taghhom. Hawn l-Avukat Nerik Mizzi ippropona Sotto Kummissjoni biex tara jekk kienx ta’ vantagg li Malta jkollha dawn id-distretti kollha minflok erbgha.

 

Sistema Doppja jew Kamra tad-Deputati biss ?

 

Wahda mill-mozzjonijiet li l-aktar li hadet fit-tul matul il-hames seduta kienet dwar is-sistema Parlamentari: kienx jaqbel li jkun hemm Kamra tad-Deputati biss jew inkella sistema doppja i.e Kamra tad-Deputati u Senat.

 

Filwaqt li deher li kien se jkun hemm qbil li ma tkunx tajba li tidhol is-sistema doppja, matul is-sitt seduta li saret fid-29 ta’ Lulju 1919 deher li ma kienx se jaqbel kulhadd. Fil-fatt meta l-membri gew biex jivvutaw dwar il-formazzjoni tal-Kamra u l-Kabinett, erba’ delegati, fosthom De Piro, astjenew minhabba li kienu favur tas-sistema doppja. (L-argument kien diskuss waqt it-tielet laqgha tal-Assemblea Nazzjonali li saret xahrejn wara l-incidenti tas-‘Sette Giugno’. Fiha fost l-ohrajn kienet approvata l-proposta tas-sistema doppja. Hawn mill-gdid kien favorevoli Mons. De Piro).

 

Ir-Religjon Kattolika.

 

L-Inglizi, matul iz-zmien tal-hakma taghhom fuq il-gzejjer Maltin, dejjem raw li jkollhom relazzjonijiet tajbin mal-Knisja. Fl-ewwel artiklu tal-Kostituzzjoni kien propost li r-Religjon Kattolika tkun ir-religjon tal-Gvern Malti. Billi r-Religjon ta’ l-Inglizi kienet differenti minn taghna, dikjarazzjoni bhal dik tal-Kostituzzjoni setghet tohloq tfixkil ghax bil-Kostituzzjoni b’kollox il-Maltin kienu se jibqghu taht l-Inglizi. Ghalhekk il-maggoranza tal-membri ma qablux maghha. Mons. De Piro f’ittra lit-Tabib Sciberras wera d-diffikultajiet li l-Knisja Kattolika setghet tiltaqa’ maghhom. Issemmiet, per ezempju, il-possibilta’ li l-ghalliema fl-iskejjel setghu ma jkunux Kattolici u li t-tobba u l-infermiera fl-isptarijiet setghu jkunu nies li jhaddnu religjon differenti minn taghna. Ghalhekk De Piro ra li jek kien se jkun hemm dawn il-perikli l-artiklu dwar ir-religjon ta’ Malta jkun emendat. Propju minhabba f’hekk it-Tabib Sciberras, waqt is-seba’ laqgha tas-Sotto Kummissjoni, ressaq proposta u din kienet accettata: is-Sotto Kummissjoni kellha tiltaqa’ ma’ delegazzjoni tal-Kapitlu.

 

Matul id-diskussjonijiet id-delegati tal-Kapitlu, fosthom De Piro, riedu li f’Malta r-religjonijiet l-ohra jkunu tolleranti. L-istess fir-rigward ta’ persuni mhux Kattolici waqt il-prattika tat-twemmin taghhom. Kien difficli li jsir qbil f’dan ir-rigward. Madanakollu l-Monsinjuri hallew il-membri tas-Sotto Kummissjoni biex jaslu ghad-decizjoni huma. Fil-prattika wiehed jista’ jghid li Klawsola 56 kienet emendata hekk:

"Ir-Religjon ta’ Malta u Ghawdex hi l-Kattolika, Apostolika, Rumana.

L-ebda persuna li tkun thaddan religjon differenti mill-Kattolika Apostolika Rumana ma tkun disturbata minhabba l-konvinzjonijiet religjuzi taghha, u lanqas ma tkun imfixkla fil-prattika tal-kult taghha.

L-ebda persuna ma titqies inabbli jew inkapaci ghal xi kariga minhabba t-twemmin religjuz taghha. Imma jista’ jigri li persuna li ma tkunx Kattolika titqies inabbli u titwarrab mill-impjiegi fid-Dipartiment tat-Taghlim u l-Edukazzjoni pubblika."

 

Il-Problema tal-Lingwa.

 

Problema ohar li qajmet ferment kienet il-kwistjoni tal-lingwa. X’kellha tkun il-lingwa li tintuza specjalment fejn jidhlu kwistjonijiet ufficjali: it-Taljan jew l-Ingliz ? U issa li dahal fil-kwistjoni l-Parlament, il-Malti se jkun eliminat. Kien hemm hafna li jiffavorixxu t-Taljan, imma kien daqstant veru li bhala rapprezentatnti tal-poplu kien se jkun hemm xi whud li la kapaci jithaddtu u jifhmu bl-Ingliz u lanqas bit-Taljan. Fil-fatt fir-raba’ seduta ta’ l-Assemblea Nazzjonali jew dik tas-26 ta’ Awissu 1920 kienet diskussa din il-problema. Anki hawn dahal Mons. De Piro. Il-lingwa favorita’ tieghu kienet dik Taljana imma li jinteressah fuq kollox kien li jara lill-poplu maghqud taht Kostituzzjoni wahda u mhux li ma jasalx ghal dan minhabba diffikulta’ relattivament sekondarja bhalma kienet din tal-lingwa. Allura wera fehemtu li l-Malti ghandu jinghata l-possibilta’ li jintuza. Fil-fatt hekk sar ghax fl-ahhar seduta l-Assemblea approvat l-uzu tal-Malti fil-Parlament.

 

L-Ahhar Laqgha ta’ l-Assemblea.

 

L-ahhar laqgha tal-Assemblea Nazzjonali saret fis-27 ta’ Mejju 1921, xahar wara li l-Gvern Ingliz ta lill-Maltin l-Kostituzzjoni l-gdida.

 

Hadd ma jibqghalu dubju allura li Mons. Guzeppi De Piro, bhala membru fl-Assemblea Nazzjonali u bhala delegat tal-Kapitlu Metropolitan fil-Kummissjoni Centrali, ta sehem imprezzabbli. Wera kemm kien Malti li dejjem habb u hadem ghal pajjizna u kemm kien sacerdot li ghex ghall-gid tal-Knisja. Wiehed ma jistaghgibx allura li hu gibed l-ammirazzjoni ta’ kulmin kien jafu. J’Alla dan il-kontribut li ta ma jintesa qatt imma jibqa’ fil-qalb ta’ kulmin tabilhaqq ihobb lil artna u l-patrimonju taghha.

 

_________________________________________________________________________

 

Il-Mument

Il-Hadd, 22 ta' Lulju, 1990.

Joe Grima MSSP

Pg. 20

 

Tmenin sena ilu twaqqfet is-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl.

 

Monsinjur Guzeppi De Piro m'hux xi isem gdid ghalina. Bosta semghu hagna dwaru, jew qraw il-hajja tieghu. Ma baqax maghruf biss ghax kien bniedem dinamiku, li lest jidhol ghal kull bicca xoghol li s-Superjuri tieghu kienu jqabbduh, izda wkoll ghall-mod ta’ hajja li ghex; hajja ta’ sagrificcji, imhabba lejn il-batuti, u dedikazjoni f’kull haga li dahal ghaliha.

 

Bosta jafu kemm kellu xoghlijiet impenjattivi, li trid tkun dedikat sew biex tlahhaq maghhom. Insemmu fost l-ohrajn li kien Direttur ta’ hames istituti tat-tfal, ghal xi zmien kien Segretarju tal-Arcisqof Mons. Mauru Caruana, Rettur tas-Seminarju, Dekan tal-Kapitlu Metropolitan ta’ Malta, u tant kumitatit u responsabbiltajiet ohrajn.

 

Izda zgur li l-aktar li baqa’ maghruf ghaliha hi s-Socjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl, li waqqaf hu stess f’Gunju ta’ l-1910, jigifieri 80 sena ilu.

 

Kien ilu johlom li jwaqqaf socjeta’ religjuza bhal bosta snin, izda xejn ma kienet haga hafifa biex jaghti bidu ghaliha. Billi fttit snin qabel kienu gew Malta s-salezjani, kienhemm min qallu li ghalissa ahjar ma jibda xejn gdid, ghax inkella jkunu qed ifixkulu lil xulxin.

 

Izda din ma kinitx l-unika haga li dehret iebsa ghal De Piro, li dak iz-zmien kien ghadu sacerdot komuni (kellu jilhaq Monsinjur fl-1911). Hu beda jfittex diversi persuni, l-aktar sacerdoti bhalu, biex jaghtuh il-pariri taghhom, u fejn jistghu, ighinuh. Kien hemm bosta li tawh daqqwa t’id, izda ohrajn lanqas biss fehmu x’kellu f’mohhu. Kien hemm min qallu li kienet haga iebsa li twaqqaf Socjeta’ Missjunarja, ghaliex skond huma, is-sacerdot Malti hu marbut izzejjed ma’ art twelidu, u allura qatt ma kien se jitlaq lejn art barranija. Kien hemm min wasal biex qallu li dik kienet idea sabiha, izda impossibbli. Minkejja dan il-qtigh ta’ qalb kollu, Dun Guzepp De Piro baqa’ jfittex l-ghajnuna u jara kif se jirnexxilou l-pjan qaddis li kellu.

 

Wara hafna qtigh-il qalb, sab zewg sacerdoti li kienu lesti jghinuh. Dawn kienu Dun Gwann Mamo u Dun Gorg Bugeja, li kien Assistent direttur ta’ l-Istitut ta’ San Guzepp, fil-Hamrun (il-lum Santa Venera). Ma’ dawn it-tnejn, De Piro beda jikkonkuludi xi haga, ghalkemm wara li waqqaf is-Socjeta’, anki dawn telquh, u kuhadd mar ghax-xoghol divers tieghu.

 

Sa mill-bidu, hu ried li din is-Socjeta’ ta’ Missjunarji tissemma ghal San Pawl, u dan il-qaddis ikun il-protettur taghha. Kienet haga xierqa li Socjeta’ Maltija ta’ Missjunarji, tissemma ghall-Appostlu tal-Gnus, dak l-Appostlu li wassal il-fidi f’din l-istess gzira, u l-ikbar Missjunarju li kellha l-Knisja.

 

Barra minnhekk, xtaq ukoll li lis-Socjeta’ jpoggiha taht il-harsien ta’ Marija, hu li kien tant devot taghha. It-tilu li ghazel kien proprju ghaziz hafna ghalina l-Maltin, ‘Santa Marija’, jew ahjar l-Assunta.

 

Diffikultajiet.

 

Ghall-bidu, De Piro kellu jsib xi diffikultajiet ohra, ghax kien hemm min ma fehemx sahansitra l-ideal li kellu jkollha din is-socjeta’. Fost dawk li holqu dawn il-problemi kien hemm ukoll l-awtoritajiet tal-Vatikan. Wara xi zmien dawn fehmu x’kienet l-opinjoni tieghu. Hu dejjem ried li din tkun Socjeta’ Missjunarja, li tibghat lill-membri taghha fejn l-aktar li hemm bzonn, minhabba n-nuqqas ta’ sacerdoti.

 

Hu staq li l-membri ta’ din is-socjeta’ jiftakru wkoll f’huthom il-Maltin li kienu qed jemigraw bil-mijiet lejn pajjizi ‘l boghod fejn bdew ifittxu l-hoza ta’ kuljum. Hu basar li hutu l-Maltin li jemigraw kienu se jsibu xi diffikultajiet fil-pajjizi godda taghhom. Basar li fost tant ohrajn, kienu se jsibu l-problema tal-lingwa.

 

Barra minhekk, xtaq ukoll li fejn jistghu, il-membri jaghtu sehemhom anki fejn ikun hemm djar ta’ beneficenza, bhalma huma istituti tat-tfal, jew djar ohra fejn ikun hemm min hu fil-bzonn.

 

Meta fassal il-pjani, u wera x’kienet l-idea tieghu, ressaq kollox quddiem l-Arcisqof Mons Pietru Pace. Dan, min-naha tieghu, ha hafna gost bl-idea nobbli ta’ De Piro, u beriklu dan il-progett. Wara li kellu l-approvazzjoni ta’ l-Arcisqof lokali, Dun Guzepp talab ukoll il-permess lill-Papa Piju X (aktar tard San Piju X). Il-Papa wkoll tah il-permess li talbu u beriklu l-progett.

 

Issa li kellu l-approvazzjoni anki tal-Kap tal-Knisja Kattolika, ma kien ghad fadallu xejn hlief li jsib dar biex jibda biha, u jigbor lill-ewwel membri fiha.

 

L-ewwel dar li sab kienet proprju fl-Imdina. Din kienet f’numru 5, Triq San Rokku. Kienet dar zghira, nieqsa minn kull kumdita’ u minn hafna affarijiet essenzjali. Izda ghal De Piro kienet bizzejjed, ghaliex hu, ghalkemm kien gejn minn familja Nobbli, qatt ma ntrabat ma’ affarijiet u rikkezzi tad-dinja, u dejjem ghazel stil ta’ hajja qalb il-foqra u l-umli. Hekk xtaq ukoll li tibda l-hajja dik is-Socjeta’ li kien qed iwaqqaf.

 

Dar Ckejkna.

 

Kif kien xieraq, hu stieden lill-Arcisqof Pace biex ibierek dik id-‘Dar Ckejkna’, kif kien ihobb isejhilha. Ic-cerimonja saret fit-12 ta’ Gunju 1910, ftit gimghat qabel twieldet ufficjalment is-Socjeta’ tieghu. Infatti l-ewwel membri marru joqghodu f’dik id-dar fit-30 ta’ l-istess xahar. L-ewwel zewg membri kienu Gwanni Vella, li aktar tard sar sacerdot, u Guzeppi Caruana li sar fratell.

 

Dan ta’ l-ahhar kellu jkun l-ewwel missjunarju tas-Socjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl. Kien baghtu De Piro stess biex jahdem fl-Abbissinja, f’Gunju ta’ l-1927, u kellu jdum hemm sakemm miet, fl-1975. Dam jahdem fil-Missjoni ghal 48 sena, bla qatt ma rega’ gie lejn art twelidu, lanqas ghal xi vaganza zghira.

 

Hekk kien it-twelid tas-Socjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl. Ma kienx hemm xi cerimonji kbar dak inhar li dahlu l-ewwel membri, Kien bidu umli, fost hafna qtigh ta’ qalb, ghaliex skon kif kien bassar Monsinjur De Piro stess, is-Socjeta’ tieghu kellha tiehu r-ruh u tikber wara mewtu. U hekk fil-fatt kellu jigri aktar ‘il quddiem.

 

Hekk kif ixxettlet l-ewwel komunita’ f’dik id-dar fqira u zghira ta’ l-Imdina, De Piro halla d-dar lussuza ta’ ommu, u mar joqghod ma’ l-ulied spiritwali tieghu. Minn fuq il-ghatba ta’ l-ewwel dar tas-Socjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl, seta’ jara d-dar kbira ta’ ommu, ghaliex kien proprju xi erba’ bibien biss boghod, izda hu dejjem ghazel hajja semplici, u dejjem kien kuntent b’dak li ipprovdielu Alla.

 

Il-lum ghaddew tmenin sena minn dik il-grajja semplici, imma ta’ tifsira kbira. Proprju bhalma bassar hu, nistghu naraw mill-istorja li fil-fatt is-Socjeta’ tieghu kibret wara mewtu. Wara tmenin sena, dik is-Socjeta’ tinsab imferrxa f’diversi pajjizi. F’Malta ghandha tlett idjar: Sant’Agata, li hi d-Dar Centrali u li tinsab fir-Rabat, l-Istitut ta’ San Guzepp f’Santa Venera u l-Oratorju ta’ Birkirkara. Barra minn dawn hemm diversi djar fost l-emigranti Maltin, fl-Awstralja, fil-Kanada u fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika. Tinsab ukoll twettaq hidma Missjunarja fil-Peru’ u fil-Pakistan.

 

It-tbatija u s-sagrificcju li ghadda minnhom Mons. De Piro flimkien ma’ l-ewwel membri li ngabru mieghu, qed jaghtu l-frott. Minn dan kollu, xejn ma kien ikun possibbli, kieku Mons De Piro ma kellux dik id-determinazzjoni u dik il-fidi, waqt iz-zminijiet difficli li ghadda minhom. L-imhabba tieghu lejn min hu fil-bzonn u l-hegga li kellu, ghenuh biex gheleb kull diffikulta u jwassal ghat-tmiem l-ideal kuraggjuz ta’ hajtu.

 

_________________________________________________________________________

 

Il-Mument

Il-Hadd, 22 ta' Settembru, 1991

Alexander Bonnici OFM Conv.

Pg. 22.

 

Tifkira ta' Sacerdot li holom, ipprogetta, u hadem sa l-ahhar gurnata ta' hajtu.

F'Eghluq it-58 sena mill-mewt ta' Mons. De Piro.

 

Minn mindu kiene ippubblikata l-bijografija ta’ Mons. De Piro u wisq aktar, minn mindu bdeit il-kawza tal-beatifkikazzjoni tieghu, dan is-sacerdot qaddis beda jidher qisu fuq pedestall b’mod li ahna bdejna nammirawh dejjem izjed.

 

Tul hajtu, hu hadem fil-mohbi. Hlief ta’ madwaru, hadd ma kien ikun jaf bix-xoghol tieghu. Hekk ikunu l-qaddisin. Huma bnedmin li jnewlu idejhom lil min ikun fil-bzonn, bla ma jdoqqu t-trombi quddiemhom. L-opra ewlenija tieghu hi s-Socjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl li taghha kien, mhux biss il-Fundatur, izda wkoll dak li mexxieha ‘l quddiem b’kull xorta ta’ ghajnuna fiz-zmien l-izjed difficli taghha. Izda l-lum, inharsu lejh fil-hidma tieghu fl-ahhar sena ta’ hajtu. Hu l-bnedem li qatt ma strah u l-mewt sabitu fuq riglejh jahdem sa l-ahhar waqt.

 

Energiku sa l-ahhar.

 

Meta jien urejt wahda mill-ahhar kitlbiet ta’ Mons De Piro lill-Professur Lamberto Torbidoni, direttur ta’ l-Istitut tal-Grafologija fl-Universita’ ta’ Urbino, l-ewwel kelmiet li qalli kienu dawn. "Dan il-bniedem baqa’ energiku sa l-ahhar ghax il-kitba tieghu ma turix fiha sinjal ta’ xjuhija jew debbolezza ta’ karattru".

 

Kien hekk tassew. Izda l-valur ta’ dik id-dikjarazzjoni jikber meta nfakkru li l-professur imsemmi, qatt ma kien jaf lil Mons. De Piro. Fi ftuh is-sena 1933, De Piro kien ghalaq il-55 sena.

 

Hu zgur li ma kien qed jahseb biex jistrieh. Baqa’ jmexxi b’entuzjazmu kull opra li kellu f’idejh. Bin-natural tieghu ta’ bniedem donnu mahluq biex imexxi, Mons. De Piro baqa’ determinat li ma jhallix lil min ifixklu. Waqt li kien ta’ tjubija genwina u profonda, hu ma kienx ihalli lil min ighaddi z-zmien bih. Hu ma riedx lanqas li jinqdew bih ghall-iskopijiet ta’ mohhu.

 

De Piro, billi bl-opri tieghu ried jaghmel il-gid u qatt ma ried li jkollu xi qligh minnhom, ma zammhox f’idejh jekk min fdahomlu ma weriex fiducja fih, u jekk ma accettax il-metodi tieghu.

 

Ma jaghmel inkin lil hadd.

 

Mons. De Piro ma kellu l-ebda ambizzjoni ghad-dinjitajiet li tefghu fuqu. Ghalhekk, hu seta’ jitkelloem fil-berah ma’ kulhadd, minghajr ma joqghodu jaghmel inkini bla bzonn. Bla ma qatt naqas mir-rispett, Mons. De Piro wera li mhux dejjem qabel ma’ l-Isqfijiet Caruana u Gonzi; izda, bhala bniedem prudenti, hu kien konvint li l-ideat tieghu kellu ighidhom direttament lill-persuna interessata, u mhux joqghod ixandarhom ma’ l-ohrajn. Hu ma bezax juri l-fehmiet tieghu fil-berah ma’ persuni prominenti bhalma kienu t-Tabib Filippo Sciberras, Lord Strickland, u ohrajn. Dan ghamlu fuq kollox meta hu ried jiddefendi l-valuri tar-Religjon Nisranija.

 

Hu kien sahansitra kapaci jiehu decizjoni iebsa ma’ xi persuni. Kellu wkoll il-kuragg iwarrab minn opra tieghu persuna li kienet tahseb li kienet kollox: bhalma kien il-kaz ta’ M’Assunta Borg fil-progett tal-Laboratorju ghax-xbejbiet bla xoghol. Hu kien kapaci jghid ukoll fil-berah lil xi zaghzugh li ma kellux vokazzjoni ta’ sacerdot jew religjuz, u ma accettahx fis-socjeta’ tieghu, ghalkemm kien mixtieq li jkollu membri aktar fis-Socjeta’.

 

Meta sahhtu naqsitu.

 

Mons. De Piro baqa’ ma jirriflettix dwar il-bzonn tal-mistrieh. Il-mard ma tefghu qatt fis-sodda ghat-tul. Il-problemi gravi ta’ zghozitu kienu ntrebhu, ghax ikkura ruhu. Izda s-sahha, bil-mod il-mod, kienet qed tonqsu. Il-mohh kien ghajjien; mhux bix-xoghol, izda bil-hsibijiet tqal ta’ l-istess opri tieghu. Li kieku kien possiblli ghalih, kien isegwi personalment lil kull membru tas-Socjeta’ tieghu, u lil kull tifel u tifla li kienu johorgu mill-Istituti ta’ Karita’. Meta fehem li dan ma kien possibbli, minflok ma qaghad kwiet u ghamel dak li seta’, Mons. De Piro baqa’ jhewden u jipprogetta. Minbarra n-nevrastenija li dawn il-hsibijiet tqal giebu maghhom, hu marad bil-kliewi wkoll. Beda jhoss bhal ezawriment u wiccu beda jitlef mil-lewn naturali tieghu. Is-soghla bdiet tkiddu, u beda jilheg biex jiehu n-nifs.

 

Fi zmien meta hu nnifsu nduna li hajtu ma kienetx se ttawwal, minflok ma haseb biex jistrieh xi ftit, issokta jipprogetta izjed. Biex ikun mohhu mistrieh, fid-9 ta’ Frar, 1932, ghamel testmetn sigried quddiem in-Nutar Giovanni Chapelle. Fih wera kemm kellu qalbu marbuta ma’ l-opri kollha tieghu, u kemm ried ikun gust ma’ kulhadd. Wiehed mill-iskopijiet tieghu kien ukoll li, wara mewtu, ma jkunx hemm tahwid. Kollox ried li jkun f’postu, kif ghamel tul hajtu kollha.

 

Tul l-ahhar xhur ta’ hajtu, Mons. De Piro kien qed jipprogetta kontinwament dwar l-ideal ewlieni tas-Socjeta’ ta’ San Pawl. Mis-Somalja, il-Kapuccini u l-iben spiritwali tieghu Fra Guzepp baqghu jixxenqu ghal missjunarji ohrajn. Izda dan il-bniedem straordinarju li ried kollox ezatt, ma kienx se jaqbad u jibghathom addocc. Kien difficli li hu jasal ghall-ghazla ta’ dawk li kellu jibghat. Izda mbaghad, iddecieda li jkun hu nnifsu li jwassal tnejn mill-membri tas-Socjeta’ tieghu fis-Somalja. F’Settembru 1933 kien se jitlaq. Ftit ta’ kas tal-flus li kien se johrog minn butu; izda ma tax kas lanqas ta’ l-istrapazz li kien se jidhol ghalih.

 

Il-hsieb ta’ dak il-vjagg kien ilu jberren f’mohhu. Izda l-bniedem jipproponi, u Alla jiddisponi !

 

17 ta’ Settembru, 1933: L-Ahhar jum ta’ xoghol u ta’ hajja.

 

Wasal il-jum tal-Hadd, 17 ta’ Settembru, 1933. Is-Sorijiet Terzjarji Frangiskani ta’ l-Istitut Fra Diegu kellhom il-festa principali taghhom: dik tal-pjagi ta’ San Frangisk ta’ Assisi. Izda, billi habtet il-Hadd u fil-parrocca ta’ San Gejtanu kien hemm il-festa tad-Duluri, huma kienu se jaghmluha l-ghada. Mons. De Prio kien mistieden biex jaghmel iz-zewg festi: hekk dik tad-Duluri kif ukoll l-ohra ta’ San Frangisk t’Assisi.

 

Dik il-gurnata hu ghaddieha ghand is-Sorijiet ta’ Fra Diegu. Hu hassu ahjar mis-soltu ! Fil-ghodu qaddes fil-parrocca, u fil-ghaxija rega’ mar u ghamel il-funzjoni u l-purcissjoni kollha. Izda waqt li kien wasal biex jaghti l-barka sagramentali, tah hass hazin qawwi. Dak il-hin stess haduh lejn l-Isptar Centrali tal-Furjana. Hu kien izjed mejjet milli haj. Miet fid-9 ta’ filghaxija f’dik il-lejla stess.

 

Ghalkemm indifen fic-Cimiterju ta’ l-Addolorata, it-Tlieta, 19 ta’ Settembru, 1933, wara 15-il sena, il-fdal tieghu kien trasportat fil-Knisja ta’ Sant’Agata, ir-Rabat, u tqieghed f’sargofagu fic-centru ta’ kripta li nbniet apposta.

 

"Ma zammejt mibeghda lejn hadd".

 

"Ma zammejt mibeghda lejn hadd" kiteb Mons. De Piro fit-testment tieghu. Izda hu kien ikun izjed ezatt li kieku qal: "Jien habbejt lil kulhadd".

 

L-opri tieghu baqghu warajh. Fundatur ma jmut qatt. Hu jibqa’ jghix f’uliedu: il-membri tas-Socjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl. Malta wkoll thoss li ghandha troddlu hajr ghax rat fih il-benefattur kbir taghha: kemm fil-qasam spiritwali kif ukoll fil-qasam temporali. Izda dak ukoll li hu ghamel biex taffa l-guh ta’ l-imsejknin jew biex gieb il-paci fost il-bnedmin, jew meta wera fih innifsu patrijottizmu genwin, dan ghamlu ghax Alla dawwallu hajtu, u mlielu qalbu bl-imhabba lejn ghajru. Gara wkoll li, f’kulma ghamel, hu, mhux biss ma fittixx lilu nnifsu, izda sahansitra nesa lilu nnifsu.

 

Il-lum, ahna nafuh sewwa. Il-bijografija dokumentata li tfasslet turihulna fid-dawl veru tieghu. Il-pubblikazzjoni tagha bl-Ingliz, fi zmien qasir, tissokta xxandar ismu mad-dinja.

 

Il-Gvern Malti wkoll fakkarhulna fis-sena 1983, f’eghluq il-50 sena mill-mewt tieghu billi harget bolla b’disinn ta’ Esprit Barthet.

 

Dak li hajtu kienet xhieda kontinwa ta’ l-imhabba lejn Alla u l-bnedmin jixraq li jitfakkar ta’ sikwit f’din id-dinja msejkna ta’ zmienna fejn il-vjolenza donnha webbset il-qalb tal-bnedmin; fejn il-giri wara l-pjaciri donnu nessiena fir-rebh tal-niedem fuqu nnifsu; fejn il-gid jissogra li ma jhalliniex nifhmu kemm hu kbir il-faqar ta’ tant bnedmin.

 

Jixraq, ghalhekk, li naghlqu dawn il-ftit riflessjonijiet b’silta mit-testment ta’ Mons. De Piro. Dawn juruna li, mhux biss habb lil kull bniedem, izda wkoll li, fl-umilta’ tieghu ma kienx jimmgina li ghamel xi haga specjali. Huma l-kelmiet tal-bniedem umli li jaf li Alla jwieznu kontinwament tul hajtu biex ma jiggarrafx, u jittama dejjem li Alla jghinu biex ma jaghmilx xi hsara lil xi persuna bla ma lanqas biss intebah.

 

Dawn huma l-kelmiet ta’ Mons. Guzeppi De Piro : "Jiena irrid nitlob mahfra ‘l dawk kollha li setghu forsi joffendu ruhhom b’xi eghmil tieghi. Izda, jekk saret xi offiza, nitlob lil min intlaqat biex jifhem li din kienet minhabba d-debbolezza tieghi bhal bniedem ghax zgur li f’qalbi ma zammejt mibeghda lejn hadd".

 

_________________________________________________________________________

 

In-Nazzjon

It-Tnejn, 30 ta' Settembru, 1991.

Alexander Bonnici o.f.m. conv.

Pg. 11.

 

L-Opra ta' benefattur kbir li kkonsagra hajtu ghal kulmin kien fil-bzonn.

F'gheluq it-58 sena mill-mewt ta' Mons Guzeppi De Piro.

 

Nistghu niktbu dwar De Piro bhala fundatur tas-Socjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl. Nistghu nfakkru x’ghamel ghall-missjonijiet u ghad-djocesi ta’ Malta. Imma ngibu fit quddiem mohhna dawk li hu ghamel ghat-tfal subien u bniet u ghal xbejbiet li kienu fil-bzonn. Hu kien il-bniedem li hadem bla ma ta’ fil-ghajn. Beda opri godda jew sahhah dawk li kienu jeziztu.

 

Missier L-Iltiema Bniet ta’ Fra Diegu.

 

Sa minn qabel ma beda s-Socjeta’ Missjarja ta’ San Pawl, De Piro kien intafa’ biex jahdem fost l-ilotiema. L-opra ta’ zghozitu hi dak li bdiet fost l-iltiema bniet fid-Dar San Frangisk t’Assisi, fil-Hamrun. Hi maghrufa bhal Dar Fra Diegu, Fratell tal-Frangiskani maghrufin bhal Ta’ Giezu, ghaliex twaqqfet minn dan il-Fratell.

 

Meta, mis-sena 1907, il-Frangiskani Minuri ma baqghux izommu l-post taht id-direzzjoni taghom, l-Arcisqof Pietru Pace baghat lil Dun Guzepp De Piro bhala Direttur. Il-hidma fost it-tfal kienet sa mi8ll-bidunett f’idejn is-Sorijiet Terezjani Frangiskani maghrufin izjed tard bhal tal-Qalb ta’ Gesu’.

 

Minn dak iz-zmien, l-istess sorijiet sabu f’Dun Guzepp De Piro bhal missier gdid. Il-fundatur taghhom Dun Guzepp Diacono kien telaqhom, u kif gie li starrulu huma stess, lil De Piro kienu jarawh daqs fundatur.

 

F’din id-dar Fra Diegu u fl-ohrajn kollha, omm il-Monsinjur, Ursola De Piro, saret bhal kollaboratrici ta’ binha biex tghin f’opri ta’ karita’ halli tferrah lil dawk it-tfal. De Piro sar ukoll tallab ghall-foqra fdati f’idejh. Hu qatt ma kellu flus bizzejjed. Ommu kienet issejjahlu "il-fqir tieghi", u glieli kienet tghid lil binha se jfaqqarha.

 

Mons De Piro ma kellux hajja twila. Ghalhekk, kien f’din l-opra biss li hu ccelebra eghluq il-25 sena tal-hidma tieghu. Dan kien fis-sena 1932.

 

F’Santa Venera, iz-Zejtun u Birkirkara.

 

Sa mis-sena 1913, Mons. De Piro kien id-Direttur Spiritwali ta’ xbejba qaddisa. Din kienet Marija Guzeppina Curmi xbejba li kienet qed tigbor ohrajn maghha biex taghmel il-gid fost l-iltiema.

 

Mons. De Piro taha kull ghajnuna sakemm fethet l-ewwel dar fiz-Zejtun. Imma d-diffikultajiet taghha kienu kbar wisq. Hi u x-xbejbiet shabha baqghu lajci. Il-Knisja kienet ghadha ma approvathomx bhala Kongregazzjoni. Madanakollu, f’ghajnejn De Piro, huma dehru bhal xbejbiet li qed jaghmlu opra kbira u ghalhekk, ghenhom hafna.

