JOSEPH DE PIRO - Official Site of the Cause of Canonisation

 
 

 Kwotazzjonijiet ta' Dun G. De Piro (Malti)


 [ S - Z ]

 

SACERDOT


 

(Is-Sacerdot), "....ministru u ambaxxatur ta' Gesu' Kristu,....dak li ghandu jkompli l-missjoni divina tieghu, dak li jifhem u jghallem lill-ohrajn x'jigifieri l-kliem....'tigi saltnatek'. " (1926 p.20)

 

"Ghalkemm ghadda dan iz-zmien kollu (madwar ghoxrin seklu), pero' l-kelma ta' Gesu' ghada mimlija bil-hajja fil-qalb tal-Ministri tieghu...." (1930 p.34)

 

"F'dawk il-mumenti hekk sbieh u solenni (ta' l-ordinazzjoni sacerdotali) taghraf minghajr ma trid il-qawwa u sbuhija tas-sacerdozju kattoliku u tifhem ukoll li minghand Alla biss is-sacerdot kattoliku jiehu l-missjoni gholja tieghu." (1931 p.14)

 

 

SACERDOT - EMIGRANTI MALTIN


 

"Ta' min ifahharhom tassew dawn il-qassisin li jmorru f'artijiet fejn jinsabu l-Maltin ghaliex ma jistghux ma jaghmlux hafna gid lil huthom li jinsabu boghod minn pajjizhom." (1929 p.30)

 

 

SACERDOT - EMIGRANTI MALTIN - PREDIKAZZJONI


 

"....dawn l-erba'....sacerdoti Maltin qassmu bl-abbundanza lil shabhom Maltin (ta' Detroit) il-hobz tant mehtieg tal-Kelma t'Alla." (1924 p.7)

 

 

SACERDOT -- PACI - SALVAZZJONI - EWKARISTIJA


 

"....(is-) Sacerdot....joffri l-ostja divina u permezz taghha jaqla' ghal hutu l-paci, jehlishom mit-telfien ta' dejjem u jdahhalhom fil-merhla tal-maghzulin." (1932 p.30)

 

 

SACERDOT - PREDIKAZZJONI


 

"....(il-qassis)....ir-raghaj (spiritwali)....jaghti l-ghajnuna spiritwali u jsemmaghhom (lill-insara) il-kelma mqaddsa t'Alla u tixghel u tqabbad fihom is-sentimenti ta' l-istess Mahbub Sidna Gesu' Kristu." (1929 p.12)

 

 

SACERDOTI - NUQQAS TA'


 

"Huma (is-sacerdoti) il-lum bil-kemm huma bizzejjed biex izommu hajja l-Fidi kulfejn tinsab imxerrda diga'; bil-kemm huma bizzejjed biex jistghu jimlew kulfejn jinfetah il-vojt minhabba fix-xjuhija, fil-mard u fil-mewt, bil-kemm huma bizzejjed biex jilqghu l-ghawg li jinzara' mill-eghdewwa tal-Knisja u biex jaqilghuh minn kull fejn nibet u qabad." (1931 p.44)

 

 

SAGRAMENTI - TALB - KREDU - FIDI - KMANDAMENTI


 

"Biex nghixu ghall-qalb t'Alla ghandna nemmnu l-veritajiet li Huwa wriena, nosservaw l-ghaxar Kmandamenti bil-ghajnuna tal-grazzja tieghu li tinghata bis-Sagramenti u bit-talb. Il-veritajiet li Alla wriena huma principalment dawk li jinsabu migburin fil-Kredu jew Simbolu ta' l-Appostli u jissejhu veritajiet ta' fidi ghaliex ghandna nemmnuhom b'fidi shiha, bhala mghallmin lilna minn Alla li la jitqarraq u lanqas jista' jqarraq." (1923 p.39)

 

 

SAGRIFICCJU - MISSJONI - TFAL


 

"Ingieghlu t-tfal joffru xi mortifikazzjoni zghira ghall-Missjonijiet." (1930 p.31)

 

"Lill-ommijiet nghidulhom idarru 'l uliedhom jaghmlu xi sagrificcju ghall-missjonijiet." (1931 p.21)

 

 

SALIB


 

"....is-salib....huwa s-sinjal tas-sahha ta' l-erwieh tad-dinja kollha." (1927 p.4)

 

 

SALIB, RADD TAS-


 

"Fil-ghodu x'hin nistenbhu (jixraq li rroddu s-salib) sabiex hekk nikkonsagraw lilna nfusna kollna kemm ahna 'l Alla flimkien ma' l-eghmil taghna ta' matul il-jum." (1923 p.13)

 

"Filghaxija qabel norqdu (jixraq li rroddu s-salib) biex nistriehu fil-paci, imharsin b'din l-arma hekk qawwija." (1923 p.13)

 

"Qabel u wara t-talb taghna (jixraq li rroddu s-salib) sabiex hekk ikun milqugh ahjar minn Alla, u ghalhekk ikun mismugh aktar zgur." (1923 p.13)

 

"Qabel u wara l-ikel (jixraq li rroddu s-salib) sabiex dak li niehdu jkun ta' ghajnuna, minghajr ma jaghmlilna d-deni." (1923 p.13)

 

"Filwaqt tat-tentazzjonijiet (jixraq li rroddu s-salib) sabiex ikollna l-qawwa li nirbhulhom." (1923 p.13)

 

"F'nofs il-perikli (jixraq li rroddu s-salib) biex inkunu mehlusin." (1923 p.13)

 

"Meta nghaddu minn quddiem xi salib jew knisja (jixraq li rroddu s-salib) sabiex nuru li nhobbu lil Gesu' Kristu, li naghrfuh bhala Sidna." (1923 p.13)

 

"Fil-bidu ta' kull ghemil ta' xi mportanza (jixraq li rroddu s-salib) sabiex ikun imqaddes kollu f'Alla." (1923 p.13)

 

"....kemm hi haga sabiha li wiehed irodd is-salib....U min jaf kemm dizgrazzji u htijjiet inbieghdu minna kull darba li rroddu s-salib!" (1923 p.13)

 

 

SALIB, SINJAL TAS-MSSP (ISTITUT)


 

U s-sinjal tal-salib....jinzel ukoll fuq kollha kemm huma ta' l-Istitut Missjunarju taghna (MSSP), ikabbarhom fl-ispirtu tal-Missier taghhom Pawlu, ixebbhilhom qalbhom lil tieghu ghax kif ighid il-Krizostmu, il-qalb ta' Pawlu hi l-qalb ta' Kristu' imbaghad jaghmilhom akbar u akbar fil-ghadd biex huma wkoll fil-hidma kbira missjunarja, fil-lant ta' bla qies ghas-salvazzjoni tad-dinja pagana, ikollhom huma wkoll mill-aktar fis is-sehem taghhom." (1933 p.10)

 

 

SALVAZZJONI - EWKARISTIJA - SACERDOT - PACI


 

"....(is-) Sacerdot....joffri l-ostja divina u permezz taghha jaqla' ghal hutu l-paci, jehlishom mit-telfien ta' dejjem u jdahhalhom fil-merhla tal-maghzulin." (1932 p.3)

 

 

SALVAZZJONI - GESU' KRISTU


 