 

Skond ix-xewqa tal-fundatrici, u r-rieda ta’ l-Arcisqof fis-sena 1921 De Piro ha f’idejh id-direzzjoni ta’ l-Istitut taz-Zejtun li tqieghed taht il-harsien ta’ Gesu Nazzarenu. Hemm, huma bdew jigbru t-tfal bniet. Imma, imbaghad, meta ha f’idejh id-Dar ta’ San Guzepp f’Santa Venera, De Piro kellu progett iehor.

 

Hu ried orfanatrofju ghac-ckejknin subien ta’ anqas minn tliet snin. L-irgiel ma jinqalghux ghat-tfal ta’ dik l-eta’. Ghalhekk, hu sejjah lix-xbejtbiet ta’ Gesu’ Nazzarenu, li kulhadd kien qed isejhilhom ‘sorijiet’, ghalkemm ma kinux.

 

Mons De Piro haseb fihom ukoll meta l-Arcisqof Caruana, fis-sena 1927, tah Istitut iehor f’idejh. Dan kien l-Istitut San Frangisk ta’ Paola, Birkirkara. F’idejn Guzeppina Psaila ruh twajba (il-mara li bdietu), dak l-istitut ma kellux futur.

 

Ghalhekk, mis-sena 1930, Mons. De Piro beda jithabat biex l-Istitut ighaddi f’idejn ix-xbejbiet ta’ Gesu’ Nazzarenu. F’dak l-Istitut kienu qed jingabru t-tfal bniet iltiema. De Piro ma kkonkludiex kollox tul il-hajja tieghu. Imma s-sorijiet ta’ Gesu’ Nazzarenu hadu dak l-Istitut fis-sena 1938 ftit snin wara l-mewt tal-Monsinjur.

 

Tul l-ahhar snin ta’ hajtu, De Piro ghamel hiltu kollha biex Marija Guzeppina Curmi u x-xbejbiet li kienu maghha jirbhu d-diffikultajiet taghhom. Ghalkemm sehhilhom jibnu l-Istitut kbir ta’ Gesu’ Nazzarenu li hemm sal-lum fiz-Zejtun, il-Knisja ma riditx tapprova Kongregazzjoni gdida. Huma baqghu hekk sal-mewt tal-fundatrici fis-27 ta’ Dicembru 1931.

 

Imma dak li ghamel ghalihom Mons. De Piro, wara l-mewt tal-fundatrici, wera kemm hu jisthoqqlu li jitqies daqs li kieku kien il-fundatur taghhom.

 

Bi ftehim max-xbejbiet ma’ l-Arcisqof Caruana, u ma’ l-Awtoritajiet Rumani, ix-xbejbiet hadu d-decizjoni li l-ideal taghhom ikun missjunarju fil-veru sens tal-kelma.

 

B’dak l-ideal li jaqtaghhom minn Malta, il-Kongregazzjoni tar-Religjuzi ma sabitx diffikulta’ biex tapprova ‘l dik il-Kongregazzjoni. Dan b’xorti hazina wasal zmien qasir wara l-mewt ta’ Mons. De Piro ghaliex id-digriet ta’ l-approvazzjoni hareg fis-6 ta’ April, 1934.

 

Laboratorju ghal Xbejbiet bla Xoghol.

 

Hsieb li jinkwetah kien irredden ta’ sikwit f’mohh Mons. De Piro. X’sejjer jigri minn dawk ix-xbejbiet li l-Knisja, bil-ghajnuna tas-Sorijiet, trabbihom b’tant ghozza fl-Istituti taghha ?

 

Hafna minnhom kienu bla familja, u ghalhekk hajjithom kienet sejra tiddependi mix-xoghol ta’ idejhom. Dak li wasal f’widnejh dwar x’uhud minnhom kien qieghed inikktu bla tarf. Kien hemm min intafa’ fil-hwienet maghrufin tal-belt.

 

Mons. De Piro kien qieghed ipprogetta wahda mill-opri l-izjed kbar ta’ hajtu imma wkoll mill-izjed difficli. Hu ried iwaqqaf Laboratorju ghax-xebbiet bla xoghol. Kien hemm bzonn li l-post ikun il-Belt Valletta.

 

Is-sena 1927 kienet dik li fiha nkitbu ittri lill-Gvern ghal dan il-ghan. It-tahbit kien mal-Ministeri tat-Tezor u ta’ l-Edukazzjoni. Fis-sena 1928, kamra nstabet fi Triq San Duminku, imma ma damitx ma nbidlet ma’ ohra f’101 Triq San Kristofru.

 

Dan il-benefattur kbir ma damx ma ntebah li l-problema ma kenitx biex jibda, imma biex ikompli. Hafna stghagbu kif dahal ghal bicca xoghol bhal dik.

 

Hu, fost l-ohrajn, kiteb: Huma jkunu jehtiegu li jisibu ‘l xi hadd espert izjed minnhom sabiex ighinhom jaghmlu l-ewwel passi fl-arja libera ta’ din id-dinja msejkna.

 

De Piro organizza xi kuncert ghall-bzonnijiet tal-Laboratrorju. Hu u certa Marija Assunta Borg, mara mizzewga mifruda minn zewgha, bdew jahdmu biex isibu x-xoghol ghal dawk ix-xbejbiet. Borg offriet gidha u l-hidma taghha.

 

Bejn l-1928 u 1931, il-laboratorju mexa mhux hazin. Imma, imbaghad, kien hemm nuqqas ta’ ftehim bejn De Piro u Borg. Lil Borg tawha pariri li ma kinux jaqblu mal-fehmiet ta’ Mons. De Piro.

 

De Piro u Borg ghamlu ftehim legali biex inhallu minn kull rabta lejn xulxin dwar dak il-laboratorju. Il-laboratorju, fil-fatt, kellu jaghlaq. Il-Monsinjur kellu progetti ohrjan dwaru.

 

F’mohhu, hu kellu s-Sorijiet ta’ Gesu’ Nazzarenu. Xi tentattivi dwar dan saru, u De Piro nizzlilhom dan l-appostolat bhala parti mill-hidma taghhom f’Malta. Imma l-hajja ta’ Mons. De Piro ma kenitx twila bizzejjed biex dan il-laboratroju tal-Qalb ta’ Gesu’ jerga’ jqum fuq riglejh bi struttura gdida.

 

Il-hsieb ta’ Mons. De Piro kien ukoll li jibni xi blokk bini fin-nahiet ta’ Santa Venera ghar-romol u x-xjuh. Imma lanqas ghal dan ma kien hemm zmien bizzejjed, ghalkemm il-progetti kienu diga’ tfasslu b’mod konkret.

 

Il-lum, qed jinstemghu x-xhieda li kienu jafu personalment lil Mons. De Piro ghaliex infethet il-kawza li nittamaw li narawha maghluqa bid-dikjarazzjoni ufficjali min-naha tal-Knisja li hu kien qaddis.

 

Jiena, li studjajt hajtu fil-fond, m’ghandi l-ebda dubju dwar il-qdusija tieghu. Imma l-Knisja tezamina bir-reqqa kollha l-hajja ta’ dawk li kienu x-xhieda ta’ Kristu fost il-bnedmin.

 

Il-kitba dokumentata ta’ hajtu turina kemm ilkoll kemm ahna ghandna ghaliex ikollna venerazzjoni lejn Mons. De Piro. Hu habb ‘l Alla tassew, u sabu kontinwament f’dawk li kienu fil-bzonn.

 

 _________________________________________________________________________

 

Lehen is-Sewwa

Is-Sibt, 9 ta’ Jannar, 1993

Dun Mario Zammit Satariano, M.S.S.P.

Pg. 7.

 

F’gheluq is-60 sena minn mewtu. (1)

- 1993

Il-Qaddej ta’ Alla Guzeppi De Piro.

 

F’zghoritu u zghozitu.

 

Mons. Guzeppi De Piro twieled l-Imdina, fit-2 ta’ Novembru 1877, min-nobbli Alessandro dei Marchesi De Piro u Ursola Agius Caruana. Kien is-seba’ tifel f’familja ta’ disgha. Gie mghammed l-ghada, 3 ta’ Novembru, fil-Katidral ta’ l-Imdina.

 

L-ewwel edukazzjoni hadha fid-dar fejn twieled. Ghall-iskola sekondarja kien imur il-Liceo tal-Belt. F’dan iz-zmien Guzeppi kkoltiva fih it-talenti tal-pittura wkoll. Bosta mid-disinji tieghu ghadhom merfughin b’ghozza fl-Arkivju tas-Socjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl.

 

Fis-sena 1894, iz-zaghzugh De Piro dahal l-Universita’ ta’ Malta, fil-Fakulta’ ta’ l-Arti u x-Xjenza. Hemm dam tliet snin ghax fl-1897, hu qabad l-istudja ghal avukat. Hawn ta’ min jghid li f’dan l-istess perijodu, ezattament bejn l-1892 u l-1896, Guzeppi ngagga suldat fir-Royal Malta Militia.

 

Guzeppi De Piro minn dejjm wera li hu kien bniedem ta’ l-affari tieghu pero’ qatt ma indika fil-pubbliku li hu seta’ kellu xi hajra ghas-sacerdozju. Ir-realta’, izda kienet li hu kellu din ix-xewqa fih. Fil-fatt fit-8 ta’ Mejju 1898, hu ha d-decizjoni tieghu, proprju waqt li kien qed jaghmel is-Supplika tal-Madonna ta’ Pompej fil-Knisja tal-Gizwiti, il-Belt flimkien mal-professuri u shabu universitarji. Meta mar id-dar hu fetah qalbu ma ommu. Ftit xhur wara, ezattament f’Lulju ta’ l-istess sena, hu telaq lejn Ruma biex jibda l-istudji sacerdotali fl-Universtia’ Gregorjana.

 

Min-naha tieghu kien hemm il-hsieb li jaghmel kors twil li jwasslu ghall-ispecjalizazzjoni fil-Ligi Kanonika. Pero’ gara li l-kjeriku De Piro marad u kellu jqassar il-kors mahsub. Konsegwenza ta’ hekk hu qaddes fil-15 ta’ Marzu 1902, erba’ snin biss wara li kien beda l-Filosofija.

 

Sacerdot Moghti ghas-Servizz tad-Djocesi.

 

Wara li lesta l-istudju fundamentali hu ma rritornax Malta biex jibqa’. Malajr mar l-Isvizzera ghal sena u nofs ta’ kura li ghenitu jiehu sahhtu wara marda iebsa. Kien wara dan iz-zmien lu rega’ lura lejn pajjizu. Meta wasal hu mar fir-rahal tal-Qrendi fejn il-familja tieghu kellha wahda mid-djar taghha. Hemmhekk ghamel kwazi tliet snin. Suppost mar hemm biex ikompli jiehu sahhtu pero’ s-soghba li wrew il-Qrendin meta gie biex jitlaq kienet prova bizzejjed biex wiehed jikkonkludi li Dun Guzepp De Piro altru li ma qaghadx lura milli jghin fil-pastorali ta’ dik il-parrocca. Huwa kien qisu l-vici parroku hemmhekk; dejjem iqaddes, iqarben, iqarar u jaghti l-ghjnuna l-ohra mehtiega. Barra minn hekk, izda huwa kien ha hsieb li jibda jaghmel laqghat ta’ formazzjoni kontinwa ghas-sacerdoti zghazagh ta’ l-irhula qrib il-Qrendi.

 

Mis-sena 1907 hafna ufficcji nghataw lis-sacerdot zghazugh De Piro. Intghazel bhala direttur ta’ diversi Istituti tal-Karita’:

Fl-1907 : Fra Diegu - il-Hamrun ;

Fl-1922 : San Guzepp - il-Hamrun ;

Fl-istess sena : Gesu’ Nazzarenu - fiz-Zejtun ;

Fl-1925 : San Guzepp - Ghawdex ;

Fl-istess sena : Dar ghac-ckejknin - Santa Venera ;

Fl-1927 : San Frangisk ta’ Pawla - f’B’Kara.

 

U ta’ min jghdi lu hu baqa’ jiehu hsieb dawn l-istess Istituti sa mewtu.

 

Fl-istess hin li hu kien qed iwettaq din il-hidma hekk kbira u ta’ fejda ghal pajjizna, hu lahaq Monsinjur tal-katidral u Dekan ta’ l-istess Kapitlu. Ghal tliet snin kien segretarju ta’ l-Arcisqof Mawru Caruana. Fis-sentejn ta’ wara, hu kien Rettur tas-Seminarju Magguri u ghamel xi xhur flok il-kappillan tal-Gudja.

 

Missier l-iltiema u l-fqar.

 

Meta wiehed jghodd in-numru ta’ l-Istituti taht il-kura tieghu wiehed isib li Mons. De Piro kien direttur ta’ sitt Istituti tal-Karita’, li l-Knisja kellha f’Malta u Ghawdex, principalment ghat-tfal iltiema. Imma hawn tajjeb nghdiu li d-direttur f’dawn l-istituti ma kienx ikollu biss l-amministrazzjonit tal-post. Ghalkemm din ga kienet tfisser hagna ghax kien ikun facli li f’dawn il-postijiet wiehed kien isib anke aktar minn mitt tifel jew tifla, aktarx kien irid ikun ukoll id-direttur li jhabbel mohhu biex jara minn fejn igib il-mehtieg ghall-hajja: ikel, ilbies, lokal dicenti fejn joqghodu, taghlim, rikreazzjoni u preparazzjoni ghall-futur. Almenu Mons. De Piro kien ihabrek bis-shih ghal dan… anke bil-gid personali tieghu. Izda l-karita’ tal-Qaddej ta’ Alla ma kenitx tinghax biss bejn il-hitan ta’ l-Istituti. Tant kien qrib tat-tfal u taz-zghazagh afdati f’idejh li kien ikun jaf anke l-familji taghhom u f’liema sitwazzjoni kienu jkunu dawn. Mhux darba u tnejn lihu ghen lil dawn billi dahhal idejh fil-but u ghenhom immedjatament. Gieli habrek biex sab xoghol ghall-missier li kien ikun qieghed. Jew rega’ gab il-paci f’familji li kienu jkunu fl-inkwiet.

 

Anke aktar ‘il boghod minn hekk kien imur fil-karita’ tieghu. Min jaf kemm kien ikun jivvjagga u kien jinduna li xi nies ma kienx ikollhom biex ihallsu t-ramm jew tal-linja; kien ihallsilhom hu. Fl-Istituti ta’ San Guzepp u Fra Diegu kien ikun hemm litteralment queue ta’ nies jistennew il-hniena tal-Monsinjur. Bir-ragun li meta kienet tinduna li kien ikun sejjer ghandha ommu kienet thobb tghid: "Gej il-fqir tieghi."

 

Iben li habb lil Pajjizu.

 

Nistghu nghidu li l-atrijottizmu ta’ Mons. De Piro jinqasam f’erba mumenti principali:

kien membru ta’ l-Assemblea Nazzjonali ghat-tfisil tal-Kostituzzjoni ta’ l-1921 ;

ta sehmu biex jitwitta l-inkwiet gravi tas-Sette Giugno, 1919 ;

medjatur bejn il-Knisja u Lord Strickland ;

senatur fit-Tielet Parlament Malti (1932 - 1933)

 

_________________________________________________________________________

 

Lehen is-Sewwa

Is-Sibt, 16 ta’ Jannar, 1993

Dun Mario Zammit Satariano, M.S.S.P

Pg. 6.

 

F’gheluq is-60 sena mill-mewt ta’ Mons. De Piro. (2)

Fundatur tas-Socjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl.

 

Ga huma hafna l-hidmiet li ssemmew, pero’ zgur li l-opra ewlenija ta’ Mons. De Piro kienet is-Socjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl. Sa minn qabel ma gie kkonsagrat sacerdot, Guzeppi De Piro kellu rabta specjali ma’ l-Istitut ta’ San Guzepp, f’Santa Venera. Fil-fatt, fid-Djarju tieghu he kiteb hekk: "Inhoss gewwa fija xi haga li tghidli li Alla, minn dan l-Istitut, irid jifforma f’Malta socjeta’ ta’ sacerdoti taht il-harsien ta’ San Pawl. Meta opra bhal din tasa biex hawn Malta tkun fuq riglejha sewwa, hi tkun tista’ tinfirex f’artijiet ohrajn ukoll".

 

Dun Guzepp De Piro fl-1909 fetah qalbu mal-Vizitatur Apostoliku Pietru La Fontaine. Dan il-futur Patrijarka ta’ Venezja ghen u baqa’ jghin lil De Piro kontinwament.

 

Bil-mod il-mod il-bidu wasal ghax fit-12 ta’ Gunju 1910, id-Dar Ckejkna ta’ San Pawl fl-Imdina tbierket mill-Arcisqof M. Caruana u fit-30 ta’ l-istess xahar dahlu l-ewwel zewg membri, Gwanni Vella ghal sacerdot u Guzeppi Caruana ghal lay-brother.

 

Is-Socjeta’ Ckejkna, mill-bidunet tqieghdet taht il-harsien ta’ San Pawl. Dan il-qaddis ma ntghazilx biss ghaliex is-Socjeta’ kienet wahda Maltija, imma fuq kollox minhabba l-ideal missjunarju taghha. Bhall-Appostlu tal-Gnus is-Socjeta’ kellha taghmel hilitha biex tinfirex f’artijiet ohra.

 

Dan l-ghan missjunarju beda jintlahaq fi zmien il-Fundatur innifsu. Fil-fatt Fratell Guzeppi Caruana li ga semmejna bhala wiehed mill-ewwel zewg membri, telaq lejn l-Etjopja fil-21 ta’ Gunju 1927.

 

Mill-ewwel dar fl-Imdina l-membri tas-Socjeta’ ta’ De Piro ghaddew ghat-tieni u t-tielet dar, dejjm fil-Blet il-qadima. Kien wara dan, u ezattament fit-3 ta’ Ottubru 1932 li l-Arcisqof Caruana bierek l-ewwel gebla tad-Dar Centrali tas-Socjeta’ maghrufa bhala Sant’Agata. Meta f’inqas minn sena marru fiha, il-membri kienu qeghdin jiehdu hsieb it-tfal subien ta’ l-Istituti ta’ San Guzepp tal-Hamrun u t’Ghajnsielem u wkoll kellhom taht idjehom l-Oratorju ta’ B’Kara, centru ghat-taghlim tad-duttrina u ghall-edukazzjoni taz-zghazagh.

 

Il-Qdusija ta’ Mons. De Piro.

 

Certament li din il-hidma kollha gabet lil Mons. De Piro f’kuntatt ma’ bosta nies. Zgur li kollha kellhom esperjenzi differenti tieghu, dejjem skond ic-cirkustanza li fiha ltaqghu mieghu. Izda hu daqshekk iehor cert il-fatt li kollha kellhom kelma wahda ghalih. "Kien il-bniedem ta’ Alla." Ghalkemm hu ilu mejjet kwazi sittin sena, hafna huma dawk li ghadhom igorru f’mohhom u f’qalbhom it-tifkira ghaziza tieghu. U ma’ dawn il-fama tieghu bhala l-bniedem ta’ Alla ghadha hajja sew. Ukoll, illum ghadek issib nies li meta jiftakru jew jisimghu bih johorgu bl-espressjoni, "Dak kien bniedem qaddis!"

 

Ma setghux allura l-membri tas-Socjeta’ ta’ San Pawl ma jaghtux kaz tal-qdusija tal-fundatur taghhom. Fil-fatt fil-Kapitlu Generali ta’ l-1982, il-membri prezenti qablu unanimament li s-Socjeta’ kellha titlob lill-Eccellenza Tieghu Monsinjur Arcisqof Guzeppi Mercieca l-pemessi mehtiega biex tinbeda l-Kawza ta’ Kanonizzazzjoni ta’ dan il-Qaddej ta’ Alla. Dan sar, u wara l-proceduri mehtiega l-Kawza nbdiet fis-7 ta’ Ottubru 1988. Sa dan it-tant quddiem Tribunal imwaqqaf apposta nstemghu sebgha u sittin persuna li taw xhieda ta’ utilita’ kbira. Barra minnhekk qed isir studju kontinwu fuq id-dokumenti li jew kienu miktubin direttament mill-Qaddej ta’ Alla jew kellhom xi konnessjoni mieghu.

 

Il-fidi kbira tieghu f’Alla, it-tama shiha fil-Hallieq u l-imhabba inkundizzjonata tieghu lejn Alla u lejn il-proxxmu jinkarnaw il-hin kollu fil-virtujiet morali li hu ghex.

 

Id-dawl mhux maghmlu biex jinheba. Lanqas il-belt li qieghda fuq gholja m’hi maghmula biex ma tidhirx. Bniedem bhal Mons. De Piro mhux ta’ min ihallih mistur. Waqt li hu ga maghruf minn hafna xieraq li wiehed ikompli jipprezentah quddiem kulhadd. Fl-okkazjoni tas-sittin sena mill-mewt tieghu, l-Istitut religjuz li hareg minnu, is-Socjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl, behsiebhu jippubblika diversi kitbiet fuq il-mezzi tax-xandir. A parti dan fuq dan il-gurnal ser jidher darba fix-xahar ritratt tal-Qaddej ta’ Alla akkumpanjat minn messagg li hu halla. Jalla dan il-kliem jghinna nkunu nsara dejjem aktar impenjati.

 

Tmiem.

 

_________________________________________________________________________

 

Lehen is-Sewwa

Is-Sibt, 10 ta’ Lulju, 1993

Dun Tony Sciberras, M.S.S.P.

Pg 10.

 

30 ta’ Gunju, 1933

Tberik u ftuh ta’ Dar Sant’Agata, Rabat.

 

Fl-1922 Mons. Guzeppi De Piro hareg ghall-ewwel darba l-"San Pawl: Almanakk tal-Istitut tal-Missjoni". Dak ta’ l-1934 ma hargux De Piro ghax dan miet fis-17 ta’ Settembru, 1033. Imma gie ppubbblikat xorta ghax hadu hsiebu l-membri tas-Socjeta’ tieghu. F’dik is-sena hemm tliet pani li fihm rakkont ta’ avveniment storiku: IT-BERIK U L-FTUH TA’ DAR SANT’AGATA, MILL-ARCISQOF TA’ MALTA MONS. MAWRU CARUANA. Billi fit-30 ta’ Gunju l ghadda gie ccelebrat is-sittin anniversarju ta’ dan il-jum tant ghaziz ghall-M.S.S.P., hawnhekk ahna se ngibu dan l-artiklu kwazi kelma b’kelma. Inzidu biss xi nota li ticcara dak li jkun jinghad.

 

 

Fil-harga ta’ l-Almankk tas-sena li ghaddiet (1933) il-Kumpanija ta’ San Pawl kienet ferhana li tista titkellem mal-benefatturi u mal-hbieb taghha fuq it-tqieghid ta’ l-Ewwel Gebla tad-Dar Missjunarja ghall-istudenti u novizzi. Ghal din l-okkazjoni kienet saret festa gustuza u devota hafna. Il-mibki Fundatur taghna kien ferah mhux ftit meta ra li kienet ser tigi mitmuma x-xeqa kbir ali kellu minn zmien twil li jara mibni dan il-post.

 

Nisthajlu li sejrin tistaghgbu xi ftit meta f’dana l-Almanakk taqraw fuq it-tberik ta’ din id-Dar, meta bilkemm ghadhom ghaddew disa’ xhur mill-funzjoni li semmejna fuq. Imma Alla l-imibierek donnu ghogbu jhallas is-sabar ta’ tant snin.

 

Il-gurnata maghzula ghat-tberik ta’ din id-Dar Gdida tal-Missjoni kienet dik li fiha l-Knisja ticcelebra l-martirju ta’ San Pawl, it-30 ta’ Gunju, Kien xieraq tassew li funzjoni bhal din issir f’dik il-gurnata, allura meta dan l-Istittut tal-missjoni jistqarr bhala Parun specjali tieghu lil dan l-Appostlu kbir, mudell tal-missjunarji.

 

Hassejna f’qalbna xi haga misterjuza.

 

Il-funzjoni saret filghodu u bdiet bil-quddies ta’ l-Isqof. Fis-6.30 a.m. il-missjunarji kollha sabu ruhhom migburin fil-knisja ta’ Sant’Agata fir-Rabat, li maghha tinsab mghaqqda d-Dar il-Gdida. Kwarta wara kienu lkoll fil-bidu tal-passagg li jiehu mit-triq ghall-Knisja, jistennew l-Isqof Dom Mawru Caruana. Dan wasal fis-7.00 a.m. Is-Superjur (Mons. De Piro) resaq ibuslu idejh u min hemm kulhadd bi processjone beda riesaq lejn il-Knisja fejn kienu jinsabu ga migburin il-benefatturi, il-hbieb u l-ammiraturi ta’ l-Opra taghna.

 

Kif l-Isqof spicca mill-Vizta (lil Gesu Sagramentat) beda jilbes ghall-quddiesa assistit mis-Superjur u minn zewg sacerdoti tal-Kumpanija. Il-quddiesa ta’ l-Isqof kienet tassew devota. Il-qalb taghna f’dik is-siegha hasset xi haga misterjuza li ma setghetx tfissirha. Il-qedem tal-knisja ta’ Sant’Agata li wara tant zmien kellha tara mghaqqda maghha Dar tar-religjuzi missjunarji, u l-ilbiex li kellu fuqu l-Isqof gaghluna nhossu din ix-xi haga li ma titfissirx. Sthajjilna qeghdin fiz-zmien tal-Patrijarki kbar ta’ l-Ordinijiet monakali li mdawrin b’uliedhom kienu jidhlu ghall-ewwel darba f’xi monasteru taghhom.

 

Meta spiccat il-quddiesa l-Isqof bierek kurcifiss kbir li kellu jiddendel dak inhar stess fil-kuritur ta’ isfel tal-Kunvent. Wara t-tberik il-kurcifiss tqieghed fl-art fuq zewg imhadded u kulhadd resaq ghall-adorazzjoni tieghu, kif isir fil-Gimgha l-Kbira. Hekk kif spiccat l-Adorazzjoni bdiet il-purcissjoni minn gol-Knisja ghall-Kunvent il-gdid. Id-dahla kienet majestuza u trid jew ma tridx kont thoss qalbek ticcaqlaq meta tara l-Isqof liebes bl-ilbies pontifikali riesaq bis-solennita’ kollha li trid il-Knisja, lejn il-Kunvent jitlob il-hniena ta’ Alla billi jghid il-Kyrie Eleison.

 

Meta l-purcissjoni dahlet fil-Kunvent, l-Isqof intona l-Asperges u bierek id-Dar. Wara din l-ewwel benedizzjoni, fost il-kant tas-Salm Miserere, il-purcissjoni ghaddiet ghall-kuritur ta’ fuq. Hawn l-Isqof bierek il-kmamar tal-missjunarji u l-bibljoteka. Minn hemm il-purcissjoni marret ghall-kuritur ta’ isfel, fil-parlatorju. Hawn gie mwahhal il-kurcifiss li semmejna. Minn hemm l-Isqof resaq biex bierek ir-refitorju, id-dispensa u l-laboratorju. Wara li spicca, mal-hajt tal-pilastru li jpoggi fuq l-ewwel gebla, gie mqieghed ukoll mill-Isqof stess, midaljun tar-ram li s-Superjur kieng ab mieghu minn Ruma. Dan il-midaljun jirraprezenta l-popli tad-dinja li qeghdin jaduraw is-Salib ta’ Kristu, tifkira ta’ l-Anno Santo. Malli l-Isqof pogga dan il-midaljun gol-hajt, is-Superjur kien pront dendel tahtu inkwatru zghir b’din l-iskrizzjoni:

 

Mawru Caruana

Arcisqof, Isqof tal-Maltin

Din id-Dar Gdida

B’Rit Solenni Bierek

Fil-Gurnata Tant Ghaziza

Li Fiha Ha l-Martirju

Pawlu l-Appostlu.

U dan il-Midaljun

Hu Pogga b’Idejh.

 

Wara dan, l-Isqof intona t-Te Deum u fost il-kant imheggeg ta’ hajr ‘l Alla, rega’ lura procesjonalment lejn il-knisja kif kien gie. Hemmhekk, bl-antifona ta’ San Pawl, giet fit-tmiem taghha din ic-cerimonja li ferrhet il-qalb ta’ kulhadd. Illum ga jinsabu hemm migbura l-missjunarji u qeghdin kuntenti hafna bid-dar li Alla ghogbu jibaghtilhom.

 

 

_________________________________________________________________________

 

In-Nazzjon Taghna

Il-Gimgha, 16 ta’ Lulju, 1993

.........................

Pg. 22

 

Anniversarju

Dar Sant’Agata: 60 sena hajja.

 

Fit-30 ta’ Gunju li ghadda, il-membri tas-Socjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl fakkru l-Jum meta l-Fundatur taghhom, il-Qaddej ta’ Alla, Guzeppi De Piro, ta bidu ghas-Socjeta’. Imma din il-gurnata tfakkarhom ukoll fit-tberik u l-ftuh ufficcjali tad-Dar principali taghhom, Sant’Agata (30 ta’ Gunju 1933). Kien l-Arcisqof Mawru Caruana nnifsu li ried li ssir din ic-cerimonja.

 

Disa’ xhur qabel dan l-ahhar avveniment, u ezattament fit-3 ta’ Ottubru 1932, Monsinjur De Piro organizza cerimonja ohra, dik tat-tberik ta’ l-ewwel gebla ta’ Dar Sant’Agata. Anki f’din, kien ippresieda l-isqof Caruana. F’din l-okkazzjoni, il-Qaddej ta’ Alla, ghamel diskors li fih fost affarijiet ohra pprezenta l-iskop ewlieni tad-Dar. Ingibu hawnhekk fil-qosor kliem il-fundatur.

 

‘Jekk il-Mulej ma jibnix id-dar ghalxejn jithabtu l-bennejja’. Dan il-kliem inissel fina fiducja totali, minghajr ebda riserva fl-ghajnuna ta’ Alla. Anzi ahjar nghidu li dawn il-kelmiet jaghtuna fidi qawwija fl-ewwel caqliqa ta’ l-Agent Principali. Dawn huma kelmiet li ga gew maghzula u mqieghda fil-bidu tar-Regoli li jmexxu l-Istitut Missjunarju gdid, Istitut li kull ma jmur qieghed dejjem aktar jizdied u jipprospera. Proprju minhabba f’hekk, kliem bhal dan ghandu jkun imfakkar illum.

 

Hu, infatti maghruf minn kulhadd, li l-opri ta’ Alla, u mhux taghna, igibu bhal sinjal u zina taghhom il-kontrarjeta’. Fl-Opra li ghandna quddiemna u f’idejna, tant kien hemm kontrarjetajiet wahda wara l-ohra, ghat-tul ta’ forsi 14-il sena, li kellhom ighejju lil kull bniedem. Izda ghax kien Alla li medd idu ghall-Opra , lis-servi tieghu qatt ma naqashom l-almu. Anzi, l-Ispirtu ta’ Alla li kien dejjem jissieheb mal-kontrarjeta’ bhala ziffa soda u helwa, kien jonfoh fil-qala ta’ l-imsejkna dghajsa taghna, imhabbta mill-mewg...

 

Dan il-bini ghandu jilqa’ fih lil dawk li b’qalb kbira kif jixraq lis-snin taz-zghozija, laqghu l-istedina li semghu mill-gholi biex jinxtehtu, bil-hidma taghhom kollha, ghat-tixrid tas-Saltna ta’ Kristu fl-art. Iva: Hawn jigu dawn iz-zghazagh imhejjija biex ikunu jistghu jobdo ghall-kmand ta’ Sid il-hsad: "Morru ghallmu lill-gnus kollha, ippridkaw il-Vangelu lil kull mahluq".

 

Ahna malajr inhossu gewwa fina sentiment ta’ umiljazzjoni u konfuzjoni malli naqbdu nahsbu fuq il-kobor tal-bzonn u l-ftit li l-Opra taghna, li ghadha fil-bidu, tista’ toffri. 1700 miljun huma llum l-abitanti tad-dinja. Minn dawn, 1,000 miljun, jigifieri wisq aktar min-nofs, ghadhom ma jafu xejn fuq il-Feddej taghna.