"Iva, hemm bzonn li Gesu' jkun is-Sultan u r-Re tad-dinja kollha u li r-renju tieghu jinfirex fuq il-popli kollha." (1927 p.16)

 

"....ix-xewqa qawwija li ghandu Gesu' ghas-salvazzjoni ta' l-erwieh..." (1930 p.35)

 

"Minn harsa lejn il-Kurcifiss nitghallmu x'tiswa ruh ta' bniedem." (1933 pp. 8-9)

 

"....Gesu' Kristu....ghandu ghatx tant kbir ghall-erwieh...." (1933 p.20)

 

 

SALVAZZJONI - HAJJA NISRANIJA


 

"Inharsu dejjem u f'kollox il-kelma t'Alla Sidi u tal-Knisja Mqaddsa tieghu, u hekk nisthoqq il-kuruna tal-hajja." (1924 p.21)

 

 

SALVAZZJONI (OHRAJN) - MAHFRA (DNUBIET) - GLORJA (ALLA)


 

"Ma jistax ikun li Alla ma jahfirx id-dejn taghna mieghu meta ahna nhabirku biex inkabbru l-glorja tieghu u nsalvaw l-erwieh ta' l-ohrajn." (1922 p.27)

 

 

SAN FRANGISK SAVERJU - MSSP (ISTITUT)


 

"....wahda mill-isbah grajjiet li jista' jsemmi l-Istitut tal-Missjoni (MSSP) hija meta d-driegh ta' San Frangisk Saverju, Appostlu ta' l-Indi, gie jaghmillu zjara (27 ta' Mejju 1924) fil-waqt li kien jinsab fuq il-gzira." (1925 p.26)

 

""Iz-zjara ta' din ir-relikwa mirakuluza (ta' San Frangisk Saverju fis-27 ta' Mejju 1924) imliet lil kulhadd bil-ferh u....kulhadd irringrazzja 'l Alla tal-favur kbir li ghamel ma' l-Istitut (MSSP)." (1925 p.26)

 

"Dawn il-visti tad-driegh mirakuluz ta' San Frangisk Saverju (fis-27 ta' Mejju 1924) hallew konsolazzjoni kbira f'kulhadd u nisslu kuragg qawwi f'kull wiehed minna (MSSP) sabiex jahdem dejjem aktar ghall-glorja t'Alla u ghall-gid ta' l-erwieh." (1925 p.28)

 

 

SAN FRANGISK TA' ASSISI


 

"(San Frangisk ta' Assisi)....dan is-serafin ta' l-imhabba t'Alla u tal-proxxmu." (1927 p.20)

 

 

SAN FRANGISK TA' ASSISI - MISSJONI


 

"Fl-1219 waqt li l-Krucjati u t-Torok kienu mqabbda ma' xulxin f'Damietta, San Frangisk t'Assisi bl-almu tieghu kollu mar ghand is-Sultan u fittex li jfiehmu li ghandu jsir nisrani. Huwa veru li s-Sultan ma laqax il-proposta ta' San Frangisk u ma haddanx il-Fidi Nisranija, izda ghal dan il-kuragg li wera San Frangisk, ghal dan l-att missjunarju, huwa rnexxielu jaqla' l-koncessjoni tal-kustodja tat-Terra Santa." (1927 p.8)

 

"....Kattolici u mhux Kattolici....ihobbu lil San Frangisk il-ghaliex l-ispirtu tiehgu kien kollu kemm hu missjunarju, fir-regula tieghu huwa haddan il-kmand li Gesu' Kristu ta lill-Appostli, 'morru u ghallmu lil kulhadd.' " (1927 p.20)

 

"....lil San Frangisk....nimitawh f'dan l-ispirtu tieghu missjunarju." (1927 p.20)

 

 

SAN GUZEPP


 

"Ighidilna l-Evangelista San Gwann li l-imhabba t'Alla ma tista' qatt tigi mifruda mill-imhabba tal-proxxmu u hekk fejn ikun hemm il-wahda ghandu jkun hemm l-ohra. U dan narawh appuntu fil-kbir Patrijarka San Guzepp...." (1925 p.15)

 

 

SAN GUZEPP - KNISJA


 

"(San Guzepp)....ihares il-Knisja mill-eghdewwa u ghalhekk l-isforzi kollha li jsiru biex jeqirduha jisfghu fix-xejn u jekk xi darba jkollhom xi effett, dan jigri sabiex il-Knisja jkollha gid akbar." (1922 p.11)

 

 

SAN GUZEPP - MISSJONI


 

"Jekk....San Guzepp ghandu taht idejh il-Knisja ta' Gesu' Kristu biex jipprotegiha, kemm aktar ma jihux kura....tal-missjoni mqaddsa?"

 

"Jekk ahna naghtu daqqa ta' ghajn lejn il-Knisja kollha naraw li l-akbar tfixkil jinsab hemm fil-missjoni; ghalhekk il-kura ta' San Guzepp bhala veru patrun hija specjali lejn il-missjoni mqaddsa." (1922 p.10)

 

"Madankollu, jekk it-tahbit fil-missjoni huwa kbir, ma hix anqas l-imhabba tal-kbir Guzeppi (ie ta' San Guzepp)" (1922 p.10)

 

"Il-kura specjali ta' (San) Guzepp tinfirex mhux biss fuq il-missjunarju, imma wkoll fuq il-poplu li jisma' l-kelma tieghu. San Guzepp idawwal il-menti taghhom sabiex....ihaddnu l-veru dawl li hu Gesu' Kristu; irattab il-qalb taghhom sabiex il-kelma tal-missjunarju....taghmel fihom frott bil-bosta. San Guzepp ikompli l-kura tieghu u jzomm perseveranti....lil dawk kollha li jkunu bdew it-triq tas-salvazzjoni." (1922 p.11)

 

 

SAN GUZEPP - MISSJUNARJU


 

"Meta l-missjunarju jkun ghadu f'pajjizu, huwa ga' jibda jircievi l-ghajnuna minghand il-kbir Patrijarka (San Guzepp)." (1922 p.11)

 

"....meta l-missjunarju jasal fuq dik l-art fejn huwa jrid ihabbar il-kelma ta' Alla....jircievi (minghand San Guzepp) qawwa u kuragg sabiex ikompli dan il-ministeru ta' Alla....jissaporti bil-pacenzja t-tbatijiet u t-tahbit tal-missjoni....jircievi qawwa fil-kelma tieghu li jkollha forza fuq il-qalb ta' dak il-poplu; fl-ahharnett....konsolazzjoni kbira li tqawwih sabiex ighaddi 'l quddiem fix-xoghol tieghu." (1922 p.11)

 

 

SAN PAWL


 

(San Pawl)"....l-Appostlu tal-gnus kollha...." (1922, Dahla)

 

(San Pawl) "....il-kbir Appostlu Pawlu...." (1922, Dahla)

 

"....San Pawl....kien pront jaghmel dak kollu li ried minnu Alla...." (1924 p.5)

 

"....San Pawl (kien imsejjah) fuq it-triq ta' Damasku...." (1924 p.21)

 

"....L-ewwel Missjunarju (San Pawl)...." (1929 p.33)

 