 

Ahna, minhabba l-hidma ta’ Pawlu minn Tarsu, ilna elfejn sena li smajna bl-isem ta’ Gesu’ imma l-ohrajn ghadhom qatt ma semghu bih. Ghalhekk hadd ma jistaghgeb jekk ahna nsibu ruhna f’konfuzjoni meta nqabblu ghadd hekk kbir man-numru ckejken tal-merhla taghna, li ghaliha bdejna nhejju llum dan il-bini.

 

Izda, biex nghidu s-sewwa, min-naha l-wahda ghandna l-grajja evangelika tal-habba ta’ l-armla li tqawwilna qalbna. Mill-banda l-ohra ahna nixhtu l-harsa taghna ‘l fuq u fih, li hu l-Missier l-aktar mahbub, inqieghdu t-tama taghna kollha, ghaliex meta hu Alla li qieghed jibni ma jahdmux ghalxejn dawk li qeghdin itellghu l-hitan.

 

Farag iehor insibuh fil-hsieb mimli bis-sewwa, li l-qawwa ta’ Alla, li mix-xejn ghamlet kollox, u s-setgha ta’ Alla Bneidem, li b’hames hobziet xebba’ eluf ta’ nies, ma jitbiddlu qatt u ghadhom dejjem hemm.

 

‘Eccellenza Reverendissima’ jkolli l-htija ta’ nuqqas gravi jekk ma nihux l-okkazjoni biex inroddlok hajr ghall-ghajnuna kollha li inti ghogbok taghti lill-Opra ckejkna taghna, mindu dehret fostna sal-lum.

 

Ma jiddispjaciniex, ghalhekk li ahna niftakru fl-istat taghna ta’ l-imghoddi, bla forma, fost tant nuqqasijiet u difetti.

 

Ghajnuna ta’ Missier.

 

Il-hidma taghna mcaqalqa u mmexxija mill-Providenza sabe dejjem fl-Eccellenza Tieghek Reverendissima dik l-ghajnuna ta’ missier li tant tiswa. Ahna biss nistghu nistmaw dan kollu... U ghalhekk inhossu li qeghdin inkomplu d-dmir taghna meta quddiem din il-gabra gentili u qalbiena ta’ ammiraturi u hbieb taghna... nipprezentawlek il-hajr taghna.

 

Bierek, Eccellenza Reverendissima! Bierek din l-Ewwel Gebla. U din il-barka flimkien mal-barka li l-missier ta’ l-Insara kollha ghogbu jaghtina llum, issahhah il-verita’ li hu Alla li pogga idejh ghall-Opra; tissoda fina t-tama taghna fl-ghajnuna ta’ Alla, li tant tiswa, kif jghallimna l-Profeta Sultan. "Jekk il-Mulej ma jibnix id-dar ghalxejn jahdmu l-bennejja."

 

Quddiem folla kbira ta’ nies, Monsinjur Arcisqof Caruana bierek l-ewwel gebla.

 

Bhala parrinijiet taghha kien hemm Sir Ugo Mifsud, il-Prim Ministru ta’ Malta f’dak iz-zmien, u Sir Arturo Mercieca, President tal-Qrati.

 

_________________________________________________________________________

 

L-Orizzont

It-Tlieta, 14 ta’ Settembru, 1993.

Frans Ferriggi M.S.S.P.

Pg.7

 

San Pawl, Mons. Guzeppi De Piro u l-M.S.S.P.

 

Sa min qabel kien ordnat qassis, Guzeppi de Piro kellu f’mohhu li jwaqqaf Socjeta’ Missjunarja. Wara hafna hsieb, talb, diskussjoni uesperjenza u wara li habbat hafna bibien, is-Socjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl twieldet fl-1910 f’dar l-Imdina. Beda b’zewg zghazagh. Iz-zmien baqa’ ghaddej u Dun Guzepp De Piro baqa’ jithabat u jfittex zghazagh biex jinghaqdu mieghu. Bhala hidma ohra favur il-Missjoni beda jistampa l-"Almanakk ta’ l-Istitut tal-Missjoni2 fl-1922.

 

Fil-harga tal-1931, Mons. G. De Piro dahhal tliet kitbiet fuq San Pawl. Tnejn huma talbiet lil San Pawl, it-tielet kitba hi artiklu qasir fuq San Pawl u fuq is-Socjeta’. Minn dawn it-tliet kitbiet ha naraw kif il-fundatur kien ihares lejn San Pawl u xi xtaq mis-Socjeta’.

 

Kif Mons. De Piro Ra lil San Pawl.

 

"San Pawl nistghu nsejhulu l-ewwel missjunarju. Is-sejha tieghu, infatti, u l-missjoni tieghu kienet it-taghlim tal-Vangelu Mqaddes lin-nazzjonijiet".

 

Mela, San Pawl hu l-Missjunarju msejjah biex ixandar l-Evangleju lill-gnus. Imma San Pawl kien missjunarju ghax Kristu habbu u ghazlu; hu min-naha tieghu, habb lil Sidna Gesu’ b’qalbu kollha. Lil San Pawl ikomplu jiddiskrivih bhala "qalb mixghula bl-imhabba ta’ Alla".

 

Din l-imhabba lejn Alla kienet issuqu biex minkejja t-tfixkil, il-mard, il-habs, it-tbatija u kull periklu, jibqa’ fidil ghas-sejha u ghall-missjoni tieghu. Fuq dan il-qaddis, Mons. De Piro jkompli jghidl li San Pawl hu "tromba tas-sema... il-genju tas-sejha ta’ Alla u dak li jressaq l-erwieh lejn Kristu".

 

Nafu li San Pawl waqqaf diversi knejjes - kien imur fost (jew kien isib ruhu hemm), jibda jippriedka, xi nies kienu jikkonvertu, u jwaqqaf knisja. Imbaghad kien jahtar mexxejja biex jiehdu hsieb; hu kien imur xi mkien iehor. Lil dawk li kienu jghinuh, isemmihom b’imhabba u b’ghozza kbira, "Sellu ghal priska u ghal Akwila, haddiema mieghi fi Kristu Gesu" (Rum. 16:3). Isemmi wkoll lil Silvanus, lil Timotju u lil ohrajn. Ghalih ma kienx bizzejjed li kien Appostlu - ghen lil ohrajn biex mieghu jahdmu ghal Kristu.

 

San Pawl kellu wkoll imhabba kbira ghall-insara l-godda li kkonvertew ghal Kristu. Fl-ittri tieghu narawk iwissi u jheggeg u jinkoraggixxi lil uliedu fi Kristu biex ikunu nsara ahjar skond ix-xewqa ta’ Alla.

 

Patrun u Mudell.

 

Lil San Pawl, Mons. De Piro jqisu bhala "xi hadd mill-hbieb ta’ Kristu illi jghinu u jibqa’ jmexxih fost it-tfixkil tad-dinja". Rah bhala "genju tas-sejha ta’ Alla... tromba tas-sema". Il-missjoni ta’ San Pawl kienet cara: li "jwassal il-Vangelu Mqaddes lin-nazzjonijiet".

 

Filwaqt li xtaq li San Pawl ihares lis-Socjeta’ Mons De Piro xtaq ukoll li l-membri tieghu jharsu lejn San Pawl u bhalu jkunu mimlijin imhabba ghal Kristu u jahdmu bla waqfien biex il-bnedmin ihobbu lil Kristu, biex kollha jidhlu fil-merhla tieghu.

 

Is-Socjeta’.

 

Sa mill-bidu, Mons. De Piro kellu f’rasu Socjeta’ Missjunarja. Waqqafha biex "isalva l-erwieh billi tghin lil dawk il-popli li ma ghandhom haddiema tal-Vangelu u billi tieghu hsieb dawk id-djar fejn jigu mibura l-iltiem, ix-xjuh u foqra ohra". Mela jridu jikbru fl-imhabba lejn Alla u lejn il-proxxmu. Hawn naraw kif fehem il-hidma missjunarja: ix-xandir tal-Kelma u l-ghemejjel tal-hniena jmorru t-tnejn flimkien u jnixxu mill-istess ghajn – l-imhabba. Il-hidma missjunarja ma hix marbuta ma’ xi regjun partikulari jew ma’ xi grupp ta’ nies. Hi ghal dawk kollha li ghadhom ma semghux bi Kristu ghax Alla jrid li l-bnedmin kollha jsalvaw.

 

X’jitolbu lil San Pawl.

 

Lil San Pawl, Mons. De Piro jghamillu dawn iz-zewg talbiet:

"Nitolbu lil San Pawl biex iqajjem missjunarji. Jaghtihom f’ruhhom il-hajra ghat-tbatija, il-hegga ghall-gid ta’ l-erwieh, l-imhabba ghall-Imghallem Divin, imhabba bhal dik li kellu huwa mixghula fil-qalb tieghu, li kienet ta’ sikwit iggieghlu jbati ghal hutu".

"Ghalhekk nitolbuh lil San Pawl ghall-konverzjoni ta’ l-infidili, ghall-gabra ta’ dawk li hargu mill-Knisja, ghall-perseveranza fil-gid, ghat-tixrid tal-Vangelu Mqaddes, ghall-opri missjunarji kollha, ghall-vokazzjonijiet missjunarji u ghal dan l-istitut tal-missjoni li qieghed taht il-patroncinju teighu".

 

Dawn iz-zewg talbiet juruna x’kellu f’qalbu ghal Kristu, Mons. De Piro u kif ipprova jghix hu stess u kif xtaq li jkunu l-Missjunarji tieghu. Mill-istorja ta’ hajtu nafu kemm bata biex waqqaf is-socjeta’, kemm bata biex jaghmel il-gid u kemm Alla kien jigi l-ewwel f’hajtu. Il-problem ghenuh jissaffa.

 

Illum.

 

Fid-dinja tal-lum kliem bhal "infidili" ma jintuzax. Sirna midhla ta’ l-Ekumenizmu. Faqqas il-fenomenu tas-setet. Ghandna l-problemi tad-droga u tas-suwicidju (li mhix problema zghira). Zdiedu r-refugjati, l-emarginati, in-nies bla dar... tant problemi ohra.

 

X’se taghmel is-Socjeta’? Kif jispiraha San Pawl illum?

 

F’qaghda bhal din, San Pawl hu aktar mehtieg li jmexxiha u jharisha fost it-tfixkil tad-dinja. Aktar mehtieg li f’qalbna jkebbes dik il-qalb mixghula bl-imhabba ghall-Imghallem Divin; aktar mehtiega l-hidmiet missjunarji li jkomplu jikbru, jissahhu u jaghmlu l-frott.

 

Kif il-Mulej sejjah lil San Pawl, lil tant qaddisin u lil Mons. Guzeppi De Piro u lil ohrajn fl-imghoddi, mhux se jonqosna llum u ghada biex nibqghu nahdmu fost il-gnus neqsin mill-haddiema tal-Vangelu.

 

_________________________________________________________________________

 

In-Nazzjon Taghna

Il-Hamis, 16 ta’ Settembru, 1993.

Alexander Bonnici OFM Conv.

Pg. 19

 

Anniversarju

Mons. De Piro: Il-Malti wahdieni li waqqaf socjeta’ bi skop missjunarju.

 

Sittin sena ilu, Monsinjur De Piro kien qieghed jippjana biex ihalli ‘l Malta, u jmur is-Somalja. Kien se jiehu mieghu zewg missjunarji tas-Socjeta’ li hu kien waqqaf halli dawn jintefghu fuq hajja moghtija ghal Kristu kollha kemm hi, qalb l-indigeni.

 

Sa minn zmien qabel, kien hemm jahdem flimkien mal-Kapuccini Fra Guzepp Caruana. Dan il-Fratell kien ta’ farag kbir ghal Monsinjur De Piro. Fih, kien beda jkun realizzat il-pjan tal-Fundatur. Kien mitfugh fuq hajja missjunarja b’ammirazzjoni ta’ dawk kollha li ghexu qrib tieghu.l Imma kien ghadu wahdu, u kien ma haddiehor.

 

Imma l-bniedem jipproponi u Alla jiddisponi. Waqt li ma kienx jitkellem hlief dwar il-missjoni, Alla f’hin mhux mistenni sejjahlu ghal ghandu, u l-pjan tiehgu ma sehhx.

 

De Piro miet bhal ghada sittin sena ilu, fis-17 ta’ Settembru 1933: ftit wara li mexxa l-purcissjoni tad-Duluri fil-parrocca ta’ San Gejtanu, il-Hamrun.

 

Missjoni fil-veru sens tal-kelma.

 

Il-fatt li, fl-ewwel zmien, De Piro tkellem ukoll dwar il-hidma fost l-emigranti Maltin, inholqitlu xi problem meta gie biex jitlob l-approvazzjoni ghas-Socjeta’ tieghu.

 

Ghalhekk, De Pro beda joqghod attent ghal dak li jikteb. Fi zmien meta kien ghad ma kellhiex il-missjunarji taghha, De Piro sejhilha ‘Istitut ghall-Missjonijiet ta’ Barra’. L-Almanakk li s-Socjeta’ kienet tippubblika kien miktub kwazi kollu minn Monsinjur De Piro. It-titlu tieghu kien ‘San Pawl: Almanacc ta’ l-Istitut tal-missjoni’.

 

De Piro hadem bla tarf biex jibghat ghajnuniet ghall-missjoni. Kumitat kien jahdem taht it-tmexxija tieghu biex jintbaghtu flus u affarijiet ta’ bzonn.

 

Meta Fra Guzepp Caruana mar is-Somalja, De Piro hass li l-iskop missjunarju beda jintlahaq xi ftit. Imma kien ghadu l-ewwel pass. Darba wahda kiteb: "Jalla jsehh li dan l-istitut ckejken ta’ Malta jkollu l-gieh li jibghat missjunarji qalb l-infidili, u fid-dinja kollha kemm hi".

 

Il-kitbiet ta’ inkoraggiment ma qatghu qatt. Hu wera kemm hu kbir is-seham tan-nisrani meta jghin fil-hidma difficli tal-missjunarju: "Il-hidma missjunarja hi ta’ dinjita’ kbira. Imma s-sagrificcji li hi titlob huma kbar ukoll. Hidma hekk tal-ghabe nghinuha billi nithaddtu fuq il-missjonijiet, inxerrdu l-istampa missjunarja u nressqu lejn l-Istituti Missjunarji z-zghazagh ta’ rieda tajba.

 

"Infakkru lill-missirijiet u l-ommijiet li jkollhom htija fuqhom meta jfixklu l-vokazzjoni ta’ uliedhom, u jichdu lil Alla haddiem fil-qasam tieghu. Nghinu ghalhekk lil xi zghazagh b’xi borza ta’ studju biex ikunu jista’ jithejja zaghzugh ghall-missjoni."

 

Korrispondenza ma Art ta’ Missjoni.

 

Waqt li Fra Guzepp Caruana fetah it-triq ghall-missjoni, De Piro qatt ma kien sodisfatt. Emmen li seta’ jsir hafna izjed. Imma kien difficli li jsib missjunarji adatti ghall-missjoni. Mill-art tal-missjoni fejn kein hemm Fra Guzepp, bdiet korrispondenza twila ma’ bosta kapuccini.

 

B’mod specjali, kiteb lil Patri Fortunat Mizzi. Kien mixtieq hafna li De Piro jibghatilhom xi sacerdot mis-Socjeta’ dan ma naqasx milli jkun l-idal ta’ De Piro. Imma Alla deher li ried li din ix-xewqa tieghu ssehh biss wara mewtu. Kellhom jghaddu s-snin mill-mewt ta’ De Piro biex is-Socjeta’ ta’ San Pawl seghet tibghat missjunarji fil-Peru’, Pakistan, u xi artijiet ohrajn.

 

Il-Laboratorju Missjunarju li hu waqqaf f’Malta ssokta jqajjem entuzjazmu. Omm De Piro, in-nobbli Ursola kkollaborat mieghu kontinwament.

 

L-isem ta’ Socjeta’ Missjunarja.

 

Li kieku kien jiddependi minnu, De Piro ried jorbot is-Socjeta’ ckejkna tieghu direttament mal-Kongregazzjoni tal-Propaganda Fide. Din tiehu fi hsiebha l-missjonijiet kollha tal-Knisja. Imma z-zmien kein ghadu ma wasalx.

 

Kien hemm bzonn li jimxi b’pass wara iehor: l-ewwel ikun hemm l-approvazzjoni ta’ l-Isqof ta’ Malta, u mbaghad ‘il quddiem issir Socjeta’ Pontificja. Dan sehh ukoll. Imma kellhom jghaddu erbghin sena mill-mewt ta’ Mons. De Piro.

 

Il-lum, ix-xewqa ta’ De Piro sehhet ghaliex l-Istitut imwaqqaf minnu jissejjah ‘Socjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl’.

 

Tul hajtu, De Piro kien jaf li lis-socjeta’ tieghu ma setax isejhilha missjunarja ghall-fatt li r-realizzazzjoni ta’ dan kienet ghadha nieqsa. Imma l-ideal missjunarju kein hemm. Kif kiteb fl-1920, l-isem ta’ Istitut Missjunarju seta’ jghin hafna, li kieku kellu jigi moghti, biex il-Maltin jingibdu lejn is-Socjeta’ li kienet qed titwieled.

 

Fil-fehma tieghu, l-isem seta’ jhajjar numru akbar ta’ zghazagh biex minghaqdu mas-Socjeta’ halli tintafa’ fuq hidma fejn ir-Religjon Nisranija tkun ghadha ma dahlitx.

 

Il-Farag fid-Diffikultajiet.

 

Fi zmien il-mewt tieghu fl-1933, il-mohh u l-qalb ta’ Mons. De Piro kienu merfughin lejn il-missjoni. Dan li nbeda minnu qed jitlompla mis-Socjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl f’artijiet ta’ missjoni mizghuda bi problemi.

 

Zgur li l-Fundatur ihoss il-farag ghal dak li kiteb il-Kardinal Antoniutti, fl-1969: "Dwar is-Socjeta’ ta’ San Pawl, gie propost lill-Papa li dan l-Istitut jigi trasformat f’Kongregazzjoni ta’ Karattru missjunarju, mhux biss ghal dik il-gzira, imma ghal gnus ohrajn ukoll."

 

_________________________________________________________________________

 

Il-Gens

Il-Gimgha, 17 ta’ Settmbru 1993.

......................................

Pg. 18

 

Mons. Guzeppi De Piro u l-Oratorju.

 

Bhal-lum sittin sena ilu sewwa, pajjizna tilef wiehed mill-akbar benefatturi li qatt kellu, spirtu nobbli mhux tant fid-dixxendenza imma fl-agir u fl-imgieba tieghu ma’ hutu l-bnedmin. Kien tabilhaqq bniedem minn dawk, li kif ried il-Mulej: HALLA KOLLOX U MEXA WARAJH. U f’din il-mixja tieghu fit-triq tal-Mulej, kellu jasal ukoll sa l-Oratorju ta’ Birkirkara, fl-ahhar snin ta’ hajtu, upossibilment l-ahhar inkarigu gdid li accetta li jkompli jitghabba bih.

 

Il-gejjienei ta’ l-Oratorju Domenico Savio, sa l-ewwel xhur ta’ l-1927 xejn ma kien wiehed cert. Sa mit-twaqqif tieghu fl-1910, kein il-hsieb tal-fundaturi tieghu li jkun f’idejn xi socjeta’ ta’ religjuzi biex tkun assigurata l-kontinwita’ tal-hidma fih. Fil-fatt, kien beda bhala Oratorju Salezjan u ghamlu xi zmien jiehdu hsiebu l-Freres. Imma ghal dawk l-ahhar snin, l-Oratorju ta’ Birkirkara kien jiddependi mill-hidma tal-Kan. Mikiel Sammut, li kien ukoll promutur tieghu, u li bhall-fundaturi ried kem jista’ jkun soluzzjoni "long term", kif kieku nghidu llum ghall-Oratorju.

 

Il-Kan. Sammut u Casolani, li kienu jafu bil-hidma fejjieda ta’ De Piro f’diversi istituti, talbuh jiehu wkoll dan l-Oratorju biex jitmexxa mir-religjuzi tas-Socjeta’ (Missjunarja) ta’ San Pawl, lu huwa kien tant thabat biex iwaqqaf. Bejn is-Socjeta’ bejn l-istitui l-ohra u bejn karigi ohra li kellu f’diversi oqsma, dan kie se jkun piz iehor fuq Mons. De Piro. U ghalkemm is-Socjeta’ dik il-habta kien ghad ma kellhiex wisq membri u ftit ferm sacerdoti, Mons. De Piro accetta r-responsabbilta’ ta’ l-Oratorju ta’ Birkirkara, f’isem is-Socjeta’ mwaqqfa minnu, f’kuntratt li sar fl-4 ta’ April 1927.

 

Fl-ewwel snisn ta’ wara din id-data jidher li zamm id-direzzjoni ta’ l-Oratorju personalment, minkejja li ma kien possibbli ghalih li jkun fil-post kuljum, sakemm f’Ottubru tas-sena ta’ wara stabbilixxa l-ewwel komunita’ permanenti fil-post. Kif kien mitlub fil-kuntratt imsemmi, De Piro u s-Socjeta’ baqghu jmexxu l-Oratorju fl-ispirtu originali tieghu ta’ "Oratorju festiv": post fejn it-tfal, dak iz-zmien subie biss, ta’ Birkirkara kienu jingabru ghal rikreazzjoni onesta, taghlim Nisrani u talb. Barra mill-Oratorju nnifsu, minhabba li kien ftit barra r-rahal dak iz-zmien, it-taghlim kien isir ukoll f’zewg centri ohra, imma kienu jiltaqghu haw ghal attivitajiet kollettivi.

 

Ghalkemm l-Oratorju ta’ Birkirkara kellu jkun responsabilta’ ohra ghal De Piro, huwa fih sab ukoll mod biex islovi wahda mill-problemi li kellu. Kif semmejna, tabilhaqq li l-ghadd ta’ membri tas-Socjeta’ kien zghir. Imma fl-istess waqt kien qed jara n-numru ta’ aspiranti dejjem jikber, u dment li kien ghadu ma bediex id-Dar ta’ Sant’Agata, id-dar li kellu dak iz-zmien fl-Imdina kienet kulma jmur qed tickien.

 

Ghalhekk Mons. De Piro ha wkoll l-opportunita’ biex fl-Oratorju ta’ Birkirkara jibni, fl-ispazju utilizzabli li dan kellu mieghu, u jwaqqaf centru fejn seta’ jigbor zghazagh aspirtanti li jidhlu fis-Socjeta’ ta’ San Pawl. Allura rranga u zied mal-bini li kien hemm, biex fil-post ikun jista’ jilqa’ lil dawk iz-zghazagh, halli jghixu flimkien f’komunita’, waqt li matul il-jum ikomplu l-istudji taghhom, li kienu jaghmlu fil-Kullegg San Alwigi, f’Birkirkara stess. B’hekk twieled dak kli huwa sejjah: Edukandat Santa Marija, ghall-paruna tas-Socjeta’. Gieli kien jibaq’ maghhom fil-ost u fost il-kmamar li kienu tqassmu, kein zamm wahda appposta ghalih. L-aspiranti nfushom, imbaghad kienu jaghtu sehemhom ukoll fil-hidma tal-post: min jghallem id-dittrina, min jissorvelja t-tfal waqt il-loghob jew fil-kappella u min jaghti daqqa t’id f’xoghol manwali ta’ htiega. Barra minn dan, Mons. De Piro beda juza l-Oratorju wkoll ghal hidma favur il-missjoni, li hu l-iskop ewlien tas-Socjeta’ li waqqaf.

 

Dan kien isir bil-ko-operazzjoni bejn il-katekisti tal-post u membri tal-Latoratorio apposta ghal-missjoni, li kien iffurmat minn ghadd ta’ ko-operaturi, fosthom l-istess ommu.

 

Fost attivitajiet ohra, dawn kienu jaghmlu fieri fil-ground u serati b’tema missjunarja fis-sala ta’ l-Oratorju.

 

Meta kien ikun jista’, ma kien jonqos li jitla’ sa l-Oratorju. F’xi whud minn dawn iz-zjarat, Mons. De Piro kien isejjah lill-aspiranti wiehed wiehed fil-kamra tieghu biex bil-pariri siewja jkompli jmexxihom fil-vokazzjoni taghhom.

 

Mons. De Piro ma kienx jonqos li jkun prezenti wkoll fi granet importanti ghall-Oratorju. Fost dawn, nghidu ahna, fl-okkazzjoni tal-festa titulari ta’ Marija Ghajnuna ta’ l-Insara, li fiha kienet issir ukoll il-festa ta’ l-Ewwel Tqarbina tas-subien Karkarizi kollha.

 

L-ahhar hsieb ta’ De Piro ghall-Oratorju ta’ Birkirkara kien wiehed ta’ tkabbir tal-lokal innifsu. Kellu l-hsieb li jixtri terran vojt li kien hemm magenb il-kappella, fost l-ohrajn biex hemm isiru kmamar aktar adatti ghat-taghlim tad-Dutrina. Ix-xiri ta’ dan it-terran kellu jsir b’kuntratt nhar it-tmintax ta’ Settembru 1933, izda l-Mulej kellu hsibijiet ohra, ghax sejjahlu fi hdanu l-jum ta’ qabel, is-17 ta’ Settembru 1933 - sewwasew 60 sena ilu.

 

_________________________________________________________________________

 

Il-Mument

Il-Hadd, 19 ta’ Settembru, 1993

Alexander Bonnici OFM Conv.

Pg. 28

 

F’Gheluq is-60 sena mill-mewt ta’ Mons. G. De Piro.

Ghajnuna ghall-Maltin li fittxew ghajxien boghod minn arthom.

 

Sittin sena sena ilu, fis-17 ta’ Settembru 1933, miet Mons. Guzeppi De Piro, il-Fundatur tas-Socjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl. Kien ta’ nisel nobbli, Bosta ghemejjel ta’ Hajtu jolqtuna bhax kulfejn inhass il-bzonn hu medd idejh biex jaghti l-ghajnuna. Fost l-oqsma li hu u s-Socjeta’ tieghu ntefghu fuqhom kien hemm dik ta’ emigrazzjoni. Fi zmien ta’ faqar kbir u ta’ nuqqas ta’ xoghol hafna minn missirijietna raw li ma setghux isibu futur ghalihom fi gziritna. De Piro ghen lil hafna spiritwalment u materjalmenti ukoll.

 

Barka ta’ Papa.

 

Il-futur Kardinal La Fontaine, wara li f’Malta ltaqa’ ma De Piro tkellem mal-Papa Piju X fuq is-Socjeta’ ta’ San Pawl li kienet ghadha kif twaqqfet. Ma kinitx serjra tkun ghall-emigranti. Anzi, l-iskop ewlieni kien se jkun li tahdem f’artijiet ta’ missjoni.

 

Izda minn kliem La Fontaine, il-Papa emmen li l-hidma fost l-emigranti kienet diga’ tezizti. San Piju X, lil De Piro, fil-11 ta’Gunju 1911, kitiblu: "Lill-iben mahbub, is-sacerdot Guzeppi De Piro, u lis-sacerdoti u katekisi miktubin fil-Pja Unjoni, minna xejn anqas mahbubin. Lilkom ilkoll li ghandkom bhal skop il-kultura spiritwali tal-fidili fil-kolonji Maltin ta’ Korfu’ u ta’ Tripli, waqt li nifirhulhom minn qalbna, maghtuhom il-barka appostolika taghna".

 

Ghalkemmm La Fontaine ma fehemx tajjeb lil De Piro, ma nahsbux li dan ma hasibx tassew fl-emigranti.

 

Emigranti li abbandunaw twemminhom.

 

Tul iz-zmien li kien segretarju ta’ l-Arcisqof Caruana, De Piro kien jisma’ l-ilmenti ta’ sacerdoti Maltin, huma wkoll, kienu telqu art twelidhom biex jemigraw. Kienu xi drabi sacerdti li ferhu ghax hassew kemm il-Maltin kienu jixtiquhom u kemm kellhom bzonnhom. Fl-istess hin, dawn is-sacerdoti tnikktu ghax tant u tant maltin ohrajn baqghu minghajr il-farag ta’sacerdot li jifhimhom, u jaghtihom dak l-ghajxien tar-ruh li tant kellhom bzonn.

 

Ma’ Mons. De Piro, sacerdoti ohrajn gieli lmentaw talli l-Maltin kienu saru aghar minn haddiehor. Kien b’ghafsa ta’ qalb meta waslu sahansitra rapporti li Maltin emigranti raw kif ikkalunjaw lis-sacerdoti ta’ arthom biex igeghluhom ihossu li huma ma riduhomx qrib taghhom.

 

Benefattur tal-Maltin imxerrda mad-dinja.

 

L-ewwel abbozz ckejken tar-regoli ghas-Socjeta’ ta; San Pawl juri li x-xewqa ta’ Mons. De Piro kienet li s-Socjeta’ teighu tintafa’ b’mod partikulari biex tahdem qalb il-Maltin imbieghda minn art twelidhom. Izda qabel ma De Piro kellu sacerdoti fis-Socjeta’ tieghu, bosta Maltin li kienu qed jahdmu fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika u fl-Awstralja kienu qed jarawh bhala benefattur taghhom.

 

Certu G. Fenech, minn San Francisco fl-Istat Amerikan ta’ Kalifornja, f’ittra tad-19 ta’ Settembru 1914, lil Mons De Piro sejjahlu: "Benefattur, mhux tal-Maltin ta’ Malta biss, izda tal-Maltin kollha li hawn imxerrdin mad-dinja".

 

De Piro kien qed jaghmel hiltu biex isib sacerdoti ghal fost l-emigranti, specjalment meta dawn irrikorrew ghandu, u wrewh kemm kienu jixtiequ s-sacerdot. Il-fiducja f’De Piro kienet kbira. L-imsemmi Fenech kitiblu: "La ndhalt int, il-bicca tas-sacerdot ghall-Maltin ta’ Kalifornja ghandha ssehh zgur".

 

De Piro habrek kemm felah flimkien ma’ qassis Malti iehor biex jintbaghat Patri Frangiskan. Dan intlaqa’ b’ferh kbir. Kif wasal lil De Piro kitbulu: "Il-Patri Indri Azzopardi wasal hawn qawwi u shih. Mali l-Maltin semghu li qieghed il-kunvent, l-ghada filghaxija morna daqs mitt ruh naghtuh il-Buon Venut".

 

Is-sehem ta’ De Piro kien kbir. Ghalhekk, kitbulu: "Ghandi nghidlek li ismek issemma hafna, u ta’ Dun Gejt ukoll: ghax intom flimkien tahtu li din il-bicca sehhet. Nirringrazzjak bil-qalb kollha ghan-nom tal-Maltin ta’ Kalifornja, u l-figura tieghu ghad trid tidher ghall-eternita’ fil-knisja li sejrin nibnu f’San Francisco".

 

Xewqa ta’ l-Awstralja wkoll.

 

Lil Fr. William Bonett, fl-1916, De Piro kellmu dwar is-Socjeta’ li kien waqqaf. Fost l-ohrajn qallu: "Ghad jasal iz-zmien li mmiddu riglejna anki fl-Awstralja". Biex it-triq titwitta xi ftit ghall-kleru djocesan lil De Piro ppropnewlu: "Jaqbel li jigi nominat xi sacerdot f’Malta biex dawk is-sacerdoti li jkunu jixtiequ jigu l-Awstralja jkunu jistghu jikkomunikaw mieghu".

 

Imqanqal minn dawn il-bzonnijiet, fl-ewwel abbozz tar-Regolamenti teighu, De Piro kiteb: "L-ghan tas-Socjeta’ ckejkna jkun li taghti ghanuna b’mod partikulari u qabel kulhadd lill-Maltin imbieghda min art twelidhom". Izda hu qatt ma ried jinghalaq ghall-Maltin biss.

 

‘Il-quddiem, sa fi zmienna, ma kinux ftit il-membri tas-Socjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl, ulied Mons. De Piro, li hadmu fost l-emigranti Maltin fl-Awstralja, fl-Amerika u fil-Kanada.

 

F’dan id-dawl ukoll, Mons. De Piro ghandu jitqies bhala wiehed mill-benefatturi ta’ art twelidna.