"San Pawl huwa qalb mixghula bl-imhabba ta' Alla, mimlija bl-imhabba qawwija lejn id-devoti tieghu. Ghalhekk nitolbuh lil San Pawl ghall-konverzjoni ta' l-infidili, ghall-gabra ta' dawk li hargu mill-knisja, ghall-perseveranza fil-gid, ghat-tixrid tal-Vangelu Mqaddes, ghall-opri missjunarji kollha, ghall-vokazzjonijiet missjunarji, u ghal dan l-Istitut tal-Missjoni (MSSP) li qieghed taht il-patrocinju tieghu." (1931 p.4, 1932 p.34)

 

"San Pawl nistghu nsejhulu l-ewwel missjunarju. Infatti s-sejha tieghu u l-missjoni tieghu kienet it-taghlin tal-Vangelu Mqaddes lin-nazzjonijiet. Din il-missjoni huwa hejja ruhu ghaliha b'irtir ta' tliet snin fis-solitudni tad-dezert ta' l-Gharabija." (1931 p,18)

 

"....San Pawl,....il-genju tas-sejha ta' Alla,......it-tromba tas-sema,....ir-risq ta' l-erwieh lejn Kristu." (1931 p.18)

 

 

SAN PAWL - MALTA


 

"Din l-art imqaddsa (Malta) bint fidila tal-Missier taghha l-Appostlu tal-gnus kollha...." (1922, Dahla)

 

"Ahna ghandna tezor kbir fil-Fidi Mqaddsa moghtija lilna mill-hanin Alla minn fomm l-Appostlu Missierna San Pawl." (1924 p.20)

 

"....kemm kienet hanina maghna l-Providenza meta baghtitilna l-ewwel Missjunarju (San Pawl) biex jikkonvertina mid-dlam tal-paganezmu u jdawwalna bit-twemmin nisrani....." (1929 p.33)

 

"....L-isem helu ta' Gesu' li ghall-opra ta' Pawlu minn Tarsu ilu elfejn sena jinstema' u jdoqq fuq fommna (il-Maltin)." (1933 p.8)

 

"Sa minn zmien il-migja providenzjali ta' San Pawl, il-Maltin haddnu l-Fidi ta' Kristu...." (1933 p.20)

 

 

SAN PAWL - MALTA - KONSAGRAZZJONI - PARLAMENT - QALB TA' GESU'


 

"Hija haga tassew ta' min jibqa' jiftakarha, fost il-grajja ta' Malta, il-Konsagrazzjoni lill-Qalb ta' Gesu', li l-Parlament Malti ghamel fil-festa tan-Nawfragju ta' San Pawl f'Malta, 10 ta' Frar tas-sena li ghaddiet (1922). Dan il-jum kien verament adattat ghal din ic-cerimonja solenni, li kienet turi lid-dinja kollha l-fidi li dak il-kbir Appostlu tana permezz tan-Nawfragju li huwa ghamel fuq din l-art taghna (Malta), ghadha tezisti; mhux biss imma wkoll kellha tkun imwettqa u bil-bosta aktar issodata fl-art taghna." (1923 p.33)

 

"Din il-Konsagrazzjoni (tal-Parlament Malti, 10 ta' Frar 1922) tkun mela ta' unur ghal pajjizna u turi dejjem lill-eghdewwa tar-religjon taghna li hija (Malta) ghadha zzomm dejjem dak li irciviet minghand l-Appostlu tal-gnus kollha (San Pawl)." (1923 p.33)

 

 

SAN PAWL - MISSJONI


 

"....nitolbuh lil San Pawl ghall-konverzjoni ta' l-infidili,.....ghat-tixrid tal-Vangelu Mqaddes, ghall-opri missjunarji kollha ghall-vokazzjonijiet missjunarji, u ghal dan l-Istitut tal-Missjoni (MSSP)." (1931 p.4, 1932 p.34)

 

 

SAN PAWL - MSSP (ISTITUT)


 

"Huma (il-membri MSSP) jfittxu li jimxu wara l-passi tal-kbir Appostlu Pawlu, li taghhom huwa l-Protettur." (1930 p.35)

 

"....nitolbuh lil San Pawl....ghal dan l-Istitut tal-Missjoni (MSSP) li qieghed taht il-patrocinju tieghu." (1931 p.4, 1932 p.24)

 

"Ghalhekk (ghax San Pawl kien mibghut ghall-gnus) l-Istitut tieghu (MSSP)....biex ikollu xi hadd....mill-hbieb ta' Kristu li jghinu u jibqa' jmexxih fost it-tfixkil tad-dinja, u l-hatra waqghet fuq San Pawl, fuq dan il-genju tas-sejha t'Alla, fuq din it-tromba tas-sema, fuq dan ir-risq ta' l-erwieh lejn Kristu." (1931 p.18)

 

"U s-sinjal tas-salib....jinzel ukoll fuq kollha kemm huma ta' l-Istitut Missjunarju taghna (MSSP), ikabbarhom fl-ispirtu tal-Missier taghhom Pawlu, ixebbhilhom qalbhom lil tieghu ghax kif ighid il-Krizostmu, il-qalb ta' Pawlu hi l-qalb ta' Kristu;....." (1933 p.10)


"....San Pawl, patrun ta' dan l-Istitut Missjunarju (MSSP)...." (1933 o,17)

 

 

SAN PAWL, TALBIET MISSJUNARJI LIL


 

"....nitolbuh lil San Pawl ghall-konverzjoni ta' l-infidili, ghall-gabra ta' dawk li hargu mill-Knisja, ghal-perseveranza fil-gid, ghat-tixrid tal-Vangelu Mqaddes, ghall-opri missjunarji kollha, ghall-vokazzjonijiet missjunarji u ghal dan l-Istitut tal-Missjoniu (MSSP) li qieghed taht il-patrocinju tieghu." (1931 p.4)

 

"Nitolbu lil San Pawl biex iqajjem Missjunarji, jaghtihom f'ruhhom il-hajra ghat-tbatija, il-hegga ghall-gid ta' l-erwieh, l-imhabba ghall-Imghallem Divin, imhabba bhal dik li kellu hu mixghula fil-qalb tieghu li kienet ta' sikwit iggieghlu jbati ghal hutu." (1931 p.8)

 

 

SAN PAWL - SANTU WISTIN


 

"....Agostinu (Santu Wistin) ta ruhu 'l Alla ghall-kliem ta' l-ittri ta' San Pawl." (1932 p.24)

 

 

SAN PAWL - SANTU WISTIN - MALTA


 

"....Santu Wistin....hu zgur huna fil-bidu tal-fidi tieghu ghax, bhalma jistqarr huwa stess, l-opra tal-konverzjoni tieghu, bhal dik tal-konverzjoni taghna (l-Maltin) taf bhalha missierha lill-Appostlu San Pawl." (1932 p.23)

 

 

SANTU WISTIN - MALTA - SAN PAWL


 

"....Santu Wistin....hu zgur huna fil-bidu tal-fidi tieghu ghax. bhalma jistqarr huwa stess, l-opra tal-konverzjoni tieghu, bhal dik tal-konverzjoni taghna (l-Maltin) taf bhalha missierha lill-Appostlu San Pawl." (1932 p.23)