 

_________________________________________________________________________

 

It-Torca

Il-Hadd, 19 ta’ Settembru, 1993

..........................

Pg. 26

 

Gawhriet sbieh ta’ erwieh tajba.

Mons. Guzeppi De Piro

- 1933)

 

Malta hi moghnija b’gawhriet sbieh u prezzjuzi ta’ erwieh tajba, li certament jisthoqqilhom li mhux biss jinghataw gieh bhala bnedmin ghal hidmiethom, izda wkoll (u ghal dan il-ghan wiehed irid jahdem hafna) illi jinghataw gieh bhala qaddisin, mhux tant ghall-hajja ta’ qdusija li ghexu izda anke ghall-opri kbar li hallew warajhom ghas-servizz tal-bnedmin.

 

Mons. De Piro, wahda minn dawn il-gawhriet, din is-sena jaghlaq 60 sena mejjet. L-ispirtu tieghu, il-hegga u l-hidma li huwa nissel fost id-dixxipli tieghu ghadhom hajjin u jaghtu l-frott mixtieq.

 

U min jaf kemm ghad iridu jaghtu iktar! Kull meta niftakru f’din ir-Ruh Qaddisa immedjatament tigina f’mohhna Santa Teres tal-Bambin Gesu’.

 

Kemm Mons. De Piro kif ukoll Santa Teresina qatt ma marru l-Missjoni, izda minn dejjem haddnu fil-fond ta’ qalbhom imhabba kbira lejn il-Missjonijiet. Santa Teresina minkejja li ghexet hajjitha kollha, sa minn ckunitha, maghluqa f’Monasteru tal-Klawsura giet dikjarata sollennement "Patruna tal-Missjonijiet". Mons. De Piro waqqaf Kongregazzjoni - IS-SOCJETA’ MISSJUNARJA TA’ SAN PAWL - impenjata esklussivament f’hidma missjunarja.

 

Guzeppi De Piro kien ilu jbehren il-hsieb f’mohhu li jwaqqaf socjeta’ missjunarja minn qabel ma gie ordnat qassis. Ghalih din kienet holma li wara hafna hsieb, talb, diskussjoni u tahbit, fl-1910 tieldet is-Socjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl f’dar gewwa l-Imdina, b’zewg zghazagh.

 

De Piro, izda baqa’ jithabat u jifittex li iktar zghazagh jinghaqdu f’din is-socjeta’ ghadha tarbija. Il-hidma tieghu tat il-frott mixtieq ghaliex din tant issahhet illi baqghet ghaddejja u ghadha sal-lum twettaq il-hidma taghha f’pajjizi mbeghda bhall-Awstralja, il-Kanada, l-istati Uniti, il-Peru’ u l-Pakistan. Il-Kongregazzjoni qed tahseb srjament biex fl-iqsar zmien possibbli tiftah dar ohra fl-art tal-Missjoni, fl-Afrika.

 

Sa mill-bidu kellu f’rasu Socjeta’ Missjunarja. Waqqafha biex isalva l-erwieh, billi tghin lil dawk il-popli li ma ghandhomx haddiema tal-Vangelu u billi tieghu hsieb dawk id-djar fejn jigu migbura l-iltiema, ix-xjuh, u foqra ohra.

 

F’Malta l-MSSP, hija mpenjata l-aktar fil-qasam socjali u edukattiv, hidma ohra li kienet tant ghal qalb il-Fundatur Mons. De Piro li tista’ tghid iddedika hajtu, hinu u gidu ghas-servizz tal-fqar u ta’ l-iltiema.

 

Mons. De Piro twieled l-Imdina nhar it-2.11.1877 iben in-Nobbli Alessandru dei Marchesi De Piro.

 

Mons. De Piro kien ammiratur kbir ta’ l-Appostlu Missierna San Pawl, ghaliex fih huwa kien jara missjunarju kbir, li ghalkemm qabel ma kkonverta, kien ghamel hafna hsara lill-Knisja ta’ Kristu, wara mhux biss patta, izda sar sahansitra wiehed mill-ikbar appostli li xerrdu l-Kelma ta’ Kristu, u l-Vangelu ma’ l-erbat irjieh tad-dinja.

 

Waqt li kien qed isegwi kors fil-Ligi gietu l-Vokazzjoni u mar fil-Kullegg Capranica u hekk kif temm l-istudji fl-Universita’ Gregorjana gie ordnat Sacerdot fl-1902. Serva fil-Parrocca tal-Qrendi, Direttur fl-Istitut Fra Diegu u Istituti ohra ta’ l-Orfni. Mahtur Kanonku tal-Katidral, l-Arcisqof Dom Mawru Caruana OSB, riedu bhala segretarju tieghu. Kien Rettur tas-Seminarju, Dekan tal-Katidral u membru ta’ l-Assemblea Nazzjonali. Rapprezentant tal-Kleru fis-Senat.

 

Wara hidma ta’ medjazzjoni fil-kwistjoni politiku-religjuza tas-snin 30, Mons De Piro miet b’attakk f’qalbu waqt celebrazzjoni Ewkaristika fi tmiem il-purcissjoni tad-Duluri nhar is-17 ta’ Settembru 1933.

 

_________________________________________________________________________

 

Lehen is-Sewwa

Is-Sibt, 25 ta’ Settembru, 1993.

Dun Frans Ferriggi, M.S.S.P.

Pg. 9

 

Sittin Sena minn Mewtu

Il-Genituri u l-Vokazzjoni fil-kitba ta’ Mons. G. De Piro.

 

Fl-1910, Mons. Guzeppi De Piro fetah l-ewwel Dar tas-Socjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl. Laqa’ zewg zghazagh go dar fl-Imdina; kien ilu jithabat u qabel kien ukoll fittex li jsieheb mieghu qassisin djocesani ohrajn. Izda ma wasal imkien. Wara li fetah l-ewwel Dar, baqa’ jfittex, jittama u jistaqsi zghazagh ohrajn. L-isforzi tieghu tawk aktar rizultati, ghakemm bil-mod u b’hafna taqtigh ta’ qalb. Fl-1922 beda jistampa "L-Almanakk ta’ l-Istituttal-Missjoni". Dan l-Almanakk kellu bosta finijiet; wiehed minnhom kien li jzid it-taghrif u l-interess fil-Missjoni u li jhajjar zghaazgh ohra biex jinghaqdu mieghu fil-hidma missjunarja.

 

Kif ihares Mons. De Piro lejn il-Vokazzjoni.

 

L-ewwel nett, Mons. De Piro jara l-vokazzjoni bhal rigal ta’ Alla imma flistess hin irridu nitlub ghalih. Kif u ghaliex isejjah, jibqa’ misteru imma jinqeda aktarx b’affarijiet ordinarji: xi kelma, xi cirkustanza, xi hsieb.

 

Ghalkemm is-sejh ssir lil zaghzugh jew li zaghzugha, din is-sejha tolqot lill-familja kollha. U t-tnejn iridu jaghmlu l-bicca mitluba minnhom. Waql li l-ulied ghandhom jisimghau l-kelma tal-genitur ghx dawn jirrapprezentaw ‘l Alla, il-genitu ma jsitghux jimponu imma ghanhom jaghtu kaz ta’ dak li Alla jitlob u lil uliedhom ihalluhom liberi li mimxu mas-sejha ta’ Alla. Ghazla bhal din titlob safrificcju miz-zewg nahat - sew min0-naha tal-genitur u sew min-naha ta’ l-ulied. Imma l-prmju hu kbir u jmur fuq iz-zewg nahat; u l-genituri ghandhom sehem kbir mill-hidma ta’ binhom jew ta’ binthom. Barra minn hekk, sa minn din id-dinja huma jkollhom paci kbira f’qalbhom.

 

Iheggeg lill-genituri biex jitlobu ghall-vokazzjonijiet u biex idarru lil uliedhom jaghmlu xi sagrificcju ghall-missjonijiet. Kien il-Mulej innifsu li kkmandana nitloub lil Sid il-hsad biex jibghat il-haddiema fil-hsad tieghu.

 

Il-Genituri.

 

Matul is-snin li fihom dan l-Amanakk dam johrog (1922 – 1936 barra mill-1935 metama harigx) insibu ghadd ta’ artikli u hsibijiet miktubin ghall-genituri u l-aktar ghall-ommijiet. Juruna jew igeghlun nhossu xi problem li Mons. De Piro seta’ habbat wiccu maghhom hu u jiltaqa’ mal-genituri.

 

Jidher li ltaqa’ ma genituri li sabuha iebsa jhallu lil uliedhom isriru religjuzi ma’ Istitut gdid - u dan missjunarju. Lil dawn il-genituri jinkoraggihom u jghidilhom kliem mahsub biex jikkalma l-bizghat taghhom. Jurihom li jifhimhom, imma jheggighom biex jaghmlu l-pass - imqar fid-dlam, u jaccettaw l-ghazla ta’ wliedhom.

 

Lil xi genituri li ma jkunu jridu jafu b’xejn u li jifixklu b’kull mod, ikellimhom iebes: "Il-kelma tieghi mhix ghal dawk il-genituri li jahsbu li hi xi dzgrazzja li jkolhom fil-familja xi sejha ghall-missjonijiet." Fl-Almanakk f’din id-darba biss hu hekk iebes u zgur li ghall-gid sew tal-genituri u sew ta’ l-ulied.

 

Fl-ahhar nett isemmi bosta drabi u jfahhar lil dawk il-genituri li jixtiequ u jinkoragixxu lil uliedhom meta dawn juru x-xewqa ghalhajja bhal din.

 

Jikteb fuq il-htiega li l-genituri jghixu ta’ nsara, jaghtu ezempju tajjeb u jitolbu ghall-vokazzjonijiet. Bhala ezempju jsemmi lil omm il-Kardinal Vaughan li kienet taghmel kuljum siegha talb biex xi hadd minn uliedha jhaddan l-istat ekklezjastiku. U jsemmi wkoll il-kaz ta’ Lu, post fl-Italja fejn l-ommijiet kellhom il-Kongregazzjoni ta’ l-Ommijiet Insara. Kienu jiltaqghu kull l-ewwel Hadd tax-xahar, jitlobu jismghu l-Quddies u jitqarbnu, jitghallmu l-Katekizmu u jiaghmlu ezercizzji religjuzi. It-talb ta’ dawn l-ommijiet kien ta’ hafna frott fil-qasam tal-vokazzjonijiet, sew ta’ l-irgiel u sew tan-nisa.

 

Iz-zghazagh

 

Mons. De Piro ma jiktibx biss artikli mahsubin ghall-genituri, imma jikteb ukoll xi artkli mahsubin ghaz-zaghazagh. Daqqa jinqeda bie storja ta’ x’ghamel xi missjunarju, daqqa jikteb artiklu taht forma ta’ djalogu bejn zewg zghazagh u gieli wkoll inqed b’xi poezija - aktarx sab xi hadd li kitibhielu. Dejjem iheggeg u jittama li dak iz-zaghzugh jieqaf jahseb. Ifakkar liz-zaghazagh u lill-kbar li f’kull mohh zaghzugh hemm il-mistoqsija ‘X’se nsir?’. Waqt li jsemmi ghazliet ohra jfakkar li tezisti l-ghazla ghas-sacerdozju, ghall-hajja relugjuza, ghall-missjoni. Ifakkar li kif jghid Gesu’, il-hsad huwa kbir u l-haddiema ftit; dan hu l-mument tal-grazzja li tghinu jwiegeb.

 

1993.

 

Ghaddew sittin sena mill-mewt tal-Fundatur. Il-mod ta’ kif il-poplu jhares lejn il-qassis u l-mod ta kif il-qassis ihares lejh innifsu u lejn il-missjoni tieghu nbidel. Il-hajja tal-fmilja ghaddiet u ghaha ghaddjja minn taqlib kbir. Il-Knisja qieghda tghin lill-Insara jifhmu kif huma jistghu jghixu ta’ Nsara llum. Fl-istess hin, il-qassis, is-soru, il-missjunarju, ir-religjuz, jibqghu mehtiega - u forsi jisru mehtiega aktar minn qatt qabel ghax id-dinja llum qieghda thoss aktar il-vojt li nhossu meta nwarrbu ‘l Alla.

 

F’dinja bhal din, il-genituri saru aktar importanti: jibqghu l-ewwel edukaturi ta’ wliedhom. Jekk lil uliedhom jifhmuhom sewwa,jistghu jghinuhom hafna; jekk jifhmuhom hazin jew jekk jahsbuhom ‘taghhom’, jistghu jaghmlulhom hafna hsara. Tibqa’ l-htiega li jitlobu ghall-vokazzjonijiet; jibqa’ jghodd il-parir ta’ Mons. De Piro li jdarru lil uliedhom jaghmlu xi sagrificcju ghall-missjonijiet; jibqa’ l-fatt li Alla ghadu jsejjah.

 

Ta min jistaqsi: "Illum, genituri u wlied, kif qeghdin iharsu lejn is-sejha ta’ Alla?".

 

_________________________________________________________________________

 

Il-Mument

8 ta' Mejju, 1994

Alexander Bonnici. OFM Conv.

Pg 11

 

Mons. Guzeppi De Piro

Il-qassis li habb tassew lil art twelidu.

 

It-8 ta' Mejju ta' kull sena jfakkarini b'mod specjali f'Mons. De Piro. Jiena narah bniedem komplut, ghax ghalkemm qassis u wild in-nobbli, kien kapaci jidhol fil-qalba tal-problemi tal-gens Malti.

 

Bl-ebda mod ma kien jahseb li, ghax qassis, it-tbatijiet tl-poplu ma kinux jiddependu minnu. Hu hass li seta' jaghmel, u mhux xi haga biss. Hu ntafa' ghal dan b'ruhu u gismu, u dahal ghal sagrificcji li seta' jekhles minnhom ghax, fil-pozizzjoni tieghu ta' iben familja sinjura, ma kien jonqsu xejn. De Piro habb lil Malta u lill-Maltin. Hu habb l-istorja ta' Malta, u kedd meta raha traskurata fl-iskejjel. Izda lil Malta, hu habbha b'mod shih ghax emmen , li bhala qassis, kien fid-dmir tieghu li jsir il-bniedem ta' kulhadd. It-8 ta' Mejju 1898 kienet il-gurnat ameta ha d-decizjoni tieghu. Ghalkemm il-kwalitajiet li kellu kienu hafna, De Piro ddecieda li ma jsirx avukat, ghalkemm kien ilu tliet snin jistudja l-ligi fl-Universita'. Iddecieda wkoll li ma jiddekikax ruhu ghall-arti tal-pittura, ghalkemm kien jinqala' f'dan, u sahansitra fi tfulitu, kien diga' rebah xi prejmju bhala pittur. Id-disinji sbieh li kien jaghmel kien jaqbel li ma jkunux ghalih l-iskop ta' hajtu. L-ideal kellu jkun bil-bosta izjed gholi.

 

Malti li habb 'il-Maltin.

 

Lill-poplu Malti, De Piro ma kien tah l-ebda konribut billi kien Monsinjur tal-Katidral. Izda, f'dik il-pozizzjoni tieghu, hu ghenu meta thabat biex it-tfal jitghallmu l-istorja ta' Malta.

 

Hu ghenu meta, fil-pzizzjoni tieghu ta' Segretarju ta' l-Arcisqof, thabat halli dawk li ma setghux jaqilghu l-ghajxien f'Malta titwittilhom it-triq halli jemigraw, u jkollhom biex jghixu denjament.

 

De Piro ghen hafna lil Mata meta, bhala Rettur tas-Seminarju, thabat biex Malta jkollha qassisin tajbin. Kienu mehtiega qassisin li, mhux sempliciment ikunu ghorrief u b'xi lawrja. Kienu mehtiega dawk li jkunu jithalltu mal-poplu halli jifhmu liema kienu l-bzonnijiet tieghu.

 

Hu wera ruhu tassew patrijott meta, bhal Direttur ta' hamest idjar ta' ltiema u ta' tfal f'diffikulta, jaghti formazzjoni nisranija, u jipprepara fihom cittadini li jkunu ta' gieh ghal Malta ta' zmienhom.

 

Fin-Niket tas-Sette Giugno

 

Malta ta' zmien De Piro kienet ghaddejja minn tbatijiet kbar. Il-foqra u t-tallaba kienu jishru kullimkien. Dawn zdiedu tul l-ewwel gwerra dinjija. Ma nistghabux ghalhekk li l-Maltin qamu kontra l-Inglizi, b'konsegwenza li, fis-7 ta' Gunju 1919, xtered ukoll id-demm. Erba' Maltin sfaw maqtula.

 

Mons. De Piro kien diga' qed jaghti s-sehem tieghu bhal membru ta' l-Assembea Nazzjonali. Mlatin maghqudin flimkien riedu jaghtu Kostituzzjoni lil Malta li tigi maghrufa mill-Inglizi.

 

Il-Maltin kienu fferockati kontra l-ingustizzji ta' l-Inglizi. Ghalhekk, De Piro, bhal cittadin Malti li habb tassew, fehem li l-kalma u l-paci kienu mehtiega, biex ma jkunx hemm konsegwenzi izjed koroh.

 

Il-kapijiet tal-Maltin hassew ukoll li l-poplu ma jismaghhomx jekk, fil-qrib taghhom, ma jkunx hemm ukoll Mons, De Piro. Il-poplu kien donnu mitluf, u kie hemm min kellem hazin anki lil De Piro. Izjed tard, gie mistoqsi dwar dan; izda ma ried jaghmel l-ebda kumment. Beza' li kelma wahda zejda setghet tkun ta' hsara ghall-Maltin.

 

Lill-Maltin, iddefendihom b'qawwa meta l-Inglizi kienu se jaghtu s-sensja lil hafna minnhom, wara li spiccat l-ewwel gwerra dinjija. Meta ntebah li, mal-poplu li tqabad ghad-drittijiet tieghu, kienu dahlu xi kriminali wkoll, De Piro thabat halli jiftah ghajnejn dawk li riedu l-veru gid ta' Malta. Hu qal: "Hemm bzonn li mmorru nghid lill-poplu biex ma jkomplix dan it-tharbit ghax inkella jhassar il-kawza kollha".

 

Kien hemm dawk li riedu jattakaw id-dar ta' Francia, quddiem it-teatru. De Piro ghamel minn kollox biex jikkalmahom. De Piro u l-Isqof Portelli kienu dawk li ghamlu hilithom biex igibu l-paci, u ma jhallux li jkun hemm Maltin li johduha wkoll kontra Mons. Mawru Caruana, l-Isqof ta' Malta.

 

Sehem fil-Politika.

 

De Piro ma kienx membru ta' partit bhal Mons. Dandria, Mons. Panzavecchia, u Dun Mikiel Gonzi. Izda kien fis-Senat ta' Malta bhal rapprezentant tal-Kleru. Qabel ma kien fil-Parlament, De Piro diga beda jithabat hafna biex f'Malta jerga' jkun hawn il-paci, il-Maltin jiehdu li haqqhom, u r-Religjon Kattolika tkun dikjarata bhala r-Religjon ta' Malta.

 

Meta, fl-1930, inqala' l-inkwiet bejn il-Knisja u Strickland, De Prio ghamilha ta' medjatur, De Piro kellu laqghat ma' Strikland u ma' dawk tal-Partit tieghu. Lil Strickland, hu wrieh li makellux hlief x'jakkwista jekk jersaq lejn il-Knisja, u jitlob mahfra. Wrieh ukoll li l-qassisin kienu jixtiequ hafna l-paci.

 

Jidher li l-familja ta' De Piro kienet ma' Strickland. Il-Baruni Igino De Piro kien hareg mieghu ghall-elezzjoni. Izda, billi l-Arcisqof Caruana kien ikkundanna lil Strickland, b'sens ta' sottomissjoni, fl-1931, il-Baruni De Piro baghat jghid lill-Arcisqof li ma kienx se johrog ghall-politika.

 

Senatur fil-Parlament Malti.

 

Fl-1931, De Piro gie maghzul bhala r-rapprezentant ta' l-Arcisqof fis-Senat. Ma kienx xi wiehed li joqghod jitlewwem fil-parlament. Ghalhekk, f' 'The Daily Malta Chronicle' inkiteb: "Ahna nhossu li ghandan niggudikaw li hu accetta li jidho ghal dik il-hidma ghax ra li dak kien dmir tieghu u ghax qatt ma fittex dak li jaqbillu. Is-sens tad-dmir u d-dedikazzjoni ghall-ohrajn, fil-karattru tieghu, dejjem inhassu li kienu qabel kull haga ohra. Hu tqabad dejjem minghajr qatt ma dahal fit-tilwima ta' bejn partit u iehor".

 

Fil-fatt, fil-parlament, De Piro ma tkellimx wisq. Izda mbaghad, fl-ahhar sena ta' hajtu, fl-1933, fil-Parlament, hu kien id-difensur qawwi tal-hajja xierqa.

 

De Piro wera kemm kienihobb tassew lill-Maltin meta ma bezax jikkritika dak li kien ta' hasara. Xi postijiet li fihom kienu qed imorru tfajliet u guvintur kienu saru ta' skandlu. Fost l-ohrajn, De Piro qal: "Imissna nahsbu, mhux biss ghall-imsejkna tfaliet taghna, izda wkoll ghal tant guvintur... Ma rridx nidhol fil-kwistjoni ta' l-eta' ta' dawn it-tfajliet li jservu fil-hwienet tax-xorb. Min-naha tieghi jiena tal-fehma li ghandu jsir minn kollox biex dawn in-nisa jitwarrbu minn dawk il-hwienet ghax il-periklu hu ghal kulhadd".

 

Dik id-darba, De Piro kellu hafna xi jghid. Kulhadd, fahhar il-kelmiet tieghu. Id-diskors tieghu kien pubblikat biex il-poplu jkun jaf x'qal. Fost l-ohrajn, fil-Lehen is-Sewwa tal-4 ta' Marzu 1933, inkiteb: "Mons. De Piro qieghed lil kulhadd f'postu, u ta lil kulhadd dak li haqqu. Ma' Mons De Piro, ninghaqdu ahna wkoll billi nawgura lill-Ministru tal-Pulizija li jkompli jahdem bil-hila kollha tieghu ghall-moralita tal-pajjiz."

 

Il-Pedament tal-Patrijottizmu.

 

De Piro kien nisrani fil-atrijottizmu tieghu. Kien konvint li r-Religjon Nisranija tgholli lill-bniedem socjalment ukoll. Ir-Religjon, mhux biss tressaq lill-bniedem lejn Alla, izda wkoll lejn hutna l-bnedmin. Ir-Religjon tghin ukoll biex il-bniedem jaqdi ahjar id-dmirijet tieghu bhala cittadin.

 

Ghandna bzonnhom illum ukoll sacerdoti bhal Mons. De Piro. Is-Sacerdot li, bhal Mons. De Piro, jiddefendi bla biza' l-principji tal-hajja nisranija jkun haqqu kull gieh, mhux biss mill-Knisja izda wkoll mill-istat. Izda, min-naha l-ohra, jekk dan il-gieh ma jinghatax, ma jkun gara xejn ghax hu jhoss is-sodisfazzjon li jkun qed d-dmir tieghu quddiem Alla u quddiem il-bnedmin.

 

_________________________________________________________________________

 

In-Nazzjon

It-Tlieta, 10 ta' Mejju, 1994.

Alexander Bonnici OFM Conv.

Pg.23.

 

Mons.Guzeppi De Piro

Is-Sacerdot li ta hajtu ghall-Knisja ta' Malta.

 

Fost il-Maltin ta' hajja qaddisa li nittamaw li ghad naraw il-Knisja taghraf il-qdusija taghhom, hemm Mons. Guzeppi De Piro.

 

Ahna llum nafu ahjar, mhux biss ghax ghandna l-hajja tieghu stampata bl-Ingliz u bil-Malti, imma wkoll ghax De Piro ghadu tassew haj. Hu kien il-fundatur ta' l-istitut ta' hajja konsagrata.

 

Hu l-Fundatur tas-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl. Din ghadha hajja u baghet tizviluppa, u lil De Piro tarah bhala l-missier qaddis taghha.

 

Ma kellux zmien ghalih.

 

De Piro kien jixtieq jghix f'hajja komunitarja ma' sacerdoti ohrajn. Kien jittam li jkollu ftit zmien halli jghin izjed lis-Socjta' mwaqqfa minnu. Imma l-fiducja li kellhom fih l-Isqfijiet ta' Malta u t-tahbit li bdw igibu maghhom l-opri fdati f'idejh lilu hallewh bla nifs.

 

Ghal hafna qassisin, l-ghazla taghhom bhal Monsinjuri kienet qisha bhaz-zmien ta' mistrieh u bhala apprezzament tax-xoghol li jkunu ghamlu. Ghal De Piro ma kienx hekk. Kien ghadu kemm qabez it-tletin sena meta l-Arcisqof Pietru Pace riedu Monsinjur tal-Katidral.

 

Kien ghalxejn li hu talab bil-hniena biex ihalluh qassis semplici. Fi zmein meta hafna kienu u ghadhom jixxenqu ghat-tlellix ta' l-ilbies ahmar, tas-slaleb u tal-mitri, wiehed li jirrinunzja wera li kellu kwalitajiet li ohrajn ma kellhomx. Ghalhekk, De Piro kelu jbaxxi rasu, u jaccetta li jsir Monsinjur b'att ta' ubbidjenza lejn l-Isqof tieghu.

 

Gurnata li tfisser programm.

 

Kien ghadu zaghzugh ta' 20 sena. De Piro ma kein jaf x'se jsir minnu. Progetti kien hemm hafna. Jekk kienx kapaci jirrealizzahom, De Piro ma kien jaf. Kien diga' qed jistudja fl-Universita' ta' Malta. Kien jinqala' fl-arti u ntefa' fuq il-ligi.

 

Fit-tmienja ta' Mejju, Professuri u studenti kienu jmorru fil-knisja tal-Gizwiti, il-Belt, ghas-supplika tal-Madonna ta' Pompej. Mar De Piro wkoll, u jidher li dak inhar hu ha d-decizjoni ta' hajtu. Hass li Alla kien qed isejjahlu biex isir sacerdot. Min kien jafu mill-qrib ma staghgibx.

 

Missieru kien ghadu kif miet. Hu ma kienx konvint mill-vokazzjoni ta' ibnu. Imma ommu, is-Sinjura Kika, hasset li binha kien ghamel ghazla tajba.

 

Sakemm sar sacerdot u lahaq Monsinjur tal-Katidral, hemm storja twila ta' taqbid mieghu nnifsu, ta' mard li seta' jtellfu l-vokazzjoni, u ta' bniedem determinat li ma jaqta' qalbu min xejn.

 

L-Arcisqof Pietru Pace riedu Monsinjur. Imma s-successur tieghu, l-Arcisqof Mawru Caruana riedu jkun izjed qrib tieghu. Fl-1915, fil-bidunett tat-tmexxija tad-djocesi, riedu jkun is-segretarju privat tieghu.

 

Ghal darb'ohra, De Piro baxxa rasu. Ma kien maqtugh biex ipoggi bilqieghda wara skrivanija. Imma donnu kien ideali ghal dak ix-xoghol ghax kien preciz f'kollox. Ma jahrablu xejn. Kien metodiku ghall-ahhar. Kawn huma d-doni ta' segretarju ideali.

 

Imma De Piro tas-sena 1915 kien diga' beda jaghti servizzi ohrajn ghad-djocesi. Kien direttur ta' l-Istitut Fra Diegu, b'ghajnuna ghat-tfal iltiema u fil-bzonn u b'apprezzament mis-Sorijiet Frangiskani. Zgur li dan is-sevizz ghal Alla u ghall-bnedmin kien jigbdu aktar minn dak ta' segretarju li jikteb l-ittri u li jippjana l-funzjonijiet u l-istediniet ta' l-Arcisqof Caruana.

 

Kien ukoll il-Fundatur sa minn hames snin, tas-Socjeta' Misjunarja ta' San Pawl. Minghajru bhal segretarju, l-Arcisqof seta' jghaddi gha xi iehor isibu. Imma s-Socjeta' tieghu kellha bzonnu hafna.

 

Imsjehin ghas-Sacerdozju.

 

L-Arcisqof Caruana apprezza s-sevizz ta' De Piro bhala Segretarju. Hu kitiblu: "Ahna nafu tajjeb kemm inti bniedem ta' skola, ta' hajja tajba, u ta' tant merti fid-dkocesi, specjalment fl-ufficcju tieghek ta' Segretarju Generali taghna: ufficcju li inti qdejtu billi ghogobt, mhux biss lilna, imma wkoll lil dawk kollha li kellhom bzonn tas-servizz tieghek"

 

Imma, wara tliet snin, hu spicca minn segretarju biex jigi fdat b'hidma wisq izjed importanti u hafna izjed delikata. Fl-1918, De Piro gie maghzul bhal Rettur tas-Seminarju Magguri. Gie moghti l-harsien u d-direzzjoni tas-seminaristi li kienu qed jithejjew biex isiru sacerdoti.

 

De Piro, kif ighid hu nnifsu, fil-mizerja tieghu, ferah talli l-Arcisqof Caruana fahhru ghad-dekikazzjoni u l-hila tieghu. Imma biex zgur ma jintefahx, De Piro hass li kellu ghalfjen irodd hajr lil Alla talli Mons. Bugeja, il-predecessur tieghu bhala Rettur, maqdru fil-berah quddiem l-ohrajn.

 

Fil-fatt, De Piro, ghas-seminaristi, kien bhal missier kemm fl-ispiritwal kif ukoll fit-temporal. Kien iharrighom f'kull xoghol. Kien jibghathom jghinu fl-istituti tat-tfal ghax ried li l-qassisin ikunu jafu kif jitkellmu u kif jedukaw lit-tfal. Il-kotba wehidhom lill-bnedem jistghu jaghmluh stramb u inkapaci ghal affarijiet l-izjed ckejknin.

 

Monsinjur ewlieni.

 

Kemm hu tassew minnu li Alla jgholli lic-ckejknin li jintelqu f'idejh! fl-1920, hu spicca minn Rettur tas-Seminarju. Imma d-djocesi rat fih servizz iehor. Gie maghzul bhal Deka tal-Katidral ta' Malta. Id-Dekanat kien i-tieni dinjita' fil-kapitlu. Fi stediniet specjali, id-Dekan kien jirraprezenta lill-Kapitlu tal-Katidral.

 

Meta kien Dekan,hu hademhafna halli jghin fizvilupp ghall-ahjar ta' l-iskola tal-Katidral, li fl-imghoddi kienet maghrufa hafna. F'dan dehret ukoll l-imhabba tieghu lejn Malta.

 

Meta osserva li l-istorja ta' Malta ma kenitx mghallma, fil-progett ta' riforma, De Piro kiteb: "Jaghti fil-ghajn wisq li thalla barra ghal kollox ftit taghlim dwar l-istorja ta' Malta."

 

Kulfejn kien hemm bzonnu.

 

Ghalkemm bniedem kalm u ordnat, De Piro, aktar ma ghadda z-zmien aktar hass li ma setax ilahhaq max-xoghol li d-djocesi kienet qed tafdalu f'idejh. Hu kien kapaci jimexxi permezz ta' ohrajn ghax kien jispira fihom.

 

Kienu jhossu sodisfazzjon meta jahdmu mieghu ghax hu kien jaf japprezza.

 

Kien servizz kbir ghad-djocesi meta l-istituti tat-tfal bdew jigu fdati f'idejh wiehed wara l-iehor. Hu kien ta' ghajnuna spritwali u anki temporali ghal dawk li kien jmexxuihom. Uliedu, il-membri tas-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl, dahlu fid-Dar ta' San Guzepp f'Santa Venera fejn hu kien ir-Rettur. Id-djocesi ta' Ghawdex fdatlu wkoll l-Istitut l-iehor ta' San Guzepp f'Ghajnsielem, u hemm dahlet is-Socjeta' tieghu. Hu ma qatax qalbu mix-xoghol ghalkemm dejjem wera wkoll li ma riedx li jkollu min ifixklu.

 

Ghas-Sorijiet ta' Gesu Nazzarenu, hu kien ta' ghajnuna kbira. Mexxa l-Istitu taghhom taz-Zejtun u ta' Birkirkara. Imma ghenhom ukoll biex ma jitilfux id-dar taz-Zejtun li ghalihom kienet l-izjed wahda importanti. Gharaf jiddefendihom anki bil-qawwa tal-ligi u bl-avukati.