 

 

SANTU WISTIN - SAN PAWL


 

"....Agostinu (Santu Wistin) ta ruhu 'l Alla ghall-kliem ta' l-ittri ta' San Pawl." (1932 p.24)

 

 

SEJHA - VOKAZZJONI


 

"Lil kull mahluq (Alla) jsejjahlu ghal xi haga...." (1924 p.5)

 

"Is-sejha ta' Alla hija l-vuci ta' Alla li tghidlek, 'irridek taghmel hekk....halli kollox u ejja warajja'. X'ghandek inti twiegeb? Hawn jien lest Sinjur.....ghandna l-ezempju sabih ta' San Pawl li kien pront jaghmel dak kollu li ried minnu Alla...." (1924 p.5)

 

"....hija haga rari li ma nsibux tfixkil sakemm inwiegbu ghas-sejha ta' Alla, imma ahna ghandna nithabtu u nahdmu u nitolbu lil Alla stess sabiex itina l-ghajnuna li naghmlu dak li jrid huwa, u ahna zguri li ma jhalliniex neqsin mill-ghajnuna tieghu." (1924 p.5)

 

"....Alla, il-volonta' tieghu jgharrafhielna....anke permezz ta' l-ispirazzjonijiet u billi jbieghed il-qalb taghna minn stat u jigbidha lejn iehor." (1924 p.5)

 

"S. Pietru gie msejjah minn fuq dghajsa; S. Mattew minn wara bank, u San Pawl fuq it-triq ta' Damasku." (1924 p.21)

 

"....anke llum Alla ghadu jsejjah b'kull manjiera: u lilna ma jibqaghlniex hlief li nwiegbu b'dik il-generozita' li wiegeb Missierna San Pawl '....Ghidli oh Sinjur xi trid minni u jiena hawn biex inservik' " (1924 p.21)

 

"....il-privilegg li sservi 'l Alla, li tghix fis-Santwarju tieghu, huwa haga bil-wisq aktar gholja minn kwalinkwe pozizzjoni ohra fil-qorti tar-Re jew ta' l-ezerctu tieghu; iva, is-servizz t'Alla huwa aktar glorjuz minn dak li wiehed jaghmel ghal pajjizu;...." (1925 p.11)

 

"Dik ir-ruh....li Alla ghazel ghalih tkun tirrapprezenta l-familja kollha fid-dar t'Alla, tahdem, titlob fl-isem taghha u ddahhalha siehba fil-grazzi taghha u fl-opri tajba li hija taghmel." (1925 p.12)

 

"....bosta tfal ghalkemm wiehed jarhom imtajrin wara l-loghob,....ma jkunux jistghu....jwiegbu ghal din il-mistoqsija, 'X'se nsir jien?' Huwa dan pont ta' importanza kbira tal-hajja." (1927 p.26)

 

"Meta Alla jkun qieghed isejjah, ghandna nwiegbu u naqduh malajr; u mhux f'idejna li nieqfu u noqoghdu nahsbuha." (1929 p.2)

 

"F'dawk il-mumenti hekk sbieh u solenni (ta' l-ordinazzjoni sacerdotali) taghraf minghajr ma trid il-qawwa u s-sbuhija tas-sacerdozju kattoliku u tifhem ukoll li minghand Alla biss is-sacerdot kattoliku jiehu l-missjoni tieghu." (1993 p.4)

 

".....xorti kbira u....grazzja ghaziza....hi l-vokazzjoni jew is-sejha ta' Alla biex nimxu aktar fil-qrib wara l-Iben Unigenitu tieghu Sidna Gesu' Kristu...." (93 p.23)

"....meta Alla jaghti d-don tal-vokazzjoni lil xi hadd, dan ma jkunx moghti lilu biss izda wkoll lill-familja tieghu kollha, il-ghaliex kollha kemm hi tigi onorata." (1993 p.23)

 

"ITOLBU GHALL-VOKAZZJONIJIET." (1932 P.7)

 

"....il-vokazzjoni hija haga kollha kemm hi ta' Alla biss izda Alla jmur jinqeda bl-opra tal-kreaturi biex ikompli l-hsibijiet imqaddsa tieghu....." (1932 p.38)

 

"....il-vokazzjoni, jigifieri li sservi lir-Re tar-rejjiet u tahdem ghas-salvazzjoni ta' l-ohrajn u tkabbar dejjem is-saltna ta' Kristu." (9132 p.38)

 

"....l-ewwel zewg appostli ta' Gesu', Indri u Gwanni, kienu mibghutin ghal wara Gesu' mill-istess San Gwann Battista....u kwazi li l-Appostli gew imsejha b'din il-manjiera; dejjem pero' taht l-influwenza ta' l-Ispirtu s-Santu." (1932 p.39)

 

"....ghanda ninkoraggixxu, kemm nistghu, il-vokazzjonijiet u nqawwu l-qalb ta' dawk li gew imsejhin minn Alla biex jimxu warajh fl-istat ekklezjastiku, aktar u aktar meta s-sejha hija missjunarja." (1932 p.39)

 

"Il-grazzja tal-Vokazzjoni Alla qieghed jaghtiha u dawk li huma msejha, jaghmlu d-dmir taghhom biex jikkorrispondu; ghalhekk nistiednu lil dawk kollha li huma msejhin ighinu l-vokazzjonijiet, biex jaraw humiex jikkorrispondu huma wkoll." (1933 p.32)

 

 

SORIJIET


 

"....Gesu' Kristu, Sultan u gharus taghhom (is-sorijiet)...." (1930 p.29)

 

"....dak l-almu li taf taghti (lis-sorijiet) l-eghrusija ta' Kristu...." (1930 p.29)

 

"....(is-)sorijiet....dawk l-erwieh maghzulin minn Gesu' Kristu bhala gharajjes tieghU, erwieh li bic-cahda tad-dinja, bis-sagrificcji, bit-tbatija u l-penitenzi taghhom jigbdu fuq kulhadd tant grazzja u barka ta' Alla." (1932 pp. 30,32)

 

 

SORIJIET MISSJUNARJI


 

"(Is-Sorijiet Missjunarji)....ilkoll inxtehtu ghax-xoghol b'dik il-herqa kollha li l-imhabba ta' Gesu' tant taf taghti." (1930 p.30)

 

"Liema kura ta' xi sorijiet (fil-missjoni) sejra tonqos lejn il-morda pagani?" (1933 p.33)

 

"B'liema attenzjoni u hlewwa li biha jgibu ruhhom (is-sorijiet missjunarji) mat-trabi abbandunati u mat-tfal ghall-maghmudija u ghall-Ewwel tqarbina?" (1933 p.33)

 

 

TALB


 

"It-talb jaqlghalna minghand Alla dak kollu li rridu." (922 p.8)

 

"It-talb....huwa li jiftah it-tezori tal-grazzji infiniti tal-kbir Alla." (1922 p.8)

 

"....ahna....nifhmu l-qawwa u l-forza li tiehu l-qalb tal-bniedem fi kwalunkwe ostaklu jew tfixkil permezz tat-talb." (1922 p.8)

 