 

Id-dar ta' Fra Diegu, il-Hamrun, kienet l-ewwel opra ta' hajtu. Hu baqa' jahdem fiha biex jghin lit-tfal u anki lis-sorijiet sa l-ahhar gurnata ta' hajtu.

 

Il-hajja tieghu kienet tassew bhal darba barka ghal Malta. Hafna li kienu jafuh jghidulek li f'Malta ma tantx kellna qassisin li jistghu jixxebbhu mieghu. Imma, minkejja d-dedikazzjoni tieghu f'kull qasama tal-hajja nisranija Mons. De Piro zamm ruhu fl-umilta'. Hu ma tkabbar qatt, u ghalhekk kiber tassew quddiem Alla u quddiem il-bnedmin.

 

_________________________________________________________________________

 

Lehen is-Sewwa

Is-Sibt, 14 ta' Mejju, 1994

Minn: M.S.S.P.

Pg. 9

 

Il-Qaddej ta' Alla Guzeppi De Piro

Messagg ghalina.

 

Bhall-membril-ohrajn tas-Socjeta Missjunarja ta' San Pawl, nhar il-Hadd li ghadda, jiena flimkien ma' hafna Maltin ohrajn mort Sant' Agata, ir-Rabat, biex nattande ghac-cerimonja tal- kxif u t-tberik ta' monument li jfakkar il-Fundatur taghna, il-Qaddej ta' Alla Guzeppi De Piro. Il-programm beda fl-Auditorium ta' l-istess Dar, fl-10.00 am, b'feature inhejji minn George Peresso, u pprezentat fuq il-palk minn Marthese Brincat. Wara saret l-inawgurazzjoni tal-monument.

 

Li laqatni f'dan il-mafkar kien il-fatt li l-iskultur, Anton Agius, irnexxielu johrog b'mod car ghall-ahhar l-erba' aspetti principali tal-hajja ta' Mons De Piro.

 

Sacerdot Dedikat Ghad-Djocesi.

(L-istatwa principali)

 

Sa ma kellu erbatax-il sena Guzeppi De Piro kien ihoss is-sejha ghas-sacerdozju. Imma f'din l-eta' zaghzugha hu telaq dan il-hsieb u qabad linji ohrajn. Fil-fatt war li spicca l-istudji sekondarji hu mar l-Universita' u ghamel kors fl-arti u x-xjenza u beda sahnsitra l-istudju tal-ligi. F'dan l-istess zmien hu avvanza wkoll fil-pittura u ta shem fir-Royal Malta Militia. Izda gie zmein meta dan kollu hu abbandunah ghax il-vokazzjoni sacerdotali fil-fatt kienet ghadha hajja fih. "Fit-8 ta' Mejju 1898, wara novena lill-Verni ta' Pompej, li fiha jien tlabtha tghinni nagharaf ir-rieda ta' Alla ghalija, jien hassejt il-qawwa li niddeciedi ghat-tajjeb, jigifieri favur is-sacerdozju," kiteb Guzeppi nnifsu. Fil-fatt f;dik is-sena stess hu halla Malta u flok il-ligi hu beda jistudja l-filosofija u t-teologija f'Ruma. Wara erba' snin fl-Universita' Gregorjana hu gie ordnat sacerdot fil-Bazilika ta' San Gwann Lateran, fil-15 ta' Marzu, 1902.

 

Dun Guzepp ma setax jirritorna Malta u jibqa'. Minflok hu kellu jmur ghal tmintax-il xahar fl-Izvizzera biex jirkupra minn marda li kienet ilha tkiddu ghal zmien. Kien fl-1904 li gie lura Malta u beda l-pastorali tieghu.

 

Ghal kwazi tliet snin Dun Guzepp De Piro wettaq hidma fil-parrocca tal-Qrendi. Kienet biss responsabbilta ohra moghtija lilu mill-Arcisqof Pietru Pace li waqqfitu milli jkompli l-hidma tieghu f'dan ir-rahal. Fl-1911 il-Qaddej ta' Alla gie nominat Monsinjur u disa' snin wara dekan tal-Kapitlu tal-Katidral. Bejn l-1915 u l-1918 Mons. De Piro qeda d-Djocesi bhal segretarju ta' l-Arcisqof Mawru Caruana. F'dan l-istess zmien hu kien qed ighin ukoll fil-formazzjoni tas-sacerdoti zghazagh billi jghinhom jidhlu fil-hajja pastorali war s-snin tas-seminarju. ghal sentejn shah, imbaghad, u ta kontribut aktar kbir f'dan il-kamp formattiv bhala rettur tas-Seminarju Magguri fl-Imdina.

 

Minkejja dawn il-karigi kollha, il-pstorali li kien beda jwettaq fil-bidu tal-hajja sacerdotali tieghu ma abbandunahiex; hu kien imur fid-diversi parrocci ta' Malta jippriedka u jamministra s-sagramenti.

 

Cittadin Li Habb Lil Pajjizu.

(Il-panew mal-genb tal-lemin)

 

L-impenn fid-Djocesi u ghad-Djocesi xejn ma aljena lill-Qaddej ta' Alla milli jaghti l-konribut tieghu fil-hajja socjali ta' pajjizna. Bla ma qatt involva lilu nnifsu f'politika partiggjana, De Piro dejjem habrek bi shih biex ikun fuq quddiem f'hidma kontinwa ghall-progress ta' Malta.

 

Bejn l-1918 u l-1921 Mons De Piro kellu parti attiva fid-diskussjonijiet ta' l-Assemblea Nazzjonali li ghenet biex Malta jkollha l-kostituzzjoni taghha. Fil-granet li fihom sehhew l-irvellijiet tas-Sette Giugno 1919, il-Monsinjur kien strumentali biex tinkiseb il-paci bejn il-Maltin u l-gvern Inliz. Rega' kien strument ta' paci fl-1930; din id-darba qareb lejn xulxin lil Lord Gerard Strickland u lill-Knisja. Fl-ahhar zmien ta' hajtu De Piro kien rapprezentant ta' l-Arcisqof u tal-kleru fis-Senat tat-Tielet Parlament Malti.

 

Missier l-Iltiema u l-Foqra.

(Il-panew mal-genb tax-xellug)

 

Ga nghad li kieh minhabba resopnsabbilta' moghtija lilu mill-Arcisqof Pace li De Piro halla l-parrocca tal-Qrendi. Dir-responsabbilta' ma kenitx haga orha ghajr id-direzzjoni ta' l-istitut Fra Diegu fil-Hamrun. Meta dan l-Isitut safa' bla direttur ghax il-Fundatur tieghu kien miet u l-Frangiskani Minuri li hadu warajh ma setghux ikomplu, gie maghzul Mons. De Piro. L-Arcisqof ga kien qed jara lill-Qaddej ta' Alla bhala "…sacerdot twajjeb… habrieki, ghaqli, imheggeg, attiv…" (Ara Nomina). U propju ghax dawn il-virtujiet komplew jikbru fih, De Piro nghata istituti ohrajn: San Guzepp, Hamrun (1922); Gesu Nazzarenu, Zejtun (1922); San Guzepp, Ghawdex (1925); Dar ghac-ckejknin, Santa Venera (1925); San Frangisk ta' Pawla, B'Kara (1927). U f'dawn l-istituti l-Qaddej ta' Alla baqa' jaghti sehmu sa l-ahhar ta' hajtu.

 

Izda l-ghazla favur il-foqra, li De Piro ghamel kmieni f'hajtu, ma ghexiex biss mat-tfal ta' l-istituti. Kull fejn kienjinduna li xi hadd kien jehtieg l-ghajnuna tiehgu hu kien jaghmel minn kollox biex jaghtihielu. Fl-Istituti ta' Fra Diegu u ta' San Guzepp, fil-Hamrun, kienu jmorru hafna nies jittallbu l-karita' minn ghand il-Monsinjur. Waqt li kien ikun jivvjagga, mhux darba u tnejn li hallas it-tramm jew tal-linja lil dawk li ma kienx ikollhom flus biex jaslu. Ghadhom ukoll jezistu diversi ittri li jixhdu kemm De Piro kiem imfittex ghal ghajnuna varja.

 

Fundatur tas-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl.

(Il-panew tan-nofs)

 

Ga huma hafna l-hidmiet li ssemmew pero' zgur li l-opra ewlenija ta' Mons. De Piro kienet is-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl. Sa minn qabel ma gie kkonsagrat sacerdot, Guzeppi De Piro kellu rabta specjali ma' l-Istitut ta' San Guzepp. Fil-fatt fid-Djarju tieghu hu kiteb hekk: "Inhoss gewwa fija xi haga li tghidli li Alla, minn dan l-Istitut, irid jifforma f'Malta socjeta' ta' sacerdoti taht il-harsien ta' San Pawl. Meta opra bhal din tasa biex hawn Malta tkun fuq riglejha sewwa, hi tkun tista' tinfirex f'artijiet ohrajn ukoll".

 

Bil-mod il-maod din il-holma sehhet. Fit-12 ta' Gunju 1910 id-Dar Ckejkna ta' San Pawl, fl-Imdina, tbierket mill-Arcisqof Pietru Pace u fit-30 ta' l-istess xahar dahlu l-ewwel zewg membri, Gwanni Vella ghal sacerdot u Guzeppi Caruana ghal fratell.

 

Is-Socjeta' mill-bidunett tqieghdet taht il-harsien ta' San Pawl, Dan il-qaddis ma ntghazilx biss ghax is-Socjeta' kienet wahda Maltija, imma fuq kollox minhabba l-ideal missjunarju taghha. Bhall-appostlu tal-gnus is-Socjeta' kellha taghmel hilitha biex tinfirex f'artijiet ohra.

 

Dan il-ghan missjunarju beda jintlahaq fi zmien il-Fundatur innifsu; Guzeppi Caurana, li ga ssemma bhal wiehed mill-ewwel zewg membri, telaq lejn l-Etjopja fil-21 ta' Gunju 1927.

 

Mill-ewwel dar fl-Imdina l-membri tas-Socjeta' ta' De Piro ghaddew ghat-tieni u t-tielet dar, dejjem fil-Belt il-Qadima. Kien wara dan, u ezattament fit-3 ta' Ottubru 1932 li l-arcisqof Caruana bierek l-ewwel gebla tad-Dar Centrali tas-Socjeta' maghrufa bhala Sant'Agata.

 

L-energija missjunarja ta' Mons. De Piro ma waqfitx mat-tluq ta' Fra Guzepp lejn l-Etjopja. Il-Fundatur ippjana li jshahhah din il-missjoni billi jibghat xi sacerdoti u xi fratelli ohra. Barra minn hekk il-Qaddej ta' Alla kien iddecieda li f'Ottubru jew Novembru tal-1933 hu nnifsu jmur ghal zmien f'din l-art Afrikana. Izda l-bniedem jipproponi u Alla jiddisponi. Waqt li De Piro kellu dan il-pjan Alla ghaqqdu mieghu fis-17 ta' Settembru ta' l-istess sena.

 

Is-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl gralha kif kien ihobb ighid il-Fundatur innifsu lill-ewwel membri: "Is-Socjeta' tikber meta mmut jien." Fil-fatt wara l-Etjopja l-membri marru jahdmu fost il-Maltin ta' l-Awstralja, tal-Kanada, u ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerka. Aktar lejn zmienna l-MSSPs bdew hidma missjunarja fil-Peru' u fil-Pakistan.

 

 _________________________________________________________________________

 

Il-Mellieha - Fid-dawl ta' Grajjiet is-Santwarju u l-Parrocca.

Parrocca Mellieha 1994.

Alexander Bonnici OFM Conv.

Pg. 103.

 

Mons. De Piro f'riglejn il-Madonna tal-Mellieha.

 

Mons De Piro (1877-1933), il-Fundatur qaddis ta-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl, gie li mexxa pellegrinaggi lejn is-Santwarju tal-Mellieha. Ta' xi wahda mill-omeliji tieghu, hu zamm ukoll ftit noti miktubin b'idejh stess.

 

Omelija tal-21 ta' Marzu, 1920, hi bhala radd il-hajr lill-Madonna tal-Mellieha ghal dak li minghandha kienu qalghu missirijietna.

 

Hi omelija li tfakkar li, erba' snin qabel, fis-sena 1916,hu nnifsu kein mexxa pellegrinagg li fih, flimkien ma hafna ohrajn, hu talab lill-Madonna tal-Mellieha biex tharisna fil-flagell tal-gwerra, li kien mhedded fuq id-dinja.

 

Dak in-nhar, 21 ta' Marzu, 1920, Mons. De Piro, bhal att ta' ringrazzjament, gabar hafna ohrajn mieghu, u hadhom f'pellegrinagg iehor sal-Mellieha. Hemm hu qaddes ghalihom, ghamlilhom omelija, qarbinhom, u ta l-barka sagramentali. Minn din l-omelija niehud silta, li qed tinqaleb mit-taljan. Hi silta' li turi r-rabtaa tal-Maltin kollha mal-Madonna tal-Mellieha.

 

Dawn huma kelmiet ta' Mons. De Piro:

 

"Ahna ilmahna 'l Marija, b'kuruna ta' Regina fuq rasha. F'dirghajha, hi terfa' 'l Binha Gesu. Hi kienet qed thares lejn bhal wliedha. Tbissima helwa ta' Omm kienet qed iddwlilha l-wicc taghha. Ahna fhimna li fina hi kienet qed tilmah ulied taghha.

 

Il-Madonna tal-Mellieha tkun dik li tfarragna. Dan kien il-hsieb taghna. Dan kien dak li ahna ghedna 'l xulxin. Immorru, immorru, konna nghidu, f'riglejn l-Omm taghna, il-Vergni tal-Mellieha.

 

Il-hsieb wassalna biex tkellima bejnietna. Il-kelma wasslitna ghall-ftehim. ghalhekk, fi sbih il-jum tas-16 ta' Frar, 1916, min telaq minn naha, u min minn ohra tal-gzira ta' Malta. Ilkoll sibna ruhna hawn.

 

F'dan is-Santwarju devot, intfajna f'riglejn Marija. Min minna jista' jinsa l-hlewwa tal-farag li fawwar il-qlub taghna? Ahna konna certi li Hi kienet sejra tismaghna. U kien hekk tassew.

 

Din kienet ir-raguni li, illum, wasslitna mill-gdid hawnhekk, quddiem l-artal ta' Marija, l-Omm hanina taghna.

 

Ahna ma rridux naghmlu bhad-disa' mgiddmin, li dwar l-ingratitudni taghhom ikellimna l-Vangelu. Ahna qeghdin hawn biex naghmlu bhas-Sammaritan. Bhalu, ahna ergajna gejn biex, b'radd ta' hajr, nifthu fommna, u nkantaw flimkien innu ta' tifhir, ta' gratitudni, u ta' ringrazzjament.

 

Iva, O Marija, pubblikament, quddiem dan il-poplu tieghek, li hu xhieda kontinwa tal-grazzji tieghek, ahna nroddulek hajr."

 

Din il-priedka n.55 fost dawk li nkitbu minn Mons. De Piro. Hi ma hix stampata. Imma silta ckejkna minnha, u c-cirkustanzi storici marbutin maghha huma mfissrin fil-ktieb tieghi: Mons. Guzeppi De Piro, vol. II "F'kull Qasam ta' l-Istorja ta' Malta", 1985, p. 346(1)

 

(1). AMSSP, Predikazzjone De Piro, n. 55.

 

_________________________________________________________________________

 

Parrocca San Gejtanu Hamrun

Festa 1994.

Alexander Bonnici OFM Conv.

Pg. 63.

 

Mons. Guzeppi De Piro

Benefattur ta' Malta b'Rabtiet mal-Hamrun.

 

Fost dawk li l-kawza taghhom hi miexja sewwa 'l quddiem bit-tama li xi darba narawhom mghollijin ghall-gieh ta' l-artali hemm x'uhud li r-rabta taghhom mal-Hamrun hi qawwija hafna.

 

Dawn huma Adelaide Cini, Madre Margerita De Brincat, Dun Gorg Preca u Mons. Guzeppi De Pir. Kien tassew jixraq li triq mill-godda tal-Hamrun tissemma ghal Mons. De Piro. Qieghda fil-qrib tal-Licea fejn dan il-benefattur kbri ta' malta kien jidher ta' sikwit biex ihabbat bibien ta' xi wiehed minn dwk li riedu jghinuh halli jmantni l-kotra kbira ta' tfal li kienu fdati f'idejh. Kien zmein meta l-Gvernijiet ma kienux jaghtu l-ghajnuniet ta' llum ghat-tfal li qeghdin f'xi wahda mid-Djar tal-Knisja. L-ghajxien u t-taghlim ta' dawk lixortihom fid-dinja ma ghenithomx kien jiddependi minn bnedmin ta' qalb tassew nobbli bhalma kien Mons. De Piro li wahdu ftit sta' jaghmel kieku ma sabx il-kollaborazzjoni ta' ohrajn.

 

Id-Dar ta' Fra Diegu.

 

 

Il-fundatur taghha, il-Fratell tal-Frangiskani Minuri Fra Diegu Bonanno, semmieha ghal San Frangisk t'Assisi, missieru. Imma l-poplu malajr beda jsehilha 'id-Dar ta' Fra Diegu'.

 

Fl-1907, Dun Guzepp De Piro, li kien ghadu sacerdot zaghzugh ta' inqas minn 30 sena, gie maghzul mill-Arcisqof Pietru Pace biex ikun l-ewwel direttur djocesan taghha ghax id-dar giet tiddependi mill-Isqof wara li l-Frangiskani Minuri hallewha. Dar li fiha kienu jigu meghjunin xbejbiet li kienu f'periklu li jitilfu giehom u nzammu wkoll tfal ckejknin, specjalment bniet dehret li tkun ahjar jekk titmexxa minn sorijiet milli minn patrijiet.

 

De Piro ma kienx monsinjur u ma kellux esperjenza ta' istituti ohrajn. Imma kien diga' wera x-xewqa li jghix fost it-tfal f'istitut iehor. Dan kien id-Dar ta' San Guzepp, li twelidha kien fil-Hamrun ukoll.

 

L-Arcisqof Pace, kien hemm min issuggerielu 'l De Piro. Imma ma riedux wisq biex ikkonvincewh ghax hu kien jaf x'kien jiswa. Fid-digriet tan-nomina, l-Arcisqof kiteb: 'Ahna li nafu kemm int ghaqli, imheggeg u attiv, minn qalbna ninnominawk ghal dak l-ufficcju (ta' Direttur)… Ahna certi li l-Istitut, immexxi minnek u meghjun mill-generozita' ta' l-insara, jibqa; miexi 'l quddiem bil-ghajnuna tas-Sorijiet Terzjarji Frangiskani li tant ghamlu gid fih'.

 

De Piro ma kellux hajja twila. Fost l-opri kollha ta' hajtu ma kein hemm l-ebda wahda ohra li fiha sata' jiccelebra l-hamsa u ghoxrin sena ta' hidma. Dan il-gublew tal-fidda ccelebrah bhal Direttur ta' din id-dar fl-1932. Fuq id-Dar ta' Fra Diegu jista' jinkiteb ktieb. Nghidu biss li De Piro ghenu b'gidu, ipprovdielu minghand benefatturi, u nhass bhala missier, mhux biss ghat-tfal, imma ghas-sorijiet frangiskani wkoll.

 

Id-Dar ta' San Guzepp.

 

Din id-Dar doppjament taghmel parti mill-istorja tal-Hamrun. Meta twaqqfet l-ewwel darba fl-1888 minn Mons. Frangisk Bonnici, qarib tieghi, hi kienet f'dar ckejkna qrib il-knisja tas-Samra. meta mbaghad ghaddiet ghall-post imsejjah 'Il-Palazz l-Ahmar' jew 'Il-Palazz ta' San Guzepp' hi baqghet xorta wahda fil-limita tal-parrocca ta' San Gejtanu. Izjed tard, giet fil-limiti ta' Santa Venera.

 

L-akbar rabtiet ta' De Piro kienu ma' din id-dar. Kien qed johlom li sata' jingabar fiha f'hajja komunitarja flimkien ma' qassisin ohrajn. Kien jghin lid-dar sa minn meta kien ghadu student. Id-Diretturi taghha zammew kuntat mieghu ghaliex raw fih ghajnuna u mhabba kbir. Iccahhad f'zoghozitu milli jmur jistudja f'Akkademja Ruma ghax ghazel li jghix hajja mohbija u kkonsagrata lil Alla fid-Dar ta' San Guzepp.

 

Il-progetti tieghu ma sehhewx kif kien xtaqhom. Imma r-rabta ma' San Guzepp ma naqsitx. Hu sar fundatur tas-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl. Imbaghad, fl-1921, id-Dar ta' San Guzepp saret l-ewwel dar ta' beneficenza li s-Socjeta' ta' De Piro hadet fil-harsien taghha. Huma dahlu hemm minflok il-Freres De La Salle. Mill-1922, De Piro sar ir-raba' direttur ta' dik id-dar, wara l-mewt ta' Dun Gorg Bugeja.

 

Lil De Piro, l-aktar li kienu jsibuh kien f'dik id-dar. Fl-edukazzjoni tat-tfal ckejknin, li din id-darba kienu subien, hu kienisib il-ferh tieghu. Kien jghin biex lil dawk it-tfal isibilhom post fejn jahdmu meta johorgu minn dik id-dar. Meta huma wrew ix-xewqa li jemigraw, De Piro ghenhom ukoll biex isibu fejn jahdmu fl-Amerka, il-Kanada jew l-Awstalja.

 

Alla jsejjahlu mill-Hamrun.

 

De Piro kie ihoss li ma kienx f'sahhtu. Fl-1933, kien ghalaq 55 sena. Meta kellu 54 sena, hu kiteb: 'Qieghed insofri minn ezawrimetn mentali'. Kien marid bil-kliewi.

 

Il-gurnata tas-17 ta' Settembru 1933, la-hhar wahda ta' hajtu, ghaddieha f'hidma l-Hamrun. F'dik il-gurnata meta l-knisja kienet ticcelebra l-Pjagi ta' San Frangisk, hu kien soltu jiccelebra dik il-festa ghand is-sorijiet ta' Fra Diegu. Imma, fl-1933, kienet il-Hadd, u f'hafna parrocci ta' Malta kienu jiccelebraw id-Duluri. Ghalhekk, il-festa ta' San Frangisk ghand is-sorijiet kien se jaghmilha l-ghada. Hu nnifsu kien gie mistieden biex imexxi l-purcissjoni tad-Duluri fil-knisja parrokkajali ta' San Gejtanu. Zmien qabel, De Piro kien kiteb: 'Is-siegha tal-mewt ma nafux meta tigi fuqna… Nghixu bhalikieku llum hu l-ahhar jum ta' hajjitna'. U De Piro tassew ma kienx jaf li dak kien l-ahhar jum ta' hajtu.

 

De Piro mexxa l-purcissjoni kollha tad-Duluri. Imma, imbaghad, f'riglejn Gesu Sagramentat, waqt it-Tantum Ergo ta' qabel il-barka sagramentali, hu hassu hazin. Ittiehed malajr fl-Isptar Centrali tal-Furjana, u miet f'dik il-lejla stess tas-17 ta' Settembru.

 

Smajna f'dawn il-granet li ngabret id-dokumentazzjoni kollha tax-xhieda biex jintbaghtu Ruma ghall-kawza tieghu. Meta narawh mgholli ghall-gieh ta' l-artali, kif nittamaw, il-Hamrun ukoll ikollu ghax jifrah ghax Mons. De Piro hu l-bniedem ta' Alla li ta xhieda tat-twemmin erojku tieghu b'mod li nhass hafna fil-parrocca ta' San Gejtanu.

 

--------------------------------------------------------------------------------------------------------

 

88 M

 

Ghaqda Muzikali San Guzepp Ghajnsielem

Festa 1994.

Frans Ferriggi mssp

Pg. 21

 

Il-Fundatur tal-Banda ta’ Ghajnsielem,

Mons. Guzeppi De Piro.

 

Monsinjur Guzeppi De Piro (1877 – 1933) hu marbut ma’ Ghawdex u ma’ Ghajnsielem ghax kellu sehem importanti fit-twaqqif u fit-tmexxija ta’ l-Istitut ta’ San Guzepp ghas-subien f’Ghajnsielem fl-ewwel snin tieghu; u kienukoll il-fundatur tal-banda ta’ dan l-Istitut – banda li minnha aktar tard harget il-Banda ta’ dan ir-raha.

 

Fit-18 ta’ April 1925, l-Isqof t’Ghawdex Mons. Mikiel Gonzi hareg id-digriet ta’ Affiljazzjoni - id-Dar ta’ San Guzepp ta’ Ghajsielem kellha taghmel parti mid-dar ta’ San Guzepp, il-Hamrun; kellu jmexxiha Mons. G. De Piro u s-Socjeta’ ta’ San Pawl lu hu waqqaf.

 

Ftit snin wara, fl-1928, Mons. De Piro stara xi strumenti tal-muzika bil-ghan li jwaqqaf banda mit-tfal tad-dar t’Ghajnsielem. Bhala surmast sab lis-Sur Anton Muscat Azzopardi, surmast zaghzugh ta’hila li darba kien wiehed mit-tfal fl-Istitut tal-Hamrun. Kien joqghod Malta imma stqarr li hassu midjun lejn dan il-Monsinjur li fi tfulitu hajru biex jitghallem il-muzika. Fl- 1939 lahaq surmast ta’ din il-Banda s-Sur Mikiel Farrugia. Dan kellu vantagg - kien Ghawdxi (mir-Rabat) u ghalhekk seta jghin aktar. Kien ukoll bniedem ta’ eseperjenza - bandist fil-banda tas-Servizzi u solist fil-Banda "King’s Own2.

 

Fis-17 ta’ Mejju 1931, il-Banda daqqet fil-festa ta’ Sant’Antnin u fil-festa tal-Madonna ta’ Lourdes f’Ghajnsielem stess. Ftit gimghat wara, fil-5 ta’ Lulju daqqet ir-Rabat fit-tberik tal-qniepen ta’ Santa Marija ta’ Savina.

 

F’Settembru tal-1933 miet Mons. G. De Piro. Ftit wara dahlu fil-band tfal u zghazagh minn Ghajnsielem. Bil-ftit il-ftit, din il-Banda nqatghet mill-istitut u saret il-Banda t’Ghajnsielem.

 

Dawn huma ftit fatti storici. Izda huma fatti li ghadhom jghinuna nahscu u nsiru nafu ahjar lill-Fundatur. Il-fatt li ha hsieb iwaqqaf banda jurina l-interss u l-fiducja li kellu fit-tfal afdati f’idejh. Minkejja l-problemi u l-hafna tahbit li kellu, ma qatax qalbu u ma bezax! Kienet xi haga gdida li staq jaghtiha lil dawn it-tfal. Kienet possibilta’ ohra li xtaq joholqilhom. Kien mohhu fihom u xtaq imexxihom ‘il quddiem. Kellu fiducja f’dawn it-tfal - emmen liseghu jirnexxu u rnexxew. Izda ma rabatx idejh fuq zaqqu... ghamel liseta’ u seffaq wiccu ghat-tfal. Zgur li din l-esperjenza u din il-fiducja ghenet lit-tfal mux biss jirnexxu bhal muzicisti izda wkol fil-hajja privata taghhom aktar ‘il quddiem.

 

Naraw vizjoni shiha tal-bniedem: il-bniedem li trid tghinu jizviluppa kollu kemm hu - bit-talenti kollha tieghu. Lit-tfal ipprovdielhom kenn, ikel, nies li jiehdu hsiebhom, skola, snajja’... izda ma waqfx hemm. Haseb ukol ghall-ghamla ta’ "rikreazzjoni" li tizviluppa l-bniedem kollu. Ma waqfx fil-kenn, jew fl-ikel; lanqas fix-xoghol jew fl-iskola; lanqas ma waqaf fir-religjon. Kellu vizjoni kbira! Nahseb li llum lil Mons. De Piro konna nghidulu "bniedem ta’ kultura". Habb il-muzika, habb dak li hu Malti - fosthom il-Banda - juri kemm kellu ghal qalbu dawk l-affarijiet li l-poplu kien jghozz. Kien jaf jara s-sabih u japprezzah.

 

Lili laqatni l-fatt li s-Surmast Muscat Azzopardi offra s-servizz tieghu b’sens ta’ gratitudni lejn Mons. De Piro. Nahseb li l-vjagg bejn Malta u Ghawdex u lura fl-1930 ma kienx xi xalata! Kien ifisser aktar hin, skumdita’ u periklu. It-tjubija ta’ De Piro kienet tqanqal ohrajn ghas-sagrificcju ghall-haddiehor. Lil din il-banda nixtiqulha kull success muzikali. Nawgurawlha li tibqa’ tghozz dan il-wirt u dan l-ezempju; j’Alla l-bandisti tal-lum ikollhom huma wkoll hegga ghall-muzika, ghall-arti, ghall-wirt Malti u ghal huthom.

 

_________________________________________________________________________

 

Parrocca Stella Maris.

Festa 1997.

Fr. Tony Sciberras

Pg.2

 

Nitghallmu min-nies li ghexu qabilna.

Mons. Guzeppi De Piro.

 

Mons. Guzeppi De Piro twieled l-Imdina, fit-2 ta' Novembru 1977, f'wahda mill-familji l-aktar nobbli ta' Malta. Wara l-ewwel edukazzjoni tieghu fid-dar tal-familja, hu ghadda ghall-liceo minn fejn ghamel il-Matrikola. Fl-1894 huwa beda kors tal-ligi. Imma ma spiccahiex ghax fit-8 ta' Mejju 1898, waqt li kien qieghed fil-Knisja tal-Gizwiti, il-Belt, ghas-supplika tal-Madonna ta' Pompej, hu ddecieda fuq dak li tant kien ilu jtella u jinizzel, is-sacerdozju. Hu qasam din ix-xewqa ma ommu li berkitu u nkorraggietu bis-shih. F'dik l-istess sena mar Ruma biex jibda l-Filosofija u Tejologija. Qaddes fil-15 ta, Marzu 1902. Wara mar l-Isvizzera ghall-mistrieh u ftit tal-kura. fl-1904 irritorna Malta u beda l-hidma tieghu ta' sacerdot fil-parrocca tal-Qrendi. Kien sacerdot impenjat hafna u bhala Malti bla heda ghall-gid ta' pajjizna. Kien il-missier tal-fqar u l-orfni specjalment fl-istituti ta' karita' li kellha l-Knisja. F'dan l-istess zmien hu habrek sa ma waqqaf u mexxa 'l quddiem l-ewwel socjeta' religjuza missjunarja Maltija maskili, is-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl. Miet fis-17 ta' Settembru 1933.

 

Ir-rabta tal-qaddej ta' Alla mal-Madonna ma tidhrix biss fil-mument tal-ghazla tal-vokazzjoni u fil-hin tal-mewt tieghu. Il-hafna priedki li kien jaghmel dwar Marija u li ghadhom merfughin b'ghozza mill-MSSP, huma xhieda ta' l-imhabba li kellu lejn l-omm tieghu. Ghalih il-Madonna kienet kontinwament l-Omm tal-Hniena, Tama taghan. Lill-membri tas-Socjeta' Missjunarja tieghu hu riedhom li jqimu lil Marija bit-Titlu ta' Assunta. Riedhom li l-ulied spritwali tieghu jiehdu hsieb tal-bniedem b'mod shih, spiritwalment u materjalment. Tant kien ghaziz ghall-Monsinjur dan il-Misteru tal-Madonna li hu kien wiehed minn dawk li specjalment fl-1931 habirku biex Malta tinkiteb petizzjoni lill-awtoritajiet tal-Knisja biex l-Assunzjoni ssir domma ta' fidi. Fil-fatt din ix-xewqa nqatghet ftit snin wara.

 

_________________________________________________________________________

 

In-Nazzjon

L-Erbgha, 13 ta' Novembru, 1996

Fr. Lonnie Borg MSSP

Pg 21

 

L-ideal missjunarju fis-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl.

Fil-75 Anniversarju ta' L-Approvazzjoni Djocesana.