"It-talb huwa r-refgha tar-ruh lejn Alla biex taghrfu tajjeb, taghtih qima u tizzih hajr u titolbu dak kollu li jkollok bzonn." (1923 p.30)

 

"...jaghmlu 'l Alla talba zghira imma mimlija bil-fervur...." (1924 p.7)

 

"Tezori hekk tal-ghageb (ie il-Fidi, il-Genna, l-imhabba ta' Alla u tal-proxxmu) ma humiex minghajr muftieh. Dan jinsab fl-idejn ta' kull nisrani li huwa t-talb." (1924 p.21)

 

Dak li l-ilma huwa ghas-sigra, it-talb hu ghar-ruh nisranija: sakemm nitolbu, ahna nikbru u nitqawwew fil-virtu' u l-grazzji; jekk nitilqu t-talb, ir-ruh la tghaddi 'l quddiem u lanqas tghix fil-grazzja." (1924 p.21)

 

"Nitolbu mela, u nitolbu sewwa bla ma nixbghu qatt u hekk nisthoqqu u nirbhu t-Tezori kollha tas-sema ghaz-zmien ta’ issa u ghall-eternita'. (1924 p.21)

 

"U ahna (il-membri tas-Socjeta MSSP)....diga' hassejna l-effetti tat-talb, tant li ghal darba ohra kellna nergghu nghidu kemm u kemm fihom verita' l-kliem tal-Vangelu, '....itolbu u taqilghu'." (1926 p.4)

 

"Fit-talb u l-beneficenzi taghkom ftakru f'dan l-Istitut tal-Missjoni (MSSP)." (1926 p.10)

 

 

TALB - GENITURI - VOKAZZJONI


 

"Xi jkun qatt kieku kulhadd, partikularment l-ommijiet, jitolbu 'l Alla biex joghgbu jixhet id-don tal-vokazzjoni fuq il-pajjiz, fuq il-familja tieghu?" (1931 p.23)

"....x'parti kbira tista' tiehu Malta fl-ezerctu ta' Kristu partikularment fuq il-Kamp tal-Missjoni; kollox jiddependi mit-talb taghna u specjalment mit-talb ta' l-ommijiet!" (1931 p.23)

 

"Lill-ommijiet nghidulhom jitolbu ghall-vokazzjonijiet." (1931 p.43)

 

 

TALB - KREDU - FIDI - KMANDAMENTI - SAGRAMENTI


 

"Biex nghixu ghall-qalb t'Alla ghandna nemmnu l-veritajiet li Huwa wriena, nosservaw l-ghaxar Kmandamenti bil-ghajnuna tal-grazzja tieghu li tinghata bis-Sagramenti u bit-Talb. Il-veritajiet li Alla wriena huma principalment dawk li jinsabu migburin fil-Kredu jew Simbolu ta' l-Appostli u jissejhu veritajiet ta' fidi ghaliex ghandna nemmnuhom b'fidi shiha, bhala mghallmin lilna minn Alla li la jitqarraq u lanqas jista' jqarraq." (1923 p.39)

 

 

TALB - MISSJONI


 

"Hekk hu mela liema hija l-manjiera li biha l-insara kollha jistghu jkunu missjunarji. Iva, kulhadd, ghaliex l-ebda nisrani ma jista' jgib skuza li ma jistax jitlob." (1922 p.6)

 

"Meta nafu ta' liema mportanza huwa t-talb 'l Alla maghmul kif smajna jghid il-Papa (Benedittu XV). bl-umilta';.....infittxu li nkunu veri ulied tieghu permezz ta' l-ubbidjenza u perswazi mill-kliem li qalilna fl-ittra tieghu ('Maximum illud' 30/11/1919), nipproponu li kemm nistghu nitolbu ghal din il-haga hekk mehtiega (ghall-missjoni)." (1922 p.6)

 

"....meta nafu kemm hija facli li wiehed ikompli l-volonta' tal-Missier taghna universali (il-Papa) li hija l-istess volonta' ta' Alla,....nipproponu li kemm nistghu, nitolbu ghal din il-haga hekk mehtiega (ghall-missjoni)" (1922 p.6)

 

"Bhala ulied tajba ta' Alla ghandna nitolbu li fid-dinja kollha jigi maghruf u meqjum l-isem tieghu u tigi mifruxa s-saltna tieghu, il-Knisja, u li minn kulhadd tigi maghmula r-rieda mqaddsa tieghu; u dan nitolbuh fl-ewwel tliet talbiet tal-Missierna." (1923 p.30)

 

"Itolbu bil-qalb ghall-vokazzjonijiet Missjunarji skond it-taghlim ta' Sidna Gesu' Kristu li qal, 'Itolbu 'l Sid il-hsad li jibghat haddiema fil-ghalqa tieghu.' Aghmlu ghalhekk il-fehma illi t-talb taghkom ta' kuljum imur ukoll ghall-Vokazzjonijiet Missjunarji." (1926 p.18)

 

"Nitolbu mela ghall-Missjunarji; nitolbu ghall-Istituti tal-Missjoni u Alla jnizzel fuqna l-barka tieghu u ma jibqax ma jhallasx lilna wkoll...." (1926 p.21)

 

"Kulhadd ghandu jghin, kulhadd ghandu jaghmel xi haga (ghall-Missjoni); min hu msejjah....biex joffri ghallinqas it-talb tieghu." (1928 p.14)

 

"Itolbu ghall-Missjunarji kollha...." (1929 p.5)

 

"Ma tant nies ta' qalb kbira....nghaqqdu t-talb taghna (ghall-Missjoni) biex in-numru taghhom jikber...." (1930 p.36)

 

"Nitolbu s-Sid tal-hsad biex jibghat il-haddiema fil-qasam tieghu." (1930 p.39)

 

"....ninxtehtu lkoll, min bit-talb....ghall-gwerra pacifika tar-rebh ta' l-erwieh, biex indahhluhom kollha fil-merhla tas-Saltna ta' Kristu." (1931 p.2)

 

"....x'parti kbira tista' tiehu Malta fl-ezerctu ta' Kristu partikularment fuq il-kamp tal-Missjoni; kollox jiddependi mit-talb taghna u specjalment mit-talb ta' l-ommijiet!" (1931 p.23)

 

"Itlob kuljum ghall-missjunarji u ghall-erwieh li ghandhom isalvaw." (1931 p.33)

 

"Itolbu ghall-Missjunarji." (1932 p.24)

 

"Itlob ghal dan l-Istitut tal-Missjoni (MSSP)" (1932 p.31, 1933 p.37)

 

"Oh Sidi! Oh Alla tieghi! tkun imbierek u mfahhar dejjem mill-imsejkna ruh ckejkna tieghi! Iva, jiena nghanni l-hniena u t-tjieba tieghek ghal dejjem. Izda Int li tara n-nuqqas li fih jinsabu l-Missjunarji tieghek, Int li taf kemm u kemm l-ohrajn jistghu jaghmlu bir-radda ta' xi haga mill-gid li Inti stess qeghidt f'idejhom jew inkella bit-talb devot taghhom, aghmel li f'mohh kulhadd jidwi l-lehen tieghek: 'Ghin! Ghin! u Ghin!" (1932 p.35)

 

"Il-Jum Missjunarju ghandu jkun jum ta' talb, smigh ta' quddies, tqarbin, adorazzjoni ta' Gesu Sagramentat u meditazzjoni." (1933 p.9)

 

"Fil-Jum Missjunarju t-talb taghna ghandu jkun biex Alla jdawwal il-mohh ta' l-imsejkna li qeghdin fil-aghma tar-ruh." (1933 p.11)

 

"Fil-Jum Missjunarju ghandna nitolbu biex kulhadd jaghraf il-vera fidi u jhaddanha bil-qalb." (1933 p.14)

 

"Fil-Jum Missjunarju ghandna nitolbu biex kulhadd jaghraf il-vera fidi u jhaddanha bil-qalb." (1933 p.14)

 

"Fil-Jum Missjunarju t-talba taghna ghandha tkun biex fid-dinja kollha kulhadd iqim kif imiss il-veru Alla." (1933 p. 16)

 

"Thalli jghaddi l-ebda jum minghajr ma tghid is-'Sliema' ghall-Missjunarji." (1933 pp.34-35)

 

 

TALB GHALL-MSSP (ISTITUT)


 

"Saru bosta awguri sbieh lil dawn iz-zewg novelli sacerdoti (data ta' l-Ordinazzjoni 22 ta' Dicembru 1923) u ahna wkoll, bl-isperanza li jkunu veri Missjunarji u haddiema qalbiena fl-opri li ga ghandna fdati u ghad ikollu l-Istitut (MSSP) nitolbu lill-qarrejja kollha li jirrikmandawna 'l Alla fit-talb taghhom." (1924 p.3)

 

"Fit-talb u l-beneficenzi taghkom ftakru f'dan l-Istitut tal-Missjoni (MSSP)." (1926 p.10)

 

"Itolbu ghall-Missjunarji kollha u aghmlu t- talba specjali ghall-Missjoni (Maltija) ta' l-Abbisinja." (1929 p.25)

 

"Itlob ghal dan l-Istitut tal-Missjoni (MSSP)." (1932 p.31, 1933 p.37)

 

 

TALB - VOKAZZJONI


 

"Xi jkun qatt kieku kulhadd, partikularment l-ommijiet, jitolbu 'l Alla biex joghgbu jixhet id-don tal-vokazzjoni fuq il-pajjiz, fuq il-familja tieghu?" (1931 p.23)

 

"....x'parti kbira tista' tiehu Malta fl-ezerctu ta' Kristu partikularment fuq il-kamp tal-Missjoni; kollox jiddependi mit-talb taghna u specjalment mit-talb ta' l-ommijiet!" (1931 p.23)

 

"Lill-ommijiet nghidulhom jitolbu ghall-vokazzjonijiet." (1931 p.43)

 

"ITOLBU GHALL-VOKAZZJONIJIET' (1932 P.17)

 

 

TFAL - MISSJONI


 

"F'kull librerija ta' kull skola jmissu jkun hemm xkaffa ghall-Kotba tal-Missjoni." (1929 p.5)

 

"Ninsabu f'dawn iz-zminijiet tal-Missjoni. Naghmlu dak li nistghu biex it-tfal jiehdu huma wkoll l-ispirtu missjunarju." (1929 p.17)

 

"Hekk kif it-tfal jiehdu l-Ispirtu Missjunarju, dlonk titqawwa fihom il-fidi u l-karita'." (1929 p.31)

 

"Ingieghlu t-tfal joffru xi mortifikazzjoni zghira ghall-Missjonijiet." (1930 p.31)

 

"....hawn fostna....Istitut (MSSP) li qieghed irabbi tfal biex gurnata jkunu nistghu jiehdu sehem mill-gid kbir li qieghed isir fuq il-kamp tal-Missjoni...." (1930 p.32)

 

"Lill-ommijiet nghidulhom idarru 'l uliedhom jaghmlu xi sagrificcju ghall-missjonijiet.'" (1931 p.21)

 

"Min ighallem lit-tfal, jaqralhom fatt missjunarju u jgeghilhom jiktbuh." (1931 p.33)

 

 

TFAL - MISSJUNARJI


 

"Iservi (li Fra Guzepp mar il-Missjoni) ghal dawk it-tfal li tant talbu, biex ikattar il-fervur taghhom u huma wkoll minn gol-hanut tas-sengha, minn fuq il-bank ta' l-iskola jifhmu li, bit-talb jistghu jaghmluha ta' Missjunarji, u ghalhekk gurnata bhalhom ukoll ikollhom il-hlas minghand is-Sid tal-Qasam li fih u ghalih ikunu mexxew il-ghamil it-tajjeb taghhom." (1928 p.5)

 

.....it-tfal....jifhmu li bit-talb jistghu jaghmluha ta' Missjunarji, u ghalhekk, gurnata bhalhom ghad ikollhom il-hlas minghand is-Sid tal-qasam li fih u ghalih ikunu mexxew il-ghamil it-tajjeb taghhom." (1928 p.5)

 

 

TFAL - SAGRIFICCJU - MISSJONI


 

"Ingieghlu t-tfal joffru xi mortifikazzjoni zghira ghall-Missjonijiet." (1930 p.31)

 

"Lill-ommijiet nghidulhom idarru 'l uliedhom jaghmlu xi sagrificcju ghall-missjonijiet." (1930 p.21)

 

 

TFIXKIL - GENITURI - MHABBA - VOKAZZJONI


 

"....kif qatt nistghu nikkundannaw u ma naghdrux omm li tibki l-ghaliex ma tafx taqtaghha li tinfired minn binha l-mahbub?" (1922 p.22)

 

"....L-imhabba (zbaljata tal-genituri) tibqa' dejjem arma qawwija f'idejn id-dimonju." (1922 p.23)

 

 

TFIXKIL - PREMJU - MISSJUNARJU


 

"Il-Missjunarju....sab lil hutu u ghallimhom l-imhabba, izda dawn ghall-kuntrarju hejjewlu l-mewt....izda kif medd riglu fuq l-art tas-saltna t'Alla (il-Genna) sab lil Gesu' Kristu stess jilqghu u jhaddnu ghal dejjem bil-fjamma ta' l-imhabba tieghu." (1932 p.11)

 

 

TFIXKIL - VOKAZZJONI - HAJJA RELIGJUZA


 

"Xi whud....ghalkemm b'intenzjoni tajba, huma jpingu b'kuluri l-aktar skuri d-diffikultajiet u t-tfixkil li wiehed jista' jiltaqa' mieghu fil-hajja religjuza." (1932 p.38)

 

"Ohrajn....jerfghu fuq spallejhom responsabbilta' hekk tal-biza' li jbieghdu xi erwieh minn dik it-triq li ghaliha l-Imghallem Divin ikun qieghed isejhilhom." (1932 p.38)

 

 

UBBIDJENZA


 

"Kelmiet verament sbieh ('Aghtu lil Cesare dak li hu ta' Cesare u lil Alla dak li hu t'Alla' Matt.X11,21) u jghallmuna li ghandna nirrispettaw u ghandna noqoghdu taht is-setgha li tmexxina." (1923 p.29)

 