 

Ghaddew 75 sena mill-bidu ufficjali tas-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl. Jekk inharsu lejn l-istero tal-Knisja nsibu li minn zmien ghal zmien, Alla ghogbu jzejjen lill-Knisja b'nies karizmatici. Fost dawn insibu lill-Fundatur Mons. Guzeppi De Piro li hass u fehem il-bzonnijiet taz-zminijiet.

 

Hu ghex fi zmien beta fl-Ewropa, specjalment, inbeda qawmien missjunarju gdid. Fil-fatt insibu diversi Kongregazzjonijiet Missjunarji li jafu l-bidu taghhom fl-ahhar tas-seklu l-iehor u fil-bidu tas-seklu ghoxrin.

 

Din il-holma gdida ftit ftit saret realta' mat-twaqqif tas-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl, fejn il-membri taghha jmorru jwasslu lil Kristu f'pajjizi ohra permezz tal-hidma Evangelika. Dan jidher car fi kliem Mons. De Piro stess "din il-Kongregazzjoni mwaqqfa biss biex tigbed dejjem aktar erwieh lejn il-hdan ta' Gesu".

 

Socjeta' Missjunarja ssir realta'.

 

Sa mill- ewwel zmien tat-twaqqif tas-Socjeta', Mons. De Piro habbrek bis-shih biex idahhal imabba u zelu missjunarju fost dawk li nghaqdu mieghu. Dan hu rifless fid-diskorsi, priedki u kitbiet tieghu. In-numru kien zghir wisq, u hu ma seta jibghat missjunarji mill-ewwel. Ghalkemm hu waqqaf istitut religjuz hu qatt ma ried ihalli barra l-hajja missjunarja. Prova ta' dan tinsab fl-abbozz ta' l-ewwel Regoli tas-Socjeta'. Dan jidher car, x'kellu f'mohhu meta hu kiteb, "l-ghan tas-Socjeta' ckejkna jkun li taghti ghajnuna lil dawk il-popli li jkunu neqsin mill-haddiema Evangelici". Dan bla ebda bubju ma jikkonferma li l-Fundatur kellu vizjoni missjunarja fil-veru sens tal-kelma.

 

Tajjeb ukoll li wiehed isemmi l-fatt ghalix hu ghazel lil San Pawl bhala l-Patrun tas-Socjeta' tieghu. Veru li ahna l-Maltin insejhulu Missierna San Pawl, pero Mons. De Piro ghazel lil San Pawl biex il-membri jkollhom lilu bhal l-mudell ta' l-akbar Appostlu tal-gnus. Jekk wiehed jaqra l-ewwel Regoli tas-Socjeta' jsib miktub, "il-membri kollha, wara l-porva mehtiega, jaghmlu l-voti ta' l-ubbidjenza, missjoni, faqar u safa".

 

Dan juri x'kellu f'mohhu u f'qalbu Mons. De Piro. L-idea missjunarja hi cara. Hu waqqaf Socjeta' religjuza, li l-membri taghha barra l-ubbidjenza, faqar u safa jweghdu wkoll hidma missjunarja. Fil-fatt tul il-medda tal-grajjiet principali tas-Socjeta', jur bic-car li dan il-vot specjali hu marbut b'mod intimu ma' l-izviluppi li sehhew kemm f'Malta u anki dawk 'il boghod mix-xtajta tal-gzira ckejkna taghna.

 

Mons. De Piro talab lil Ruma biex l-ewwel membru tieghu li issa kien wasal biex isir sacerdot, jigi ordnat bit-titlu tal-missjoni. Hu hass li dan se jkunpass importanti fl-izvilupp tas-Socjeta tieghu. Fil-fatt fis-7 ta' Novembru 1916, il-Kongregazzjoni tas-Sagramenti harget reskritt biex l-ewwel membru jigi ordnat bit-titlu tal-missjoni. Peress li s-Socjeta' kienet ghadha zghira, it-triq kienet twila u mhux wahda facli. L-akbar xewqa tieghu kienet dik li s-Socjeta' tigi approvata mill-Awtoritajiet tal-Knisja. Kellhom jghaddu hames snin sakemm l-Arcisqof ta' Malta, Mauru Caruana hareg id-digriet ta' l-approvazzjoni mill-Knisja bid-data ta' l-14 ta' Novembru 1921.

 

Pass importanti iehor, kien meta fis-sena 1973, il-Kongregazzjoni tal-Propagazzjoni tal-Fidi, kif kienet maghrufa f'dak iz-zmien, tat lis-Socjeta' id-Decretum Laudis, gharfien pontificju. Fid-digriet, jissemma car li Mons. De Piro ried iwaqqaf Socjeta' Missjunarja, li taghmel hidma ta' evangelizzazzjoni fost il-gnus. Dan ghen biex l-ideal missjunarju isir izjed internazjonali.

 

Il-Holma Missjunarja tidbda ssehh.

 

Fis-sena 1921, Mons. De Piro hareg ghal-ewwel darba pubblikazzjoni bl-isem ta' San Pawl: Almanakk ta' l-Istitut tal-Missjoni. Ir-raguni wara dan kien sabiex is-Socjeta' issir dejjem aktar maghrufa, u wkol biex ikabbar l-imhabba u l-hegga lejn il-missjoni.

 

Pero', kien hemm haga li sa issa ghadha ma ntlahqitx: il-Fundatur ma kien ghad ghandu ebda missjunarju. Din il-holma saret realta' fil-21 ta' Gunju 1927.

 

Fra Guzepp Frangisk Caruana telaq minn Malta u mar l-Abissinja, b'hekk issa s-Socjeta' kellha l-ewwel missjunarju taghha. Il-hajja missjunarja tieghu kellha tkun wahda twila u ezemplari sakemm miet fit-23 ta' April 1975, bla ma qatt rega rifes art twelidu.

 

Dan kien il-bidu semplici, issa x-xewqa saret realta'. Ta' min isemmi li l-Fundatur xtaq li hu stess flimkien ma tliet misjuarji godda jmur il-missjoni biex iwassal u jara hu stess il-missjoni u jiftah it-triq ghall-missjunarji ohra. Pero' gara li fis-17 ta' Settembru 1933, Mons. De Piro miet. Is-Socjeta' li kien beda issa sfat iltima. Madanakollu l-ispeirtu tieghu baqa' haj f'dawk kollha li mxew fuq l-istess passi teighu. Alla fil-providenza tieghu ried li s-Socjeta' tkompli tikber u taghti l-frott.

 

Socjeta' b'Karizma Missjunarja.

 

Id-9 ta' Lulju 1948 kienjum importanti, meta fuq il-vapur MV Strathnaver, Dun Wistin Grech flimkien ma' emigranti ohra salpa lejn l-Awstralja. Dan kien il-bidu tal-hidma kbira li s-Socjeta' kellha taghmel matul is-snin f'dan il-kontinent vast.

 

Il-hidma ma waqfitx hemm anzi membri ohra ntbaghtu wkoll il-Kanada u l-Istatit Uniti. Il-hidma ta' dawn il-membri kienet wahda bla waqfien. Huma taw kontibut siewi kemm lill-komunita' Maltija, kif ukoll lil tant nies ta' nazzjonalitajiet diversi li ltaqghu maghhom.

 

L-izvilupp missjunarju kompla jikber, din id-darba fil-Peru', fl-Amerika t'Isfel. Kienet is-sena 1968 meta waslu l-ewwel missjunarji fl-art ta' l-Incas, kif inhyu maghruf dan in-nazzjon. Il-missjunarji ta' San Pawl jispikkaw fix-xoghol fost il-fqar, promozzjoni umana u hidma ta' evangelizzazzjoni.

 

Pagna ohra fl-istorja tas-Socjeta' sehhet fil-1981 meta missjunarji taghna rifsu fil-Kontinent Asjatiku, ezattament fil-Pakistan. F'dan l-Istat Islamiku, il-missjunarji ta' San Pawl jaghmlu xoghol ta' evangelizzazzjoni, promozzjoni tal-gustizzja socjali u djalogu mal-Musulmani.

 

Ghaddew 75 sena mill-Approvazzjoni Djocesana. Illum ghandna nharsu lejn il-futur b'kuragg u b'tama gdida. Din l-opra t'Alla issa qabdet it-triq li tkompli tikber u tissahhah. L-ideal missjunarju li Mons. De Piro ghaddielna bhala l-aqwa wirt, "aghtu lill-ohrajn dak li San Pawl ta lilkom", qatt ma jista' jieqaf. Dan ghaliex il-hidma missjunarja ma taf bl-ebda fruntiera u ma tistax tintemm.

 

_________________________________________________________________________

 

Konfraternita’ ta’ San Guzepp Rabat – Mdina.

VII Simposju Internazzjonali Dwar San Guzepp Malta

1997

Lino Cuschieri.

Pg 51.

 

Il-Qaddej ta’ Alla Monsinjur Guzeppi De Piro, 1877 – 1933

Fundatur tas-Socjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl.

 

Guzeppi De Piro twieled nhar it-2 ta’ Novembru, 1977, is-seba’ iben tan-Nobbli Alessandro De Piro D’Amico Inguanez u Ursola xebba Agius Caruana u kien gie mghammed l-ghada, fi-t3 ta’ Novembru, 1977 fil-Katidral ta’ l-Imdina.

 

Wara li ha l-ewwel edukazzjoni tieghu fid-dar tal-familja tieghu, Guzeppi De Piro dahl il-Liceo fejn baqa’ sakemm qaghad ghall-matrikoli li permezz taghha huwa dahal fl-Universita’ Rjali ta’ Malta. Wara kors ta’ tlett snin fl-Arti u x-Xjenza, huwa beda jistudja ghal Avukat. Matul l-ewwel sena ta’ studju tal-Ligi, fit-8 ta’ Mejju, 1898, De Piro iddecieda li jhaddan is-Sacerdozju. Wara li tkellem ma’ ommu dwar id-decizjoni tieghu u gie mgharraf ukoll l-Arcisqof Monsinjur Pietru Pace, sar dak kollu mehtieg biex huwa jmur Ruma u jidhol fil-Kullegg Capranica biex jibda l-istudju tal-Filosofija fl-Universit’ Gregorjana.

 

Wara li gie ordnat Sacerdot f’San Gwann Lateran fil-15 ta’ Marzu, 1902, gie Malta biex jaghmel l-ewwel quddiesa solenni tieghu fil-Katidral ta’ l-Imdina u wara, rega lura f’Ruma biex jispicca t-tielet sean tat-Teologija. Fi tmiem din is-sena akkademika, huwa gie lura f’Malta ghal zmien qasir hafna qabel ma telaq lejn l-Isvizzera ghall-kura. Dan hemm sena u nofs sakemm, fit-2 ta’ Marzu, 1904, Dun Guzepp De Piro irritorna Malta ghal kollox.

 

Fis-sena 1911, De Piro kien mahtur Monsinjur u Dekan tal-Kapitlu Metropolitan ta’ Malta u meta Dom Mauru Caruana gie Malta u nhatar Arcisqof ta’ Malta, huwa ghazel lil Monsinjur De Piro bhal l-ewwel segretarju tieghu. Fit-30 ta’ Settembru, 1918, l-Arcisqof innominah Rettur tas-Seminarju Magguri fl-Imdina, kariga li huwa zamm sas-sena 1920. Monsinjur De Piro kien membru attiv fi hdan l-Arcikonfraternita ta’ San Guzepp tar-Rabat ta’ l-Imdina kif ukoll kien il-promotur ewlieni li kien beda jhabrek biex l-istatwa antika ta’ San Guzepp tigi nkurunata solennement.

 

Bhala cittadin li habb tassew lil pajjizu, nsibu lil Monsinur De Piro bhala wiehed mill-erba’ Monsinjuri li dehru ghall-Kapitlu tal-Katidral ta’ Malta bhal membri fl-Assemblea Nazzjonali msejha mit-Tabib Sir Filippo Sceberras biex tigi mfassla Kostituzzjoni gdida ghal Malta. Monsinjur De Piro kien ta’ kontribut ta’ siewi biex tinstab il-paci wara t-tilwim li kien inqala’ fis-7 ta’ Gunju, 1919. De Piro kien ukoll inhatar Kaxxier tal-Kumitat "Pro Maltesi morti il 7 e 8 Giugno" li kien twaqqaf biex jghin lill-familji tal-vittmi. De Piro kien ukoll strument ta’ paci fit-tilwima li kienet inqalghet bejn Lord Strickland u l-Knisja Maltija fis-sena 1930. Bejn is-snin 1932 u 1933, Monsinjur De Piro kien intghazel bhal wiehed mir-rapprezentanti ta’ l-Arcisqof fis-Senat.

 

Izda l-akbar opra li baqghet tissemma fil-hajja ta’ Monsinjur De Piro kienet dik meta huwa waqqaf is-Socjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl, Socjeta’ li ghadha sa’ llum taghti s-sehem shih taghha fil-kamp pastorali, edukattiv u socjali ta’ pajjizna, minbarra li firxet il-hidma u l-karizma taghha f’diversi pajjizi madwar id-dinja. Din is-socjta’ giet imwaqqfa minn De Piro fis-sena 1910. L-ewwel Dar tas-Socjta’ kienet f’numru 5, Triq San Rokku, l-Imdina maghrufa bhala d-"Dar Ckejkna ta’ San Pawl". Din id-Dar kienet giet dikjarata miftuha u mbierka mill-Arcisqof Monsinjur Pietru Pace fit-12 ta’ Gunju, 1910.

 

Nhar it-30 ta’ Gunju, 1914, De Piro ressaq ir-regoli li huwa ried li jkunu l-pedamenti tas-Socjeta’ tieghu ghall-approvazzjoni ta’ l-awtoritajiet tal-Knisja. L-Arcisqof Dom Mauru Caruana ghenu hafna bir-akkomandazzjoni tieghu li saret fit-22 ta’ Awissu, 1916. Wara hafna tentattivi u korrispondenza mal-Vatikan, il-Kongregazzjoni tar-Religjuzi tat il-permess lill-Arcisqof Caruana biex dan jipprocedi bl-approvazzjoni djocesana tas-Socjeta’. Fil-fatt, l-Arcisqof Caruana hareg id-Digriet ta’ l-erezzjoni kanonika tas-Socjeta’ ta’ San Pawl nhar l-14 ta’ Novembru, 1921. Wara li Monsinjur De Piro gie mitlub biex fi zmien sitt xhur jipprezenta l-istatuti u l-kostituzzjonijiet tas-Socjeta’, dawn gew eventwalment approvati mill-Arcisqof bid-Digriet li jgib id-data tat-18 ta’ Marzu, 1924.

 

Monsinjur De Piro kien ilu snin b’harstu mixhuta fuq Sant’Agata fejn, minbarra l-hsieb tal-knisja, kellu wkoll bicca mill-art ta’ magenbha. Skon il-progett imfassal minn De Piro nniffsu, dan il-post kien adattat hafna biex fih seghu jingabru u jigu edukati z-zghazagh ta’ l-idejal missjunarju. Kien ezattament nhar it-3 ta’ Ottubru, 1932 meta l-Arcisqof ta’ Malta Dom Mauru Caruana, O.S.B. qieghed u bierek l-ewwel gebla li kellha tkun il-bidu ta’ blokk bini kbir kif dejjem xtaqu l-Fundatur tas-Socjeta’.

 

Monsinjur De Piro kienhassu hazin nhar is-17 ta’ Settembru, 1933 fuq l-artal maggur tal-Knisja Parrokkjali ta’ San Gejtanu l-Hamrun waqt il-Barka Sagramentali, wara li huwa stess kien mexxa l-processjoni tad-Duluri. Huwa ttiehed l-isptar centrali tal-Furjana mitluf ghal kollox minn sensih ghaliex kien waqa’ fkoma irriversibbli.

 

Il-Qaddej ta’ Alla Guzeppi De Piro miet ezattament fid-disgha ta’ filghaxija tas-17 ta’ Settembru, 1933 fl-eta’ ta’ 55 sena, 10 xhur u 15-il gurnata. Il-Hadd stess, b’mod privat, il-katavru tieghu gie mehud fid-Dar ta’ San Guzepp f’Santa Venera. Monsinjur De Piro gie mlibbes bl-ilbies ta’ Monsinjur u t-Tnejn filghodu, nhar it-18 ta’ Settembru, 1933, tqieghed fil-Knisja tad-Dar ta’ San Guzepp, mikxuf, ghall-qima tal-pubbliku. Il-funeral solenni sar filghodu tat-Tlieta, 19 ta’ Settembru, 1933 u wara nofsinhar, saret id-difna fic-Cimiterju ta’ l-Addolorata. Fis-16 ta’ Settembru, 1948, sar it-trasport solenni tal-fdal ta’ Monsinjur De Piro ghall-Knisja ta’ Sant’Agata fejn gie mqieghed f’sargofagu mibni apposta fil-kripta ta’ Sant’Agata stess.

-------------------------------

Riferenzi: Bonnici, Alexander, O.F.M. Conv. Mons. Guzeppi De Piro, 1877 – 1933.

Vol. I, Fundatur tas-Socjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl. Malta, Edizzjoni

Socjeta’ Missjunara ta’ San Pawl, 1982.

 

Bonnici, Alexander, O.F.M. Con. Mons. Guzeppi De Piro, 1877 – 1933.

Vol. II, F’kull qasam ta’ l-Istorja ta’ Malta. Malta, Edizzjoni Socjeta

Missjunarja ta’ San Pawl, 1985.

 

_________________________________________________________________________

 

Lehen is-Sewwa

Is-Sibt, 2 ta' Mejju, 1998

P. Alexander Bonnici OFM Conv.

Pg. 9

 

F'gheluq il-100 sena ta' vokazzjoni sacerdotali.

Hidma generuza ta' Mons. De Piro

f'opra ghal xbejbiet foqra li jkunu hargu minn xi orfanatrofju.

 

Mitt sena ilu, waqt is-Supplika lill-Madonna ta' Pompej, zaghzugh universitarju, student tal-Ligi, iben familja nobbli, nhar it-8 ta' Mejju, ha d-decizjoni ta' hajtu. Dak in-nhar hu ddecieda li jaqbad it-triq biex isir sacerdot. 'L Alla kienihossu jsejjahlu. Imma kien ghadu ma weriex fil-berah il-vokazjjoni tieghu. Min minna llum ma samax b'Guzeppi De Piro? Hu ghadu jkellimna b'mod specjali permezz ta' wliedu: il-membri tas-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl, li hu bdieha fis-skiet fl-1910, u llum narawha mifruxa f'artijiet ohrajn, u f'hidma missjunarja fost il-gnus.

 

Mhux dejjem irnexxa.

 

Guzeppi De Piro kellu jkun sacerfot li jispira fiducja kbira fis-superjuri tieghu. Kien deciz, imma ma ntrabatx mad-dettalji zghar met ra li kemm-il darba kien jaqbillu jabbanduna d-dettalji biex jilhaq l-iskop principali. Mhux kulma ghamel irnexxa. Dak li ghamel xtaq jaghmlu ahjar. Imma zgur li kien biedem straordinarju li kellu wkoll id-don ta' l-umilta'. Ma ghamel xejn ghal wicc in-nies. Kulma ghamel ghamlu ghall-gid. F'kulhadd kien jara 'l Alla. Hajtu kienet bla serhan, imma ghex fil-paci anki mieghu nnifsu. Meta xi opra tieghu ma rnexxietx, hu baxxa rasu quddiem ir-rieda ta' Alla. Inkiteb hafna dwar Mons. De Piro. Imma kwazi xejn ma nkiteb fuq opra socjali tieghu fost ix-xbejbiet. Hi opra li ma kellhiex is-success mixtieq.

 

Laboratorju ghal xbejbiet.

 

Tant xbejbiet foqra fl-imghoddi kien bla xoghol. Ghall-ewwel, fl-1927, hu thabat ghal xi post tal-Gvern fil-Belt, fejn jista' jigbor xbejbiet li jkollhom bzonn ta' ghajnuna. Imma ma ghamel xejn ghax il-pst ma tawhulux. Kien qed jithabat mal-Ministeru tat-Tezor u ma' dak ta' l-Edukazzjoni.

 

Kera zewgt idjar, wahda wara l-ohra, fl-1928, fil-Belt. Imma l-kera kien gholi. Ghajnuniet ma gewx bizzejjed. Hu jghid li ma kellux hlief l-ghajnuna t'Alla. Hu kien jiehu hsieb orfanatrofji ta' bniet. Imma kien jigri li meta dawk jikbru u jkollhom jaffrontaw il-problemi tad-dinja, ma jkunux jafu x'jaqbdu jaghmlu. Ittama li dawk ikunu jistghu jintefghu fuq ix-xoghol sakemm ikllhom impieg tajjeb, u jaqilghu ftit flus. F'mohhu, hu kellu x-xbejbiet bla familja. Xtaq li jkollhom fejn jingabru wara x-xoghol.

 

Marija Assunta Borg: Kollaboratrici.

 

Marija Assunta Borg, mara mifruda minn zewgh, bdiet taghti l-ghajnuna taghha lil Mons. De Piro fil-ftuh u t-tmexxija ta' Laboratorju li hu qieghdu taht il-harsien tal-Qalb ta' Gesu. Ghal xi zmien, hadma tajjeb flimkien. Gie ccarat ukoll li kulma kien ta' dak il-laboratorju jkun f'amministrazzjoni proprja ghalih. Dan sar biex ma jkunx hemm pretensjonijiet min-naha ta' werrieta: kemm ta' De Piro kif ukoll ta' Borg. Id-Dar kienet fi Triq San Kristofru, il-Belt. Imma, wara tliet snin (1928-1931), De Piro u Borg bdew ma jaqblux bejniehom.

 

De Piro xtaq li l-laboratorju jkun ghal xbejbiet li jkunu hargu mill-orfanatrofji mmexxijin minnu. Borg xtaqet li l-laboratorju jkun ghax-xbejbiet li jkunu f'tigrib li jintefghu fil-prostituzzjoni. Borg bdiet tahseb ukoll li l-laboratorju kien taghha, waqt li De Piro kien ihoss li seta' jwarrabha u jqieghed ohra minflokha.

 

In-nuqqas ta' ftehim.

 

Lil Borg, De Piro fl-1930 ordnalha thalli mill-laboratorju, u tmur toqghod il-Hamrun. Mons. Dandria, Direttur Spiritwali taghha, taha l-parir biex lill-Laboratorju titilqu kompletament f'idejn Mons. De Piro. Kienet qed tahseb biex tibda opra ohar ghar-rasha.

 

Minhabba f'hekk, din l-opra socjali kellha bzonn struttura gdida. Hi, min-naha taghha, opra ohra ma bdithiex. Imma baqghet tghin lil xi sorijiet mitfughin fuq opri socjali. Biex ma jkunx hemm problemi legali, fl-1931, De Piro u Borg ghamlu dikjarazzjoni flimkien u kitbu li dak li kienu ftiehmu fuqu fis-sena t' qabel kellu jitqies bhallikieku qatt ma kien sar. Il-laboratorju ghalaq, u kien hemm biss it-tama li seta' jerga' jinfetah. La De Piro u lanqas Borg ma riedu jgorru minn xi haga li qisuha taghhom.

 

Swied il-Qalb.

 

L-gheluq tal-laboratorju kien decizjoni ta' sied il-qalb. De Piro kien qed jara li lil Borg ma tawhiex pariri tajbin. Ma harsux lejn il-gid kbir li kien sejjer jintilef. Ghalkemm ma kellu ebda htija, De Piro hass dispjacir kbir talli dik l-opra ma rnexxietx. Tfajliet fil-bzonn ta' ghajnuna kien ghad fadal hafna. Hu baqa' johlom x'seta' jsir.

 

F'dak iz-zmien, De Piro kien qed jghin lil Guzeppina Curmi li gabret maghha grupp ta' xbejbiet bil-hsieb li twaqqaf Kongregazzjoni Religjuza gdida. De Piro ttama li dawn ix-xbejbiet setghu jaghtu hajja gdida lil dak il-laboratorju. Ghalhekk, fost l-ghnijiet, f'Kostituzzjonijiet li kien qed jippreparalhom lil dawk li kellhom ikunu Sorijiet ta' Gesu Nazzarenu, hu kiteb: "Huma jaghmlu tajjeb li jkabbru l-hidma taghhom billi jkunu ta' gid ghax-xbejbiet li jkunu ghadhom kif hargu minn xi Istitut2.

 

Fit-testment tieghu, fl-1932, De Piro heggeg lis-successuri tieghu li kienu sejrin jiehdu hsieb tas-Sorijiet ta' Gesu Nazzarenu biex jahdmu hali dawn is-sorijiet jibqghu jghinu lil xbejbiet foqra u li dawk li hajjithom tkun f'xi tigrib ghal ruhom jew ghal gisimhom.

 

Ghalkemm din l-opra ta' gid ma rnexxietx, l-istorja ckejkna taghha hi pagna ohra sabiha fil-hajja ta' Mons. De Piro. Il-hsieb ta' dawk ix-xbejbiet juri kemm De Piro kellu qalb sensibbli. Kien benefattur tassew tal-poplu Malti, u b'mod specjali tal-fqajrin, li d-dinja kemm-il darba tinsiehom u titlaqhom.

 

_________________________________________________________________________

 

Il-Mument

Il-Hadd, 3 ta' Mejju, 1998

Alexander Bonnici OFM. Conv.

Pizzikanna Pg. 4

 

Mons. De Piro

Patrijott fl-ewwel Kostituzzjoni,

Ta Sehmu fis-Sette Giugno,

U tqabad kontra l-prostituzzjoni.

 

Mitt sena minn sejha straordinarja.

 

Nhar it-8 ta' Mejju 1898, zaghzugh bl-isem ta' Guzeppi De Piro, waqt is-supplika lill-Madonna ta' Pompej fil-knisja tal-Gizwiti, il-Belt, ha d-decizjoni ta' hajtu. Hu hass li s-sejha tieghu makenitx li jsir xi avukat jew xi pittur, imma sacerdot. Kellu jkun sacerdot ta' merti kbar f'oqsma differenti: Direttur ta' orfanotrofji, fundatur tas-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl, Terrur tas-Seminarju, Segretarju ta' l-Arcisqof, u fuq kollox bniedem li dahal bis-serjeta' ghal kull hidma, li rabtitu ma' Alla u ressqitu lejn il-bnedmin fil-bzonn. Imma, hawn, sejjer inhares lejh bhala Malti li, bhala sacerdot ukoll, habb lil art twelidu. Hu emmen fid-drittijiet li ghandu l-Malti quddiem il-barrani. Imma kien ukoll konvint li l-barrani, f'dan il-kaz, l-Inglizi, japprezza lill-Malti li jithabat ghad-drittijiet tieghu, minghajr ma juza l-vjolenza. Quddiem dawk li l-poplu Malti ghazel biex imexxuh, De Piro kien konvint ukoll li l-mexxejja civili taghna, minflok ma jikkundannaw lill-imsejken, ikunu ta' gid akbar meta jersqu lejh, jerfghuh mill-mizerja tieghu, u jghinuh biex jghix hajja izjed dinjituza.

 

Fl-Assemblea Nazzjonali.

 

Meta ma konniex ingawdu l-beneficcji ta' indipendenza mill-barrani, De Piro kien fost dawk li thabtu biex jiddefendi lill-Maltin. Waqt li t-Tabib Filippo Sciberras fl-1918 ghamel is-sejha ghall-Assemblea Nazzjonali, lil Mons. De Piro narawh bhal d-Delegat tal-Kapitlu tal-Katidral ta' Malta. Il-laqghat ma qatghux fis-snin 1918-1919. Mons. De Piro kien tal-fehma li l-Maltin jinghataw dak li kienu qed jitolbu minghand l-Inglizi. Kien zmien meta, propju waqt il-laqghat ta' l-Assemblea, il-Maltin kienu qed iqumu fuq taghhom kontra l-Inglizi. Il-Konsegwenza kienet li diga' kien hemm min spara fuq il-Maltin. Lil wiehed midrub, dahhluh propju fis-sala fejn De Piro u l-ohrajn kienu qed jiddiskutu kif kellhom jiffurmaw skema ta' kostituzzjoni ghal Malta.

 

L-Irvell tas-"Sette Giugno".

 

Inkiteb hafna fuq is-"Sette Giugno" ta' l-1919. ghandan dikjarazzjonijiet minn fomm De Piro stess li juru li, waqt li ddefenda lill-poplu Malti, hu thabat biex tinzamm il-paci u titrazzan il-vjolenza. Il-poplu Malti stenna li dawk ta' l-Assemblea jiddefenduhom, u ma' dan kien jaqbel Mons. De Piro wkoll. Fl-inkjesta li saret izjed tard, De Piro qal: "Xi hadd dahal fis-sala tac-cirklu Giovine Malta, fejn l-Assemblea kienet qed izzom is-seduti taghha… Beda jurina maktur imcappas bid-demm, u qalilna: 'Araw x'ghamlulna. Intom ghandkom tharsuna'".

 

Dawk ta' l-Assemblea kellhom fiducja kbira f'Mons De Piro. Kienu konvinti li prezenza tieghu kienet tfisser Patrijottizmu fil-paci. Hu stqarr: "Jiena gejt mistieden biex insieheb lil xi membri ohrajn ta' l-Assemblea halli nippruvaw ingibu l-paci fost il-poplu. Jiena accettajt l-istedina".

 

Din ma kenitx stedina ta' unur, imma ta' responsabbilta' ghaliex ma kenux ftit dawk li fittxew li jdabbru rashom ghax bezghu jidhlu fl-inkwiet. ma deher l-ebda ufficjal tal-pulizija biex iwasslhom ghand is-sur Robertson, it-Tenent Gvernatur. Minn dan, ilmenta Mons. De Piro wkoll.

 

Il-poplu kien ghadu ma fehemx kemm De Piro kien qed jahdem ghalih. Bilkemm ma kien hemm minhaseb li hu u l-ohrajn ta' l-Assemblea kienu qed izommu ma' l-Inglizi. L-Avukat Caruana Gatto qal: "X'uhud min-nies urew maghna mgiba li kienet ta' mibgheda lejna, u b'mod partikulari lejn Mons. De Piro. Bdew jghajtu: 'Intom il-htija ta' dan kollu'. Mons. De Piro ghamlilhom din l-osservazzjoni: 'Tajba din! Ahna sejrin biex insalvawkom, u l-htija qed nehduha ahna!'".

 

Meta lil De Piro, izjed tard, staqsewh jekk kienx hemm min kellmu hazin, hu ra kif jevita t-twegiba. Ma riedx jaghmlilhom hsara lill-Maltin. Kien jaf li zgur li ma kenux responssabbli ta' xi kliem li bdew ighidu. Hu stess qal li: "Il-folla kienet bla sabar". Min-naha l-ohra, De Piro qatt ma ried ikabbar is-sehem tieghu. Jghid li s-sehem ewlieni tieghu kien biex jikkalma l-folla.

 

De Piro kien ghadda minn kaz ikrah li hu wkoll waqa' vittma tieghu. Nafu minn fomm Caruana Gatto: "L-element kriminali tal-folla rebah. Bdew jibbujawlna, u baghtuna fejn ma xtaqniex immorru. Serqulna flusna minn bwietna". De Piro f'dawn id-dettalji ma dahalx.

 

De Piro ddefenda wkoll lill-Arcisqof Caruana. Flimkien ma' l-Isqof Portelli, De Piro hareg quddiem in-nies jghajtu mal-bieb tal-Kurja. Qalilhom: "Xi tridu wliedi?" Kien hemm min wiegbu: "Irridu naharqu l-Kurja". Imma l-Monsinjur wegibhom: "Dan li hawn ma hux kollu taghhom? Hallikom minn dan. Morru, issa, uliedi".

 

Gustament id-Dumnika Patri Filipp Mallia, ikkummenta: "Hija maghrufa l-hidma fejjieda ta' Mons. De Piro". Izjed tard, fil-Malta tad-19 ta' April 1927, kellu jinkiteb: "Dun Guzepp De Piro hu patrijott li kien imdahhal sewwa fil-qtiegh il-qalb, fis-slaleb, u n-niket tat-taqlib tas-7 ta' Gunju. Dak in-nhar, hu kien f'nofs l-isparar u qalb il-midrubin. De Piro hu ghall-Knisja u ghal art twelidu l-ezempju ta' sacerdot ideali u Malti patrijott".