"Kemm huwa ta' min ifahhru u jonorah lil dak is-suldat, lil dak ir-religjuz li huwa lest biex imur, biex jaghmel dak kollu li jridu dawk li qeghdin imexxuh u kemm huwa aktar ta' min ifahhru u jonorah lil dak il-bniedem li huwa lest biex jobdi lill-istess Alla li halqu." (1924 p.5)

 

 

UBBIDJENZA - AWTORITA' CIVILI


 

"Duttrina sublimi (li nirrispettaw u noqoghdu taht is-setgha li tmexxina) li filwaqt li ggieghel lill-bniedem jaghti gieh u sottomissjoni lis-setgha ta' din l-art, hija terfghu wkoll 'il fuq ghaliex tghallmu li fihom ikun qieghed jaghti qima 'l Alla stess, kif nistghu naraw mill-kliem ta' Missierna San Pawl, 'Nulla potestas nisi a Deo', li bihom ighallimna li kull setgha hija gejja minn Alla." (1923 p.29)

 

"Infatti r-Re ta' din l-art mhux haga ohra hlief ambaxxatur tar-re tas-sema; ghalhekk Missierna S. Pawl fl-ittra tieghu li baghat lil Timotju (l Tim. ll, 1-2-3) jghidilna li ghandna nitolbu ghalihom ghaliex huma mibghuta minn Alla u biex imexxuna u sabiex jiehdu kura taghna mhux biss fil-hwejjeg ta' din l-art, izda wkoll f'dawk li johduna fil-hajja ta' dejjem." (1923 p.29)

 

 

UBBIDJENZA - VOKAZZJONI


 

"Lil kull mahluq (Alla) isejjahlu ghal xi haga, u issa kif huwa gwaj ghal dak is-sudditu li ma jobdix lill-princep, hekk ukoll huwa ta' gwaj akbar ghal dak il-bniedem li ma jobdix ghall-vuci ta’ Alla" (1924 p.5)

 

 

VOKAZZJONI - FAMILJA


 

"....harsu bl-ghajnejn tal-fidi u ghandkom tghidu li s-sejha ghal wara Gesu' Kristu, specjalment jekk tkun xi sejha ghall-missjoni aktar milli hija ta' gid ghall-individwu, hija wkoll bhala veru patrimonju tal-familja." (1925 p.12)

 

"Dik ir-ruh....li Alla jaghzel ghalih tkun tirrapprezenta l-familja kollha fid-dar t'Alla, tahdem, titlob fl-isem taghha u ddahhalha siehba fil-grazzji taghha u fl-opri tajba li taghmel." (1925 p.12)

 

"U ma narawx forsi li din il-verita' (li vokazzjoni hi barka fuq il-familja kollha) tidher bic-car mill-qari tal-hajja tal-qaddisin? U ma turiniex forsi l-esperjenza ta' kuljum li l-familji u specjalment il-genituri tar-religjuz jircievu aktar grazzji u Alla jaghmilhom b'bosta manjieri fidili lejh fis-servizz imqaddes tieghu, fl-imhabba u fil-prattika tat-talb u xi drabi wkoll fix-xewqa ta' qdusija aktar gholja?" (1925 p.12)

 

"Jekk....sejha ghal wara Gesu Kristu hija don u proprjeta' tal-familja kollha, hekk l-obbligu li tigi mizmuma din is-sejha ma hijiex ta' wiehed, imma taqa' fuq iz-zewg nahiet...." (1925 p.12)

 

"...meta Alla jaghti d-don tal-vokazzjoni lil xi hadd, dan ma jkunx moghti lilu biss izda wkoll lill-familja tieghu kollha, il-ghaliex kollha kemm hi tigi onorata." (1931 p.23)

 

"U jekk...bosta drabi naraw li anke fost il-kuntrarju tal-familja l-vokazzjoni tibqa' miexja, titqawwa u ssehh, x'ikun qatt jekk kulhadd ighin u joqghod attent biex ma jintilfux vokazzjonijiet?" (1931 p.23)

 

 

VOKAZZJONI - GENITURI


 

"Dawk kollha li jkollhom x'jaqsmu ma' tfal imsejha ghas-servizz ta' Alla u wisq aktar meta jkun hemm fin-nofs xi vokazzjoni missjunarja, jafu....liema huwa wiehed mill-akbar tfixkil,....l-imhabba tal-genituri lejn uliedhom." (1922 p.22)

 

"Lill-genituri mbaghad infakkruhom fil-hlas ghal mitt darba mwieghed mill-istess Gesu' li qatt ma jwieghed ghalxejn." (1922 p.22)

 

"....liema huwa dak il-missier jew dik l-omm li mietu jibku s-sagrificcju li ghamlu ta' binhom ghall-imhabba ta' Gesu' Kristu?" (1922 p.23)

 

"Il-genituri....ghal uliedhom ghandhom jaghmlu dak kollu li jrid Alla' ghalhekk ghandhom ihalluhom liberi li jimxu mas-sejha ta' Alla...." (1924 p.5)

 

"....nitkellem ma' dawk il-genituri li jghaddu hajja kollha kemm hi ta' fidi mimlija bl-imhabba evangelika u li jqaddsu l-granet tal-gimgha bix-xoghol u bil-prattika tal-virtujiet nisranija, iqaddsu wkoll is-snin tat-tfulija ta' wliedhom u hekk, jigbdu fuqhom il-barka tas-sema u wkoll bosta drabi xi sejha biex wiehed minn uliedhom jimxi aktar fil-qrib wara l-Imghallem Divin. Dawn il-genituri jikkunsidraw bhala unur kbir li Alla....jaghzel mill-familja taghhom xi wiehed ghas-servizz tieghu." (1925 p.11)

 

"Jekk....sejha ghal wara Gesu' Kristu hija don u proprjeta' tal-familja kollha, hekk l-obbligu li tigi mizmuma din is-sejha ma hijiex ta' wiehed, imma taqa' fuq iz-zewg nahiet...." (1925 p.12)

 

"Spiss ahna naraw li huma wkoll (il-genituri tar-religjuz jew missjunarju) isiru religjuzi bl-imhabba tal-qalb u minghajr ma jilbsu l-libsa jissiehbu fil-mitt darba aktar imwieghed lill-iben taghhom." (1925 p.12)

"....infakkru lill-missirijiet u lill-ommijiet li jahtu meta jfixklu l-vokazzjoni ta' wliedhom u jichdu lil Alla haddiem fil-qasam tieghu....." (1931 p.13)

 

"lill-ommijiet nghidulhom idarru 'l uliedhom jaghmlu xi sagrificcju ghall-missjonijiet." (1931 p.21)

 

"....ikunu qeghdin jizbaljaw dawk il-genituri li jidhrilhom li huma ghandhom imexxu lil uliedhom minghajr ma jaghtu kas ta' dak li l-Providenza qieghda tiddisponi minnhom; ghax b'dan il-mod ikunu qeghdin jirruftaw l-unur li l-grazzja tal-vokazzjoni ggib maghha." (1931 p.23)

 

"U jekk......bosta drabi naraw li anke fost il-kuntrarju tal-familja l-vokazzjoni tibqa' miexja, titqawwa u ssehh, x'ikun qatt jekk kulhadd ighin,....u joqghod attent biex ma jintilfux vokazzjonijiet?" (1931 p.23)

 