 

Senatur fit-Tielet Parlament.

 

De Piro kien patrijott imma mhux politiku partigjan. Kien senatur fit-tielet parlament, imma mhux f'isem xi partit. L-Arcisqof kellu d-dritt li jinnomina zewg rapprezentanti tieghu ghas-senat. Fl-1932, wiehed minnhom kien Mons. De Piro.

 

The Malta Chronicle, fid-19 ta' Settembru 1933, kellha tikkummenta: "Inhossu li ghandna niggudikaw li De Piro accetta li jidhol ghall-hidma ta' senatur ghaliex ra li dak kien dmir tieghu u ghaliex qatt ma fittex dak li jaqbillu. Hu qatt ma dahal fit-tilwim ta' bejn Partit u iehor".

 

Fis-Senat Malti, De Piro halla isem ghaliex deher bhala difensur qawwi tal-moralita'. Ilment li anki fejn tidhol l-imgieba tajba tal-Maltin, il-membri parlamentari ma jaslux biex jaqblu bejniethom. Kienet diskussjoni dwar ligi li tirregola l-eta' ta' tfajliet li jahdmu fi hwienet tax-xorb, mimlijin bil-periklu. Ghal De Piro, l-eta' ma kenitx tfisser wisq. Kellhom f'mohhom il-hwienet bil-prostituti li kienu, u baqghu fi Strada Stretta.

 

De Piro jzid: "Imissna nahsbu, mhux biss ghall-imsejkna tfajliet taghna, imma wkoll ghal tant guvintur. Il-hsieb taghna ghandu jkun li ntellghuhom b'sahhithom moralment u fizikament sabiex, 'il quddiem, ikollhom hila jitqabdu t-taqbida tal-hajja". "Jiena tal-fehma li ghandu jsir minn kollox biex dawn in-nisa jitwarrbu minn dawk il-hwienet ghaliex il-periklu hu ghal kulhadd".

 

Il-Lehen is-Sewwa tal-25 ta' Frar 1933 ikkummentat: "Mons. De Piro… qieghed lil kulhadd f'postu u ta lil kulhadd dak li haqqu… Ir-Religjon u l-gid materjali ta' Malta qeghdin jistennhew minnu ghajnuna izjed kbira2.

 

Dawn il-ftit hsibijiet juru tajjeb kemm Mons. De Piro kien benefattur tal-poplu Malti, mhux biss bhal sacerdot, imma wkoll bhal cittadin. Hu ddefenda lill-poplu Malti kontra l-barrani li ma tahx id-drittijiet tieghu. Imma lill-poplu, iddefendih ukoll kontra dawk il-Maltin stess li nqdew b'dak li hu dghajjef fil-bniedem biex ihaxxnu bwiethom. Hu sacerdot fil-veru sens tal-kelma, kif nixtiequ, illum ukoll, li jkunu s-sacerdoti taghna.

 

_________________________________________________________________________

 

Il-Mument

Il-Hadd 13 ta' Settembru, 1998.

Walter Camilleri

Pg. 26.

 

Il-Festa tad-Duluri fil-Hamrun,

Mons. Guzeppi De Piro u r-Rieda ta' Alla.

 

Wiehed mill-iskopijiet tal-Knisja hu li ggib 'il quddiem 'devozzjoni' jew 'qima', mhux biss b'mod assolut lejn is-Sinjur Alla fil-misteri u l-virtujiet kollha tieghu, izda wkoll lejn il-Madonna, l-Angli u l-Qaddisin. U dan, ghax wara kull wiehed u wahda minn dawn il-persunaggi tas-sema, hemm messagg ghal kull zmien skond ir-Rieda Divina Tieghu ghalina.

 

Id-devozzjonijiet ta' kull generu fi hdan il-Knisja, qabel kollox gejjin mill-Fidi f'Alla u ghax imqanqla mill-imhabba specjali u straordinarja tal-qalb tal-bniedem. U dan, lejn dak kollu li hu ta' Alla u l-qaddejja eroj tieghu.

 

U fost l-akbar, lejn Marija Santissma specjalment fid-Dulur taghha. Dan ghax hi Omm Alla u ommna fl-istess hin, skond ir-rieda Divina Tieghu ghalina. Ghax hi kenn taghna midinbin u mnikkta. Id-devozzjoni lejn Marija Addolorata hi antika fem fil-gzejjer taghna.

 

Fil-Hamrun.

 

Il-Knisja ta' San Gejtanu tal-Hamrun kienet saret parrocca fit-2 ta' Dicembru 1881, mill-Isqof Mons. Carmelo Scicluna. F'Marzu ta' l-istess sena (1881) kien ingeib f'Malta minn ruma kwadru/pittura mill-isbah u artistikament ta' pregju, dedikat lill-Imqadds Omm Imnikkta: "L'Addolorata Madre col Cristo morto".

 

Dan il-kwadru, li kien destinat ghall-knisja ta' San Gejtanu tal-Hamrun, kein tpinga mill-Kav. Pietro Cagliardi ta' Ruma, u kien kummisjjonat minn Mons. Paolo Pullicini.

 

Kif kien mistenni, id-devozzjoni fil-Hamrun lejn il-Madonna bdiet tikber minn jum ghall-iehor, u sa minn snin ferm qabel il-formazzjoni tal-Hamrun bhal parrocca u/jew kif nafu illum.

 

U dan kien komplu wkoll billi l-kappelli, li kienet wirtet il-parrocca gdida ta' San Gejtanu, (1881) kienu kollha dedikati lill-Madonna: dei Dolori (tal-Pieta'); l'Assunta (tas-Samra) u La Visitazzione - Porto Salvo (Santunnuzzu).

 

Din id-devozzjoni lejn il-Madonna kompliet tidher u tikber mat-twaqqif tal-knisja ta' San Gejtanu (1869/75) u wara wkoll, billi minn ghaxar kappelli/artali f'din il-knisja gdida, sitta kienu dedikati lill-Madonna taht diversi titli.

 

Mill-banda l-ohr, fil-kwadru titulari ta' San Gejtanu, il-Madonna tpoggiet tiddomina x-xenarju bl-aktar mod imponenti, ferm akbar mill-qaddis mahbub taghna. Dan Il-kwadru titulari hu wkoll ta' Cagliardi (1875) li jirraprezenta l-grajja ta' l-1517 mill-hajja ta' San Gejtanu.

 

Mill-banda l-ohra, aktar lejna, minbarra t-tliet kappelli li ga semmejt, fil-Hamrun zdiedu tliet kappelli/knejjes ohrajn, u wkoll kollha dedikati lill-Madonna: tal-Kuncizzjoni (parrocca); tal-Midalja Mirakoluza (Museum) u sahansitra tad-Duluri (tar-Rabbat). U ma' dawn ma nistghux ma nzidux il-knisja ta' San Frangisk, li tghozz is-Santwarju tal-Madonna tas-Sokkors. Fi kliem iehor ma nesagersx jekk nghid, li l-Hmarun hu subborg Marjan fit-totalita' tieghu bla ma nafu.

 

Wiehed mill-altari fil-knisja parrokkjali kien dedikat lil Marija Addolorata.

 

Flimkien ma' din i-devozzjoni 'tad-Duluri', fil-Hamrun kompliet tikber ukoll id-devozzjoni specjali lejn il-Gimgha Mqaddsa u dak kollu li jmiss maghha, parikolarment: il-Via Sagra; il-Wicc ta' Kristu; is-Sepulkru Mqaddes u l-Adorazzjoni tas-Salib.

 

Darba, Patri Fidiel Vella, Kapuccin, kien qalli li tant kien impressjonat u emozzjonat waqt il-priedka 'tat-tliet sieghat' fil-Hamrun (1933) bl-attendenza, id-devozzjoni u l-gabra tal-kleru u l-poplu, li sentejn wara, b'talba tieghu stess, kien rega' ghamel l-istess priedka, u fis-snin ta' wara kien iffunzjona/ippriedka f'xi wahda mic-celebrazzjonijiet tal-Gimgha Mqaddsa, inkluza dik tad-Duluri fl-1936.

 

Intant, il-festa tad-Duluri fil-Hamrun, kienet issir darbtejn fis-sena bl-istess funzjonijiet u solennita': gimgha qabel il-Gimgha l-Kbira u fit-tielet Hadd ta' Settembru. Izda maz-zmien, tard fil-parrokat ta' Dun Guzepp Muscat, (1897 / 1928) din il-festa devota u penitenzjali kienet bdiet issir b'aktar hegga fil-jum liturgiku taghha, 15 ta' Settembru li jwassal sat-tielet Hadd.

 

Il-Kappillan tal-Hamrun, Dun Guzepp Muscat, kien miet fit-8 ta' Dicembru 1928 propju f'nhar il-Kuncizzjoni! Dan il-jum Marjan hu sinifikanti hafna fil-Hamrun, billi dan l-istess kappillan kien b'ruhu u b'gismu favur it-twaqqif ta' 'l-Oratorju ta' l-Immakulata Kuncizzjoni' fil-Hamrun, fejn fl-1924 kien irrakkomanda lill-Isqof li dan l-Oratorju, "kif trasferit f'post gdid, kellu jsir fih il-quddies b'risq il-poplu fl-inhawi."

 

U kif ga semmejna, minn oratorju ckejken ghal kappella, biex wasalna ghal knisja kbira u gdida, fejn fl-1968 saret parrocca taht il-harsien tal-Madonna, 'L-Immakulata Kuncizzjoni'.

 

Tas-Samra.

 

F'Gunju 1929 kellna Kappillan gdid fil-persuna twajba, qaddisa u minsija ta' Dun Gejtanu Mifsud (1929-33).

 

Fi zmienu, dawn id-devozzjonijiet qaddisa u kommoventi komplew jistaghnew, specjalment lejn id-Duluri ta' Marija Santissima. Gara wkoll li f' 'Tas-Samra', fi tmiem is-snin ghoxrin ukoll inhatar Dun Guzepp Mifsud mill-belt Valletta, bhal Agent Rettur ta' din il-kappella/santwarju, li hi wkoll beneficcjali. Hu wkoll kellu devozzjoni kbira lejn il-Madonna.

 

U ra kif ghamel, fl-entuzjazmu li kellu, biex ikabbar id-devozzjoni lejn il-Madonna u anke jsebbhilha kif jista' t-tempju storiku taghha. Fost l-ohrajn insibu li kien ittrasferixxa f'postu fl-altar maggur il-kwadru titulari tal-Madonna 'ta Atocja' (Tas-Samra), li kien fuq altar laterali u sekondarju u li bla ma hadd kien jaf ghaliex kien twarrab u tpogga fejn kien fil-genb. Dan sehh b'digriet tal-Vigarju Generali, Mons, P. Galea tad-19 ta' Mejju 1933.

 

Izda milli jidher, billi Dun Guzepp Mifsud 'Tas-Samra' kien xi ftit 'fuq tieghu', u billi Dun Gejt Mifsud, il-kappillan tal-Hamrun, kien 'twajjeb izzejjed', ir-relazzjonijiet ta' bejniethom ma kinux kif kellhom ikunu! Aktar iva milli le, kien hemm min kien qed isuq u jisfrutta 'l Dun Guzepp Mifsud f'konfront mal-parrocca ghal skopijietu. Si ftit tal-hsara kienet saret izda kollox ghadda b'wicc il-gid wara niket bla mistenni minhabba internenti qaddisa.

 

Konfraternita' tad-Duluri.

 

Mal-migja ta' Dun Gejt Mifsud fil-parrocca tal-Hamrun, kompliet tikber aktar id-devozzjoni lejn id-duluri ta' Marija Santissima. Lejn is-sena 1930, fil-parrocca tal-Hamrun, kienet bdiet tixtered l-ahbar li l-kappillan Dun Gejt kien se jwaqqaf il-Konfraternita' 'tad-Duluri'. F'temp ta' ftit xhur grat xi haga li ma tantx tiftiehem sew b'mohh uman. Hawn kienet saret kollizjoni intortament bejn l-Agent Rettur ta' 'Tas-Samra' u l-kappillan tal-Hamrun dwar din il-Konfraternita' u d-devozzjoni Marjana.

 

Minn hawn 'il quddiem se nassistu ghal sensiela ta' grajjiet strambi mkebbin f'xulxin. Ghalhekk irridu nirriflettu b'ghaqal spiritwali biex forsi nifhmu l-messaggi tas-sema u r-rieda ta' Alla f'kull ma sehh. U nippruvaw nifhmu x'rabta hemm bejn grajja u ohra vis-a-vis l-persunaggi kollha involuti.

 

U dan naghmluh, imqar jekk forsi nemmu li kienet inqalghet xi kwistjoni fi hdan il-knisja fl-Istess parrocca. Ma ninsewx li s-Sinjur Alla jaf jinqeda b'kollox ghall-gid taghna, anke b'xi burraxxaka, zghira jew kbira fil-knisja. Dan jghodd ukoll ghaz-zmien ta' llum u ta' ghada.

 

Gara, li fl-istess zmein li l-kappillan tal-Hamrun kien qesd ihejji lill-poplu tieghu biex iwaqqaf fil-parrocca tieghu 'Konfraternita' f'gieh Marija Addolorata, u dan bla ma kien ghadu rrikorra ghand l-Isqof, Dun Guzepp Mifsud, fit-18 ta' April, 1932, kien baghat rikors il-Kurja mas-Sur Gann Borg fejn kien talab lill-Isqof jaghtih il-permess kanonkiku li jwaqqaf din il-konfraternita' 'tad-Duluri' fil-knisja tieghu f'ta' 'Tas-Samra'!

 

Il-Kappillan tal-Hamrun, Dun Gejt Mifsud, kien tfantas mhux ftit meta kien sar jaf minghand il-Vigarju Generali b'dan ir-rikors ta' 'Tas-Samra', meta kien intalab jikkummenta skond il-procedura.

 

Propju hawn kienet saret il-kollizjoni bejn iz-zewg reverendi, u meta l-poplu ma kien kwazi nduna b'xejn. Sadattant, bil-kwiet u l-prudenza kollha, bejn April u Settembru 1932, kien intervjenew bejn iz-zewg partijiet Dun Gorg Preca (1880-1962), Dun Alfred Gatt (1873-1937) u Mons. Guzeppi De Piro (1877-1933).

 

Dawn l-informazzjonijiet u aktar, dwar il-kwistojoni u l-interventi, kont ksibthom principalment minghand Patri Fidiel Vella ofm cap. (1906-1967); is-Sur Guzeppi Taboni (1906-1983) u s-Sur Nikol Mamo (1911-1977) li t-tlieta kienu midhla sew tal-knisja ta' San Gejtanu, li b'xi mod huma wkoll kienu involuti.

 

Din il-medjazzjoni tat-tliet sacerdoti qaddisa fil-veru sens tal-kelma, kienet issarfet fis-16 ta' Settembru 1932, propju fil-gimgha li fil-Hamrun kienet qed tkun celebrata l-festa 'tad-Duluri'. Fejn Dun Gejt Mifsud, bhal kappillan tal-Hamrun, kien ghamel l-oggezzjoni prudenti u formali tieghu lill-Kurja bi kliem meqjus. Hu kien spjega fost l-ohrajn, li kien ilu bil-hsieb li jwaqqaf il-Konfraternita' 'tad-Duluri' fil-knisja parrokkjali tieghu.

 

"... che egli giea' da molto tempo aveva l'intenzione di erigere nella sua chiesa parrocchiale del Hamrun la Confraternita' del Sacro Abitino della B.V. Addolorata, verso cui, i fedeli della sua parrocchia nutrono una grande devozione, i in onore della quale si fanno ogni anno in detta chiesa parrocchiale due feste con grande pompa e solennita'..."

 

Il-Volto Santo.

 

U kompla juri li ma kienx jaqbel mar-rikors ta' 'Tas-Samra' li tali konfraternita tkun imwaqqfa f'xi knisja ohra fil-Hamrun, jekk mhux biss, fil-knisja ta' San Gejtanu, minfejn originarjament kienet twieldet l-idea ferm qabel. Il-Kurja gustament kienet injorat r-rikors ta' 'Tas-Samra' tat-18 ta' April 1932.

 

Dun Gejt kien ha battikata, ghax kien fehem li l-istorja kienet se terga' tirrepeti kif kien sehh sentejn qabel. Billi fl-introduzzjoni tad-devozzjoni lejn il-Wicc Adorabbli ta' Kristu, fil-Hamrun stess, fl-1930 kein gara l-istess haga bejn ta' 'Tas-Samra' u l-knisja parrokkajali fi zmien l-istess zewg reverendi!

 

Kultant nghidu li dawn huma 'praspar'. Izda ma ninsewx, kif ga ghedna, li s-Sinjur Alla jaf jinqeda bid-debolezza umana u l-praspar taghna biex jilhaq l-iskop ahhari Tieghu. U ghalhekk, mhux la kemm nghagglu niggudikaw u nittimbraw!

 

Allura kien gara, fl-1930 li Dun Alfed Gatt, promotur ewlieni tad-devozzjoni lejn il-Wicc Adorabbli ta' Kristu, li kien mill-belt Valletta bhal Dun Gejt Mifsud u Dun Guzepp Mifsud, kien spiss imur ghand Dun Gorg Preca fil-Hamrun. U ma kienx naqas li jgib 'il quddiem din id-devozzjoni fil-MUSEUM ta' Dun Gorg kif ukoll fil-parrocca tal-Hamrun, allura ga fi zmien il-Kappillan Muscat. U hekk kompla fi zmien siehbu l-Kappillan Dun Gejt.

 

U hawn irrid nghid li Dun Gorg Preca, Dun Alfred Gatt, Mons. Guzeppi De Piro u z-zewg kappillani tal-Hamrun kienu hbieb intimi spiritwalment u kien jfittxu 'l xulxin ghall-glorja t'Alla. Izda anke dawn kienu hbieb genwini ta' Dun Guzepp Mifsud ta' 'Tas-Samra. U hu kien ifittixhom spiss ukoll bi skop spiritwali. Bejn wiehed u iehor fl-istess zmien fis-seminarju, nehhi barra 'l Dun Guzepp Muscat li kien sar kappillan tal-Hamrun fl-1897, allura ferm akbar minnhom.

 

Intant, minn ta' 'Tas-Samra' bil-firma ta' l-Agent Rettur Dun Guzepp Mifsud, kien sar rikors lill-Isqof fis-26 ta' Mejju 1930, fejn b'risq id-devozzjoni lejn il-Wicc Adorabbli ta' Kristu, kien talbu li japprova t-twaqqif ta' fondazzjoni u kwadru, "…molto devoto del Volto Santo…" Dawn kienu approvati mill-Agent Vigarju Generali, il-Kan. P. Buttigieg fil-5 ta' Settembru 1930.

 

Interessanti li ninutaw, li billi l-kappella ta' 'Tas-Samra' hu guspatronata ljkali u beneficjali, sa certu punt il-kappillan tal-lokal m'ghandux setgha fuqha, sakemm l-amministrazzjoni tar-rettur ma teffetwax lill-poplu li jinqeda b'dik il-kappella u/jew il-parrocca nnifisha.

 

Kien ghalhekk li l-Kurja qatt ma kienet irreferiet it-talbiet ta' 'Tas-Samra' ghall-kummenti tal-kappillan, bhal meta ried jirranga l-kappella ghal kemm-il darba bejn l-1928/1933.

 

Mill-banda l-ohra, fir-rigward tat-twaqqif tal-Konfraternita tad-Duluri minn ta' 'Tas-Samra', il-Kurja korrettement irreferiet il-kaz lil-kappillan tal-parrocca. Izda nemmen ukoll li l-Kurja ga kienet indunat fil-kaz tal-Konfraternita, li xi haga stamba kienet qed tigri minn ta' 'Tas-Samra'.

 

Ghal darb'ohra nosservaw, li anke din id-devozzjoni lejn il-Wicc Adorabbli ta' Kristu, kienet ga twieldet fil-parrocca snin qabel. Izda Dun Gejt kien fassal li l-ewwl ikollu f'idu l-fondazzjoni u l-kwadru, imbaghad jikteb lill-Kurja ghall-approvazzjoni kanonika.

 

Izda kif jghid il-kappilan Dun Gejt, il-Prof. Lazzaro Pisani (1854-1932), li tieghu hu l-kwadru tal-Wicc ta' Kristu fil-parrocca ta' San Gejtanu, kiendam hafna bies lestieh! (Probabbilment, dan il-kwadru hu fost l-ahhar xogholijiet ta' Pisani billi miet fil-31 ta' Awissu, 1932).

 

Milli jidher kienu gieghluh ifittex ilesti dak il-kwadru. Finalment, fis-16 ta' Jannar 1931, il-Kappillan Dun Gejt kien kiteb lill-isqof. Dawn kienu gew approvati b'digriet tal-Vigarju Generali Mons. P. Galea fl-10 ta' April 1931. Sadattant manafx min kien pinga l-kwadru tal-Wicc ta' Kristu ghal ta' 'Tas-Samra' u meta. Dan kien l-ewwel kaz stramb.

 

Konfraternita tad-Duluri.

 

U nergghu lura ghat-tieni kaz stramb fit-twaqqif tal-Konfraternita tad-Duluri. Hawn irridu nifhmu u nammettu, li l-kappillan, bhal raghaj ta' parrocca shiha, ma setax u ma jistax jippermetti zewg kongraternitajiet ta' l-istess denominazzjonijiet fl-istess parrocca minn zewg knejjes differenti. Aktar u aktar,meta l-piki u certu parrokkajlizmu kien fl-aqwa taghhom f'Malta u fil-Hamrun mhux b'anqas.

 

U ghax kien inqala' dan it-tieni kaz stramb u sfortunat, li nizzu hajr 'l Alla, ma kienx halla griehi, il-kappillan Dun Gejt dlonk kien ipprezenta rikors iehor lill-isqof fl-istess jum, 16 ta' Settembru 1932, li fih kien oggezzjona formalmetn ghat-talba ta' 'Tas-Samra'. U kien talab lill-isqof li jawtorizza kanonkikament it-twaqqif tal-Konfraternita tad-Duluri fil-Knisja parrokkjali ta' San Gejtanu.

 

"...in preparazjone poi della festa dei Dolori di Maria, glorificati nella stess chiesa parrocchiale... domanda umiltmente l'Ecc. Vostra Rev. a voler concedergli il permesso di erigere nella sua chiesa parrocchiale la Confraternita del Sacro Abitano della B. V. Addolorata e la facolta' di aggregarla alla Prim Primaria di Roma..."

 

F'dan ir-rikors, il-kappillan Dun Gejt sostanzjalment kien kiteb fl-istess linji li kien kiteb fl-oggezzjoni tieghu ghar-rikors ta' 'Tas-Samra' liema zewg rikorsi jgibu d-data tas-16 ta' Settembru 1932.

 

U wara din il-battikata kollha, li min jaf min kien l-awtur propju warajha, fil-parrocca San Gejtanu finalment kienet twaqqfet ghall-ewwel darba l-Konfraternita tad-Duluri b'digriet ta' l-Isqof Mons. Mauro Caruana tat-12 ta' Ottubru 1932.

 

Izda mhux kolox ward u zahar, ghax fil-fatt, din il-Konfraternita qatt ma rat id-dawl tax-xemx. Ghalkemm, mill-banda l-ohra sa llum din qatt ma kienet rekoverata b'xi digriet. Semplicement mietet fuq ommha "fil-veru sens tal-kelma" kif se naraw. Hawn jghodd il-qawl Malti, "il-bniedem jipproponi u Alla jiddisopon", anke fejn jidhlu l-konfuzjonijiet fid-devozzjonijiet.

 

Imwiet hesrem.

 

Bejn Novembru u Dicembru 1932, il-kappillan Dun Gejt Mifsud ma tantx kien jiflah. U kien baqa' miksur tul is-sena ta' wara (1933). Hekk li kien ma jiflahx fil-Gimgha Mqaddsa u fil-Gimgha ta' San Gejtanu. Fiz-zewg kazi kien iffunzjona bi sforzi kbar u ma kien qal xejn lil hadd. Sadattant, kienet ix-xewqa u l-pjan tieghu li l-festa tad-duluri f'Settembru (1933) tkun celebrata fuq skala akbar u bl-introduzzjoni tal-Konfraternita l-gdida "tad-Duluri", kif approvata mill-isqof. Izda ma kien lahaq iffinalizza xejn b'mod konkret minhabba l-mard, id-deni u l-ghejja. Lanqas kelma wahda ghall-istatut ma kien lahaq kiteb.

 

Il-festa f'Settembru kellha tkun il-manifestazzjoni l-kbira bis-solennita' kollha, filwaqt li dik ta' gimgha qabel il-Gimgha l-Kbira tibqa' biss wahda devozzjonali u penitenzjali marbutin mal-grajja tal-Fidwa tas-Sinjur taghna Gesu Kristu. U din fiha sens kbir.

 

Dan kollu aktarx li ried jaghmlu wkoll biex ma jxekkilx il-festa, il-purcissjoni u d-devozzjoni "tad-Duluri" mill-knisja ta' "Ta Giesu" fil-belt Valletta, fejn Malta kollha kienet u ghadha tinzel fil-belt bi hgarha. Izda l-mard harbatlu kollox. Sadattant, fil-gimgha ta' San Gejtanu kien ga lissen xi kliem bezghan dwar sahhtu.

 

Fis-27 ta' Awissu 1933, Dun Gejt kien qabbad 'l min jiktiblu ittra lil Mons. Guzeppi De Piro, li kien iffirmaha b'roghda u bilkemm tingharaf. B'din l-ittra Dun Gejt ried pjacir doppju min ghand il-monsinjur habib tieghu, fejn ghat-tieni darba, dan is-sacerdot qaddis kien intrabat mad-devozzjoni tad-Duluri fil-Hamrun.

 

Ghall-valur storiku ta' din l-ahhar ittra ta' Dun Gejt u r-rabta devota li kellu ma Mons. Guzeppi De Piro se nippubblikaha kif tradotta dedelment:

 

Hamrun 27.8.33

"Illus. u Rev. Monsinjur, b'dispjacir nghidlek li l-ghada tal-festa ta' San Gejtanu sibt ruhi ma niflahx b'deni qawwi. U ghadni ninstab fis-sodda b'dak id-deni. Ippermettili napprofitta ruhi mill-hbiberija taghna biex nitolbok favur.

 

Billi mal-misteru tal-Fidwa hu marbut il-misteru u t-tifkiriet tad-Duluri tal-Madonna, u billi fil-parrocca tieghi ghadha kemm twaqqfet kanonikament il-Kongregazzjoni tad-Dulur a' Marija Santissima, il-poplui tal-Hamrun kien talabni biex nitlob lill-isqof biex itini l-permess li naghmel il-purcissjoni devota, proprju fit-tielet Hadd ta' Settembru.

 

Imma jien ninsab mixhut fis-sodd. Ghalhekk nitolbok biex taghmilli int dan il-favur. Li tirrakkonmandali t-talba tieghi lill-isqof kemm tista' biex ingib dan il-permess. Tista' sserrah ras Mosn. Isqof, li s-supretendent tal-Pulizija tal-Hamrun kien assigurani li hu, min-naha tieghu, ma jsib l-ebda diffikulta'.

 

U jekk jirnexxilek tiksibli dan il-permess, fejn jien fiducjuz li jirnexxilek, billi naf kemm jirrispettak Mons Isqof, nistiednek biex tmexxi int il-funzjonijiet kollha tal-festa tad-Duluri, ie il-quddiesa kantata u l-purcissjoni, li dwarhom nergghu nitkellmu. Nitolbok biex titlob ghalija. Dejjem tieghek fi Kristu. Dom Gheit. (Dun Gejt)2.

 

Mela, il-Hadd, 27 ta' Awissu 1933, id-devozzjoni Marjana marbuta mal-festa tad-Duluri flimkien mal-kappillan Dun Gejt Mifsud, bhal fatt kien qishom dahlu fi sqaq li jinfidx. U dan, l-aktar, ghax propju f'dak l-istess jum filghaxija, Dun Gejt qaleb ghall-aghhar, tant, li l-Kan. Dun Guzepp Vella, (1974-1955) allura Vigarju Kurat tieghu, kien amministralu l-Grizma tal-Morda.

 

Mons. G. De Piro, li kien infurmat malajr b'kollox, kien mar jarah id-dar tieghu fi Triq l-Oratorju, ma' Mons. G. Apap Bologna, u filwaqt li kien lahaq ha l-ittra minghand Dun Gejt innifsu bla ma kellmu, tah l-assuluzzjoni. U Dun Gejt Mifsud miet trankwill jumejn wara, l-Erbgha, 30 ta' Awissu 1933 f'idejn il-Vigarju Kurat tal-Hamrun, il-Kan. Dun Guzepp Vella u Mons. De Piro nnifsu.

 

Mons. G. De Piro, wara l-funeral ta' Dun Gejt Mifsud, u li fih kien qed jirraprezenta lill-Isqof Mawru Caruana, fit2 ta' Settembru, kien ipprezenta b'mod ufficjali x-xewqa tal-mejjet Dun Gejt: "…in ossequio ai vincoli di amicizia dai quali era stretto l'oratore (De Piro) col parroco Mifsud, ed al bene spirituale dei non meno cari fedeli di Hamrun..."

 

L-isqof M. Caruana, fl-4 ta' Settembru 1933, "bil-pjacir kollu" kien laqa' t-talba tal-mejjet Dun Gejt Mifsud kappillan tal-Hamrun u ordna.."accogliamo ben volontieri la domanda... per la processione". U jkompli, bil-kundizzjoni: "...di che, colla recita del S. Rosario, escluzi spari, bande e altre pompe esterne."

 

Ghalhekk, l-ittra ta' Dun Gejt Mifsud tas-27 ta' Awissu 1933, flimkien mar-rikors ta' Mons, De Piro tat-2 ta' Settembru ta' l-istess sena, storikament huma l-ahhar kitbiet taghhom. U ghalhekk huma ta' valur kbir.

 

U din ta' "bla banda, bla murtali u bla pompa/tizjin fit-toroq", fiha l-piz taghha, mhux biss ghax kien ghadu kemm miet ir-Raghaj tal-Parrocca, izda anke b'rabta mal-grajja "tal-Konfraternita tad-Duluri.

 

Izda wkoll, biex tkun eliminata kull possibilta ta pika bej iz-zewg kazini tal-Banda, billi milli jintqal, ga kien hemm xi diskors dwar kif u meta kellhom jiehdu sehem il-baned tal-Hamrun f'din il-festa waqt il-purcissjoni! L-isqof kien ghaqli u haseb minn kmieni, billi kien qata' l-ghatx bil-perzuta. Anke ghas-snin ta' wara.

 

U billi l-festa tad-Duluri kient se ssir fi ftit jiem wara d-digriet ta' l-Isqof, u billi Mons. De Piro hu wkoll kien laqa' x-xewqa tal-mibki Dun Gejt li jmexxi l-festa tad-Duluri fil-Hamrun u kif stabbilita b'digriet ghat-tielet Hadd (17 ta' Settembru) kellu jmexxi l-funzjonijiet liturgici fl-Istitut ta' Fra Diegu fil-festa tal-Pjagi ta' San Frangisk, minflok Dun Gorg Preca, billi kien ma jiflahx, dan it-twajjeb u qaddis Mons De Piro kellu jibdel il-programmi li kellu, biex izomm kelmtu ma' Dun Gejt.

 

Kollox ma kollox Mons. De Piro (1877-1933) li hu wkoll kien marid u ghajjien, il-Hadd, 17 ta' Settembru, kif kien wieghed, kien mexxa l-festa kollha "tad-Duluri" fil-Hamrun. U appena dahlet fil-knisja l-purcissjoni bil-vara tad-Duluri, u ezatt f'riglejn l-artal maggur, Monsinjur Guzeppi De Piro hassu hazin ghall-mewt u ttiehed maljar l-isptar Centrali tal-Floriana, fejn miet fl-eta' ta 56 sena ghall-habta ta' l-10 pm.

 

L-ghejja tal-mard u tal-purcissjoni kienu ghamlu taghhom. U mal-ghejja, l-ghali li kien garrab bil-mewt hesrem ta' Dun Gejt Mifsud. U hawn ta' min isemmi, fost l-ohrajn zewg kummenti tas-sinjuri Mamo u Tabone li ga semmejna aktar 'il fuq: Mons De Piro, qabel u wara l-quddies kantata, kif ukoll waqt il-purcissjoni ma hediex jitkellem hlief fuq Dun Gejt Mifsud u l-mewt tieghu. Kien impressjona ruhu hafna.

 

Mill-banda l-ohra, waqt il-purcissjoni, Dun Edgar Santucci, li kien qed jaghmilha ta' assistant tal-monsinjur kien impressonat bil-kbir ghall-krib u l-infiegh ta' Mons. De Piro, tant li tbikkem bil-hass hazin u l-mewt hesrem tieghu. U ripetutament lissen ghal gimghat shah: "kien fl-agunija tieghu ma' gnebi u hadd ma nduna."

 

U nibqghu fuq il-mewt ta' Mons. De Piro. Hawn ma nistax inhalli bara l-kitba ta' Patri Alexander Bonnici OFM Conv., b'referenza ghal omm Mons. De Piro. Meta Ursola ommu kienet infurmata bil-mewt ta' binha Guzeppi, hi dlonk lissnet: "tkun maghmula r-rieda ta' Alla"! U aktar 'il quddiem kienet spiss ittenni: "Jien bhall-Vergni Marija Addolorata. Gejt minfuda minn seba' sjuf ta' niket."

 

U dan, ghax fl-eta' veneranda taghha ta' 90 sena, kienet tilfet sebgha minn uliedha! bis-seba' sejf li qasmilha qalbha, bil-mewt ta' binha Mons. Guzeppi, proprju fil-festa tad-Duluri li kien qed imexxi fil-Hamrun!

 

Dan ifisser, fl-opinjoni tieghi, li l-mewt ta' Dun Gejt Mifsud u ta' Mons. Guzeppi De Piro flimkien mal-grajjiet kollh li semmejna marbuta ma' devozzjonijiet marjani, u anke mal-fatt li dawn sehhew fil-Hamrun, fihom sinifikat proprju taghhom. U ma nistax norbothom jekk mhux biss mal-pjan u r-rieda ta' Alla.

 

Ir-Rieda ta' Alla.

 

Naqraw mill-Evangelju ta' San Mattew: (Kap.7 V21)

"Mhux kull min jghidli 'Mulej Mulej' jidhol fis-Saltna tas-smewwiet, izda kull min jaghmel ir-Rieda ta' Missieri li hu fis-smewwiet". U din hi l-kelma tal-Mulej, li tghodd ghal kulhadd, ghal kull zmien u ghal kollox.

 

Issa, il-bniedem li jemmen f'Alla, fl-umanita' debboli tieghu rarament jagixxi b'konvinzjoni "f'kull hin", meta dak li qed iwettaq, bil-hsieb, bilkliem u bl-ghemil, ikun qed iwettqu biex ikun proprju skond ir-Rieda tal-Mulej. Konvint b'danakollu, li wara, f'xi hin jew iehor, jistqarr dan, anke b'konvenjenza. Ghax il-bniedem ghandu habta kif jinterpreta r-Rieda ta' Alla fil-mument opportun.

 

Mhux hekk is-Sinjur Alla. Hu jaf 'ezattametn' xi jrid minna, meta u kif. Hu jghddina mit-toroq tieghu bla ma nafu, irrispettivament mir-rieda u l-pjani taghna. Hu jaghmel dan akkost li tinholoq krizi/konfuzjoni (persunali/familjari/komunitarja/nazzjonali) u fejn sahansitra jkollna intenzjoni retta fl-imgieba taghna.

 

Ir-rieda ta' Alla tohrog mit-talba tal-Missierna. Meta s-Sinjur ghallimna li: "Ikun dak li trid Int fis-sema u fl-art". U din naccettawha biss jekk inhaddmuha bil-fidi ghamja Fih, b'ubbidjenza u konvinzjoni inkondizzjonata u billi nagixxu b'ghaqal, sabar u prudenza.

 

Dak li rajna li sehh f'din is-sensiela ta' grajjiet fi zmien qasir fil-Hamrun, bejn 65 u 70 sena ilu, hu wicc iehor tal-munita ghall-valur storiku-uman. Ida hemm il-wicc l-iehor x'wiehed jibqaghlu jirrifletti, dak spiritwali, li ma nistghux inwarrbuh. Konvint li f'dak li segwejna hemm l-Id ta' Alla, li jidher li tharrket bil-goff ghall-mod kif sehhew dawn il-grajjiet f'qasir zmien.

 

Jibqa' spazju li nfakkru, li tezisti minita ohra b'zewg ucuh ukoll. Dik li "il-bniedem jipproponi" min-naha, filwaqt li mill-ohra, "li Alla jiddisponi". U dan nghiduh b'konvinzjoni ferma, ghax konvint li "ma ticcaqlaqx werqa wahda minghajr il-volonta' u l-permess dirett tas-Sinjur Alla." U dan kemm ghal dak li devozzjonali u pastorali fil-Knisja, kif ukoll ghal dak li hu amministrattiv u esekuttiv fl-Istat.

 

Din il-katina ta' grajjiet fi hdan il-Knisja fl-istess parrocca u f'qasir zmien, m'hix semplicement 'konicidenza' u/jew 'kumbinazzjoni' kif tatnt inhobbu nghidu u nikkonkludu. Kelan doza qawwija ta' gdiedem u tilwim fi hdan zewg knejjes fl-istess parrocca. Li allura f'Malta ma kinitx xi haga kbira li jigri dan!

 

Izda kellna wkoll l-involviment b'mod diskret u dinjituz ta' numru ta' persunaggi twajba, ghaqlin u qaddisa fil-veru sens tal-kelma. U fl-ahhar kellna mwiet bla mistennija f'qasir zmien u f'qasir l-ghomor1 Din ta' l-imwiet hi sinifikanti hafna, ghax anke fil-mewt hemm messagg mis-sema.

 

Jien konvint li wara dan kollu, fil-mira ahharija tieghu hemm Monsinjur Guzeppi De Piro ghas-sigill ta' qdusitu fl-ahhar jiem ta' hajtu. Izda anke l-fatt li dan is-sacerdot qaddis kellu jkun is-seba' telfa fost l-ahwa, li miet meta ommu Ursola kienet ghadha hajja, meta proprju f'riglejn l-artal f'nhar il-festa tad-Duluri. Din fiha l-piz taghha. Daqskemm fiha l-piz taghha, il-mewt ta' Dun Alfred Gatt f'nhar il-Gimgha l-Kbira.

 

B'danakollu, induru kif induru ma' l-argument, ma nifhmu qatt il-pjan u r-rieda ta' Alla ghalina, ghalkemm nafu u nifhmu biss x'kien gara.

 

_________________________________________________________________________

 

Pastor

Rivista Pastorali Mejju / Gunju 1999 Vol. XXX

P. Alexander Bonnici OFM Conv.

Pg. 33.

 

Mons. De Piro.

Il-patrijott Malti li waqqaf Socjeta' Mlatija imma b'destinazzjoni ghad-Dinja.

F'Gheluq it-80 sena mill-Grajjiet Imdemmghin tas-Sette Giugno: 1919-1999.

 

Meta ftit snin ilu jien kelli l-gieh li nfassal il-hajja ta' Mons. De Piro, benefattur kbir tal-gzejjer taghna, lil wiehed mill-kaptli tat-tieni volum, sejjahtlu Patrijottizmu Sincier u Genwin. Wahda mir-ragunijiet li minhabba fiha gie moghti dan it-titlu kien ghal dak li hu ghamel fil-grajja tas-Sette Giugno 1919.

 

Waqt li hadem biex ighin halli l-Mlatin jinghatw id-drittijiet taghhiom minghand il-gvern Ingliz, hu thabat ukoll biex jevita t-tixrid ta' demm u biex il-paci terga' tibda ssaltan f'qalb il-poplu Malti. Imma nixtieq niehu l-okkazjoni bie naghti hjiel dwar x'kien dan il-bniedem li hadem biex l-opra tieghu ma tmutx mieghu. Hu kellu demm Malti ibaqbaq f'gismu. Imma waqqaf socjeta' li biha wera kemm imhabbut kienet lejn il-bnedmin kollha. Hu sar ta' gieh kbir ghal Malta. Dak li ma rnexxilux jaghmel f'hajtu li ma kentix wahda twila, beda jaghmlu permezz tas-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl, li llum narawh tahdem ghal Alla u ghall-bnedmin f'Malta u Ghawdex, imma wkoll f'inhawi differnet tad-dinja.

 

De Piro: Fundatur ta' Nisel Nobbli.

 

Fost il-fundaturi ta' Istituti ta' Hajja kkonsagrata klerikali, wiehed biss twieled f'Malta. Dan hu Mons. Guzeppi De Piro. Guzeppi twieled l-Imdina min-nobbli Alessandro De Piro u Ursola (imwielda Agius Caruana), fit-2 ta' Novembru 1877. Kien is-seba' wiehed fost disat ahwa. Fi tfulitu, flimkien mal-edukazzjoni primarja u sekondarja, hu wera hila fl-arti tal-pittura. ghal xi snin, Guzeppi zamm il-vokazzjoni tieghu lejn is-sacerdozju mohbija ghax kien jaf li l-genituri ma kienux se jifirhu b'ghazla bhal dik. Bejn 1892 u 1986, hu serva bhala suldat fir-Royal Malta Militia. Fl-1894, dahla fl-Universita' ta' Malta u, ghal tliet snin, studja l-arti u x-xjenza. Imbaghad, bejn 1897 u 1898, iz-zaghzugh ghamel parti mill-kors tal-Ligi. Fit-8 ta' Mejju 1898, wara s-supplika tal-universitarji lill-Madonna ta' Pompej, Guzeppi ha d-decizzjoni li jiftah qalbu ma' ommu, u jistqarr maghha x'kienet il-vokazzjoni tieghu. Fl-10 ta' Jannar ta' dik is-sena miet missieru, meta ma kellux hlief 49 sena. Zijuh, il-Baruni Guzeppi De Piro, ghenu billi, bi ftehim mal-Arcisqof Pietru Pace, iz-zaghzugh intbaghat jistudja Ruma, b'allogg fil-maghruf Kullegg Capranica. Minn dik is-sena 1898, hu beda l-istudju tal-Filosofija u t-Teologija fl-Universita' Gregorjana. Fil-15 ta' Marzu 1902, gie kkonsagrat sacerdot fl-Arci-Bazilika tal-Lateran f'Ruma. Bejn 1902 u 1904, hu ghamel sena u nofs f'Davos fl-Isvizzera halli jiehu sahhtu li kienet dghajfa. Fl-1904, hu gie lura lejn Malta, u ntbaghat jahdem fil-parrocca tal-Qrendi ghal kwazi tliet snin. In-nis habbewh u l-Arcisqof Pace beda jitfa' ghajnejh fuqu. Bosta kien l-hidmiet pasotrali, socjali u patrijottici tieghu f'Malta u Ghawdex.

 

Bejn 1907 u 1933, hu kien direttur ta' hames orfanotrofji. Imma kien ukoll Monsinjur tal-Katidral (1911 - 1933), segretarju tal-Arcisqof Mawru Caruana (1915 - 1918), Rettur tas-Seminarju Magguri (1918 - 1920), fl-1919, narawh fost il-mexxejja Maltin halli jinzamm il-kwiet wara dak li kien inqala' fis-Sette Giugno. Gie mbaghad maghzu Dekan tal-Kapitlu tal-Katidral (1920 - 1933). Fl-1921, De Piro kien fost dawk li thabtu halli Malta jkollha l-ewwel Kostituzzjoni taghha; ghal dan il-ghan, hu kellu sehem kbir fil-laqghat tal-Assemblea Nazzjonali. Fl-1922,hu ntbaghat mill-Arcisqof fil-Gudja halli jikseb il-paci f'parrocca milquta minn interdett. Bejn 1927 u 1931, hu thabat ghat-twaqqif u t-tmexxija ta' laboratorju biex jghin xbejbiet li kien bla xoghol Mill-1927, narawh ighin fit-tmexxija ta' oratorju ghat-tfal subien f'Birkirkara. Fi zminijiet difficli ghal Malta, fl-1930, De Piro kien medjatur bejn il-Knisja u Lord Strickland. Bejn 1932 u 1933, hu kien ukoll Senatur fit-tielet Parlament Malti.

 

Fl-istess zmien, De Piro kien daqs Fundatur ghas-sorijiet ta' Gesu Nazzarenu. Kien ukoll mitfugh fuq predikazzjoni li biha ghemelhafna gid. Kulfejn kien ,hu dejjem wera kemm kien nobbli, mhux biss f'nislu, imma wkoll f'imgibtu. Kien sacerdot skond il-qalb t'Alla, u, bhal Kristu, minn kull fejn ghadda, ghamel il-gid. Imma l-opra ewlenija tieghu hi s-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl, li ghaliha kien fundatur u missier. Dwar din is-Socjeta' se jinghat ftit taghrif dettaljat.

 

Warajk kulfejn tmur.

 

De Piro kien ghadu student tat-Teologija f'Ruma meta, fid-Djarju tieghu, kiteb: "Ghandi hsieb gewwa mohhi li jghidli li Alla, minn din id-Dar (ta' San Guzepp f'Santa Venera), irid iwaqqaf f'Malta Kongregazzjoni ta' sacerdoti that il-harsien ta' San Pawl. Din il-Kongregazzjoni, wara li tissoda f'Malta tkun tista' tinfirex f'artijiet ohrajn".

 

Fis-16 ta' Jannar 1905, De Piro, li kien ilu tleit snin sacerdot, tkellem ma' Mons. Manwel Vassallo, id-Direttur tad-Dar ta' San Guzepp u semmielu l-idea ta' Kongregazzjoni taht il-harsien ta' San Pawl. Imma ma kkonkludew xejn. Kien zmien ta' qtiegh il-qalb. De Piro beda jilmah hafna apatija madwaru. Fit-8 ta' Mejju 1905, Vassallo wieghed biss li kien se jirrifletti fuq il-progett. Fi zmein ta' skoraggiment, De Piro kiteb li l-hsieb centrali tieghu kien li jinghata bidu ghal Socjeta' ta' Missjunarji. Imma xejn ma kien car. Kien se jimxi fejn ihoss li l-Mulej ikun qed isejjahlu. Hu ghamel tieghu l-kelmiet tal-Evangelju: "Mghallem, nimxi warajk kulfejn Inti tmur" (Matt. 8,19)

 

1910: Twelid ta' Socjeta'

 

Daqqa t'id kienet qd tinghata lil De Piro minn Dun Gorg Bugeja u mis-seminarista Gwanni Mamo. Flimkien, fl-1909, huma bdew jipprogettaw it-twaqqif ta' Socjeta' bil-voti. Ikollha bhala karizma l-formazzjoni ta' missjunarji li tibghathom kulfejn ikun hemm bzonn. Fl-1909, kien hemm kelma ta' inkoraggiment minn Mons Pietro La Fontaine, Vizitatur Appostoliku f'Malta. Fl-1910, kien hemm ukoll il-barka tal-Papa Piju X li, filfatt, ma kellux taghrif ezatt fuq il-progett. Fit-30 ta' Gunju 1910, f'n.5 Triq San Rokku, l-Imdina, infethet id-Dar Ckejkna ta' San Pawl. Imma Bugeja u Mamo kienu hallewh. Ghalhekk, De Piro sab ruhu wahdu fit-tmexxija ta' Socjeta' li, fil-bidu, kellha zewg membri biss: Gwanni Vella (ghal sacerdot) u Guzeppi Caruana (b'sejha ghal fratell religjuz). Is-Socjeta' tqieghdet mill-ewwel taht il-harsien ta' San Pawl. Gie maghzul l-isem tal-Appostlu tal-gnus, mhux biss ghax imwaqqfa f'Malta, imma wkoll ghax kellha l-karizma missjunarja.

 

L-ewwel zmein kien difficli hafna. Il-Fundatur taha kollox lis-Socjeta': ghajnuna fil-formazzjoni u mezzi ghall-ghajxien. Imma qatt ma kellu zmiem daqs kemm staq ghaliha. Hu tnikket hafna meta ra jhalluh zghazagh li kellu fiducja fihom. Imma, fl-ottimizmu tieghu, De Piro baqa' dejjem jitama f'gejjieni ahjar. Hu gie li ghen anki lill-familji foqra ta' zghazagh li haddnu s-Socjeta'. Kien dispjacir kbir ghalih meta halla mis-Socjeta' Dun Gwann Vella: l-ewwel vokazzjoni u anki l-ewwel sacerdot. Flimkien ma' dawk b'vokazzjoni ghalsacerdoti, kien hemm dawk li kien se jibqghu fratelli. Imma dawn, bhal membri tas-Socjeta', qatt ma kellhom xi haga inqas mill-ohrajn.

 

Ftit gimghat qabel il-mewt tal-Arcisqof Pace, De Piro, fit-30 ta' Gunju 1914, ressaq ghall-approvazzjoni abbozz ta' regolamenti. Wiehed minnhom juri tajjeb il-karizma: "L-ghan tas-Socjeta' jkun li taghti ghajnuna lill-gnus li m'ghandhomx haddiema li jhabbru l-Evangelju. B'mod specjali, ghajnuna ghandha tinghata lill-Maltin imbieghda minn art twelidhom".

 

1921: Id-digriet tal-ewwel approvazzjoni.

 

Is-sabih u l-ikrah thalltu flimkien fi grajjeit din is-Socjeta' ckejkna. De Piro kiteb: "Kull gurnata kellha t-totol taghha. Gie li bqajt dizappuntat u ghaddejt mill-umiljazzjonijiet. Min-naha l-ohra, il-Providenza Divina ma naqsitx milli ttaffi t-toqol tal-gwaj. Grajjiet li ma xtaqthomx thalltu ma' ohrajn li kienu ta' hlewwa li farrgitni".

 

Id-dar tal-Imdina malajr inhasset ckejkna wisq. Kien hemm min ippropona lil De Piro dar f'Haz-Zabbar. Hu nnifsu xtaq parti minn dak li kien il-Kullegg tal-Kappillani Konventwali, fir-Rabat. Imma kienu progetti u tamiet li ma wasslu ghal xejn. Is-sena 1921 kellha zewg avvenimenti importanti ghas-Socjeta'. Intelqet l-ewwel dar fi triq San Rokku, u ghal xi zmien, mill-1921, huma ttrasferew kollox f'bicca minn Palazzo Xara fl-Imdina wkoll. L-avveniment l-iehor kien izjed importanti. Fl-14 ta' Novembru, l-Arcisqof Mawru Caruana hareg id-digriet tal-gharfien ufficcjali tas-Socjeta' bhala wahda djocesana.

 

Passi 'l quddiem bi djar u hidmiet.

 

Fl-1922, is-Socjeta' ta' San Pawl dahlet fid-Dar San Guzepp f'Santa Venera, minflok il-Freres De La Salle. Il-membri kellhom f'idejhom il-hsieb tat-tfal li kellhom xi problema familjari. Minn dak il-post, is-Socjeta' ma harget qatt. Pass 'il quddiem ta' importanza akbar kien meta s-Socjeta', fl-1923, accettat il-knisja ta' Sant'Agata, f'Hal Bajjada, ir-Rabat.

 

Bhala Socjeta' li kienet tiddependi mill-Isqof ta' Malta, Mons. Caruana b'digriet tat-18 ta' Marzu 1924, approva r-Regola tas-Socjeta' ta' San Pawl. Minn dak il-waqt, is-Socjeta giet taht superjuri li mexxewha skond ir-regoli li kienu gew approvati.

 

F'Ghawdex, il-Kappillani hadu f'idejhom dar qadima f'Ghajnsielem biex jigbru fiha t-tfal subien iltiema. It-tmexxija taghha giet fdata f'idejn De Piro u s-Socjeta' tieghu. Il-post gie inawgurat fl-1925, u tqieghed taht il-harsien ta' San Guzepp. Is-Socjeta' bdiet tmexxi l-post, ghalkemm il-vokazzjonijiet qatt ma kienu daqs kemm kien hemm bzonn ghall-opri socjali li s-Socjeta' kellha f'idejha. Dik id-Dar t'Ghawdex inzammet mis-Socjeta' tul il-hajja ta' De Piro. Imma Mons. Pantalleresco, Superjur tas-Socjeta' wara De Piro (1934 - 1940), iddecieda li dik id-Dar t'Ghawdex tintelaq minhabba n-nuqqas ta' personnel mehtieg ghaliha.

 

Fl-1927, l-Oratorju Domenico Savio ta' Birkirkara gie moghti f'idjen is-Socjeta' min-Nutar Casolani wara li, ghal xi snin, kien f'idejn is-Salesjani u l-Freres De La Salle. L-edukazzjoni tat-tfal f'dak l-Oratorju baqghet tinzamm minn din is-Socjeta' sallum.

 

Iz-zerniq tal-hidma missjunarja.

 

Fi zmien il-fundatur kien hemm zewg passi ohra ta' importanza kbir ghas-Socjeta'. Sar l-ewwel pass lejn il-hidma missjunarja billi, fl-1927, Fra Guzepp Caruana gie mibghut minn De Piro nnifsu, fis-Somalja fejn hadem flimkien mal-patrijiet Kapuccini bhal missjunarju ghall-kumplament ta' hajtu. Dam fis-Somalja u l-Etjopja ghall-48 sena shah, minghajr qatt ma rega' lura lejn Malta. De Piro kien hieni hafna bih ghax sar il-pass l-izjed konkret lejn l-ideal missjunarju li baqa' kontinwament f'mohh il-Fundatur.

 

Fl-1931, huma regghu biddlu d-dar tal-Imdina. Kien post iehor provizorju u ghal zmien qasir f'n.10 Strada dei Celsi, fl-Imdina wkoll. Imma s-Socjeta' kienet imxennqa ghal xi haga ahjar. Fi qrib il-mewt tal-Fundatur, pass iehor ta' importanza kbira kien l-akkwist tal-art qrib il-Knisja ta' Sant'Agata, billi sar xi bdil ma' artijiet ta' wiehed minn hutu. Hemm fl-1932, tqieghdet l-ewwel gebla ta' dik li kellha tkun id-Dar Centrali tas-Socjeta'. Fl-1933, ftit xhur qabel il-mewt ta' De Piro, giet inawgurata bicca minn dik id-Dar. Ghall-ewwel darba, is-Socjeta' kien se jkollha post li jkun taghha tassew.

 

Ghalkemm inkwitat b'mard fil-kliewi, De Piro fl-1933 kien ghadu qed johlom u jipprogetta. F'dak iz-zmien, ghalkemm kien dejjem fuq riglejh,hu kien marid hafna. Kien jaqta' nifsu malajr. Imma baqa' jahseb bis-serjeta' fuq il-ghan ewlieni tas-Socjeta'. Il-Kapuccini, spcecjalment Patri Ang Mizzi, kienu qed ifissrulu li, fis-Somalja kienu mehtiega missjunarji ohrajn. Imma dan il-bniedem straordinarju, li ried li kollox isir kif imiss, kien deciz li ma jibghat lil hadd qabel majizen kollox. Hu ma kienx kuntent bil-fatt li Fra Guzepp, il-missjunarju tieghu, kien ghad ma kellux lanqas kamra li sata' jsejhilha tieghu. F'Settembru 1933, De Piro kien lest biex jitlaq lejn is-Somalja halla jara b'ghajnejh f'liema qaghda kienet tinstab dik il-missjoni. Kien sejjer jiehu tnejn ohrajn mieghu. Fosthom kien hemm Dun Mikiel Callus, sacerdot ta' merti kbar ghas-Socjeta'. De Piro kien sejjer jidhol, mhux biss ghal spiza kbira, imma wkoll ghal strapazz li hu ma tantx kien jiflah ghalih. Imma l-bniedem jipproponi u Alla jiddisponi.

 

1933: imut imma jibqa' haj fis-Socjeta' tieghu.

 

Fis-17 ta' Settembru 1933, Mons. De Piro, wara li ccelebra l-Festa ta' San Frangisk ghand is-sorijiet Frangiskani tal-Istitut Fra Diegu, il-Hamrun, mexxa wkoll il-purcissjoni tad-Duluri fil-knisja parrokkjali ta' San Gejtanu. Imma, waqt li kien se jaghtio l-barka sagramentali, De Piro hassu hazin u ntilef minn sensih f'riglejn l-altar. Haduh maljar lejn l-isptar Centrali, il-Furjana, u miet fid-disgha ta' filghaxija. Hu kellu qrib 56 sena. Ommu Ursola kienet ghadha hajja. Dak in-nhar hi hasset ruhha bhad-Duluri ghax Guzeppi, l-iben l-izjed mahbub minnha, kien is-seba' wiehed fost uliedha li miet qabilha. Wara hmistax-il sena midfun fic-cimiterju ta' l-Addolorata, il-fdal teighu, fl-1948, gie trasportat solennement lejn il-Knisja ta' Sant'Agata, ir-Rabat, u tqieghed f'sarkofagu fic-centru ta' kripta li nbniet ghal dan l-iskop.

 

Malta ma nsietx lil Mons. De Piro. Fl-1983, f'gheluq il-hamsin sena mill-mewt tieghu, il-Gvern ta' Malta hareg bolla, li d-disinn taghha hu ta' Esprit Barthet. Il-motiv tal-bolla kien ghax De Piro ghandu jitqies fost il-benefatturi tal-poplu Malti. Il-Knisja wkoll harset lejn De Piro b'venerazzjoni ghaliex fl-1987 bdiet il-kawza tal-Beatifikazzjoni tieghu b'tama li 'l quddiem ghad narawh meqjum fuq l-altari.

 

Fuq kollox, De Piro ghadu haj fis-Socjeta' mwaqqfa minnu. Data mill-izjed importanti fl-istorja ta' din is-Socjeta' hi d-19 ta' Jannar 1973, meta l-Papa Pawlu VI hareg id-Decretum Laudis li, bil-qawwa tieghu, is-Socjeta' saret wahda pontificja u tqieghdet taht il-Kongregazzjoni tal-Propagazzjoni tal-Fidi. Sabiex ma tithallatx ma' ohra bl-istess isem, ufficcjalment bdiet tissejjah Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl.

 

Id-Dar Centrali ta' Sant' Agata, ir-Rabat, tlestiet, kompliet titkabbar, u saret l-akbar kumpless li ghandha s-Socjeta'. Minbarra l-katakombi u l-muzew marbutin mal-post, hemm ukoll il-Kullegg Missjunarju ta' San Pawl.

 

Hi skola ta' livell medju apprezzata hafna. Inzammet f'idejn is-Socjeta' d-Dar ta' San Guzepp, f'Santa Venera. Maghha, inghaqad ukoll centru missjunarju. L-Oratorju San Domenico Savio ta' Birkirkara ghadu jibded lejh it-tfal ta' dik ix-xaqliba, u fih jinghataw fomazzjoni nisranija.

 

F'Ghawdex, ghalkemm haliet id-Dar ta' Ghajnsielem, is-Socjeta' dahlet iz-Zebbug u nbniet dar li ssejhet Stella Maris. Fiha, s-Socjeta' ghandha n-novizzjat taghha. Isiru wkoll xi rtiri u laqghat ta' gruppi ghal sacerdoti, ghal membri ta' Istituti ta' Hajja Kkonsagrata, u anki ghal lajci. It-triq fejn hemm id-dar issemmiet ghal-Mons. De Piro. Fil-fatt, toroq imsemmijin ghalih insibuhom ukoll ir-Rabat (fi triq qrib id-Dar Centrali) u l-Hamrun.

 

Is-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl intefghet bis-shih fuq il-karizma missjunarja, li llum il-Knisja thares lejh f'sens wiesa' hafna. Dak li ma sarx fi zmien il-Fundatur, minhabba d-diffikultajiet li nholqu, qieghed isir illum. Fl-1948, is-Socjeta' dahlet l-Awstralja, u bdiet tahdem hafna qalb dawk li kienu emigraw lejn dak il-kontinent; il-hidma mhix fost emigranti Maltin biss, Illum, fl-Awstralja, hemm sebat idjar. ghal hafna snin, hidma simili saret fil-Kanada (1959 - 1992). F'din l-art, is-Socjeta', fl-1999, regghet dahlet f'Toronto, fil-parrocca ta' San Pawl, li hi l-unika parrocca tal-Maltin qalb dan in-nazzjon. Is-Socjeta' dahlet minflok il-Frangiskani Minuri, li kienu hadmu hemm ghal qrib hamsin sena. Sa mill-1973, is-Socjeta' hi mitfugha fuq xoghol ta' din l-ghamla anki fl-Istati Uniti tal-Amerika, fejn ghandha dar wahda. F'dawn il-gnus, issir hidma biex jitqajjem l-ispirtu missjunarju fost in-nies tal-post. Is-Socjeta' ghadha kif fethet ukoll dar ckejkna f'Vitinja qrib Ruma, u din saret id-dar residenzjali tas-Superjur Generali.

 

Hidma missjunarja f'ambjenti izdet difficli nsibuha f'erbat idajr fil-Peru', fejn ir-Religjon hi dik Kattolika, imma l-faqar u n-nuqqas ta' taghlim ma jistghux jtfissru bil-kliem. Ghalhekk sa mill-1968, minbarra li jmexxu parrocci, huma jaghtu ghajnuna Socjali lil hafna nies foqra. It-tlett idjar tal-Pakistan joholqu problemi difficli ohrajn. Minbarra l-faqar, ir-Religjon tal-post hi Musulmana, u tant drabi tkun b'avversita' lejn ir-Religjon Kattolika. Is-Socjeta tahdem biex tibni komunitajiet insara; imma tinghata ghajnuna anki lil familji Musulmani.

 

Il-harsa hi lejn il-futur ukoll. Hemm tama li s-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl tifrex il-hidmiet taghha fil-Filippini. Hemm ukoll ix-xewqa li tkun tista' terga tahdem anki fl-Afrika fejn is-Socjeta' kellha l-ewwel missjunarju taghha. Id-diffikultajiet ma naqsu qatt. Imma minn mindu s-Superjuri Generali bdew jigu maghzulin minn fost il-membri tas-Socjeta' nnifisha, il-hidma mxiet ahjar. Ma jistax ma jkunx hemm apprezzament lejn dak li sar fit-tmexxija tas-Socjeta' minn Mons. Albert V. Pantalleresco (1934 - 1940) u l-Gizwita P. Danjel Glavina (1940 - 1948). Imma, imbaghad, ulied Mons. De Piro, membri tas-Socjeta mwaqqfa minnu, bdew imexxu wiehed wara l-iehor, u maghzulin minnhom stess, Dawn kienu Dun Mikiel Callus (1948 - 1969), Dun Stanley Tomlin (1970 - 1982), Dun James Bonello (1982 - 1994), u Dun Joe Cremona (mill-1994).

 

Il-Kostituzzjonijiet tas-Socjeta jiccaraw dak li Mons. De Piro kien diga' qieghed fil-bidunett tas-Socjeta'. Kull appostolat li s-Socjeta' jkollha f'idejha jkollu bhal skop jew direttament il-hidma missjunarja jew sens ta' animazzjoni missjunarja.

 

Mons. De Piro kien il-bidu ta' ezerctu ta' missjunarji. Dawn, bhala wliedu ghax membri tas-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl jihassu bhala benefatturi li zgur li ma humiex ta' Malta biss. Huma jwasslu l-isem ta' Kristu lil dawk kollha li jintlaqtu mill-hidma fejjieda taghhom, kemm f'Malta kif ukoll fost il-gnus.

 

_________________________________________________________________________

 

Il-Mellieha

Marzu 2000

Dun Mose' Debono.

Pg. 5.

 

Monsinjur Guzeppi De Piro

u l-Mellieha.

 

Monsinjur Guzeppi De Piro u huh Dun Santino kienu midhla sewwa tal-Mellieha. Qabel xejn, dawn iz-zewg Qassisin kellhom dar f'San Pawl il-Bahr qrib fejn hemm illum il-Posta, u kienu hbieb hafna ta' sewg Qassisin ohra ahwa mill-Mellieha - Dun Frangisk u Dun Anton Debono. Dawn ta' l-ahhar kienu z-zijiet