"....x'parti kbira tista' tiehu Malta fl-ezerctu ta' Kristu partikularment fuq il-Kamp tal-Missjoni; kollox jiddependi mit-talb taghna u specjalment mit-talb ta' l-ommijiet." (1931 p.33)

 

"Lill-ommijiet nghidulhom jitolbu ghall-vokazzjonijiet." (1931 p.43)

 

"....il-vokazzjoni hija haga kollha kemm hi ta' Alla biss, izda Alla jmur jinqeda bl-opra tal-kreaturi biex ikompli l-hsibijiet imqaddsa tieghu. U fost kulhadd jistghu jkomplu din l-opra l-genituri u dawk li ghandhom il-hsieb tat-tfal. Infatti, mhux darba u tnejn li niltaqghu ma' religjuzi u qassisin li, nizzu hajr ta' spiss lil Alla, ghogbu jaghtihom omm hekk tajba li forsi kienet l-ewwel wahda li zerghet jew li saqqiet u kabbret iz-zerriegha tal-vokazzjoni fil-qalb taghhom." (1932 p.38)

 

"Bl-istess manjiera l-genituri u ohrajn li ghandhom il-hsieb tat-tfal iqeghdulhom quddiem ghajnejhom id-diversi professjonijiet tal-hajja, huwa xieraq ukoll li jitkellmu maghhom fuq dak li jmiss il-vokazzjoni, jigifieri li sservi r-Re tar-rejjiet u tahdem ghas-salvazzjoni ta' l-ohrajn u tkabbar dejjem is-Saltna ta' Kristu." (1932 p.38)

 

 

VOKAZZJONI - HAJJA RELIGJUZA - TFIXKIL


 

"Xi whud....ghalkemm b'intenzjoni tajba, huma jpingu b'kuluri l-aktar skuri d-diffikultajiet u t-tfixkil li wiehed jista' jiltaqa' mieghu fil-hajja religjuza." (1932 p.38)

 

"Ohrajn....jerfghu fuq spellejhom responsabbilta' hekk tal-biza' li jbieghdu xi erwieh minn dik it-triq li ghaliha l-Imghallem Divin ikun qieghed isejhilhom." (1932 p.38)

 

 

VOKAZZJONI U SEJHAT


 

"Lil kull mahluq (Alla) isejjahlu ghal xi haga...." (1924 p.5)

 

"Is-sejha ta' Alla hija l-vuci ta' Alla li tghidlek, 'irridek taghmel hekk....halli kollox u ejja warajja.' X'ghandek twiegeb? Hawn jien lest Sinjur....ghandna l-ezempju sabih ta' San Pawl li kien pront jaghmel dak kollu li ried minnu Alla." (1924 p.5)

 

"....hija haga rari li ma nsibux tfixkil sakemm inwiegbu ghas-sejha ta' Alla, imma ahna ghandna nithabtu u nahdmu u nitolbu lil Alla stess sabiex itina l-ghajnuna li naghmlu dak li jrid huwa u ahna zguri li ma jhalliniex neqsin mill-ghajnuna tieghu." (1924 p.5)

 

"....Alla, il-volonta' tieghu jgharrafhielna....anke permezz ta' l-ispirazzjonijiet u billi jbieghed il-qalb taghna minn stat u jigbidha lejn iehor,." (12924 p.5)

 

"S. Pietru gie msejjah minn fuq dghajsa; S. Mattew minn wara bank, u San Pawl fuq it-triq ta' Damasku." (1924 p.21)

 

"....anke l-lum Alla ghadu jsejjah b'kull manjiera: u lilna ma jibqghalniex hlief li nwiegbu b'dik il-generozita' li wiegeb Missierna San Pawl"....Ghidli oh Sinjur xi trid minni u jiena hawn biex inservik.'" (1924 p.21)

 

"....il-privilegg li sservi 'l Alla, li tghix fis-Santwarju tieghu, huwa haga bil-wisq aktar gholja minn kwalunkwe pozizzjoni ohra fil-qorti tar-Re jew ta' l-ezerctu tieghu; iva, is-servizz t'Alla huwa aktar glorjuz minn dak li wiehed jaghmel ghal pajjizu;...." (1925 p.11)

 

"Dik ir-ruh....li Alla ghazel ghalih tkun tirrapprezenta l-familja kollha fid-dar t'Alla, tahdem, titlob fl-isem taghha u ddahhalha siehba fil-grazzi taghha u fl-opri tajba li hija taghmel." (1925 p.12)

 

"....bosta tfal ghalkemm wiehed jarahom imtajrin wara l-loghob....ma jkunux jistghu jwiegbu ghal din il-mistoqsija. 'X'se jsir jien?' Huwa dan pont ta' mportanza kbira tal-hajja." (1927 p.26)

 

"Meta Alla jkun qieghed isejjah, ghandna nwiegbu u naqduh malajr, u mhux f'idejna li nieqfu u noqoghdu nahsbuha." (1929 p.21)

 

F'dawk il-mumenti hekk sbieh u solenni (ta' l-ordinazzjoni sacerdotali) taghraf minghajr ma trid il-qawwa u s-sbuhija tas-sacerdozju kattoliku u tifhem ukoll li minghand Alla biss is-sacerdot kattoliku jiehu l-missjoni tieghu." (1931 p.14)

 

"....xorti kbira u....grazzja ghaziza....hi l-vokazzjoni jew is-sejha ta' Alla biex nimxu aktar fil-qrib wara l-Iben Unigenitu tieghu Sidna Gesu' Kristu...." (1931 p.23)

 

"....meta Alla jaghti d-don tal-vokazzjoni lil xi hadd, dan ma jkunx moghti lilu biss izda wkoll lill-familja tieghu kollha, il-ghaliex kollha kemm hi tigi onorata." (1931 p.23)

 

"Itolbu ghall-Vokazzjonijiet." (1932 p.17)

 

"....il-vokazzjoni hija haga kollha kemm hi ta' Alla biss izda Alla jmur jinqeda bl-opra tal-kreaturi biex ikompli l-hsibijiet imqaddsa tieghu...." (1932 p.38)

 

"....il-vokazzjoni, jigifieri li sservi lir-Re tar-rejjiet u tahdem ghas-salvazzjoni ta' l-ohrajn u tkabbar dejjem is-saltna ta' Kristu." (1932 p.38)

 

"....l-ewwel zewg appostli ta' Gesu', Indri u Govanni, kienu mibghutin ghal wara Gesu' mill-istess San Gwann Battista....u kwazi li l-appostli gew imsejha b'din il-manjiera; dejjem pero' taht l-influwenza ta' l-Ispirtu s-Santu." (1932 p.39)

 

"....ghandna ninkoraggixxu, kemm nistghu, il-vokazzjonijiet u nqawwu l-qalb ta' dawk li gew imsejhin minn Alla biex jimxu warajh fl-istat ekklezjastiku, aktar u aktar meta s-sejha hija missjunarja." (1932 p.39)

 

"il-grazzja tal-Vokazzjoni Alla qieghed jaghtiha u dawk li huma msejha, jaghmlu d-dmir taghhom biex jikkorrispondu: ghalhekk nistiednu lil dawk kollha li huma msejhin ighinu l-vokazzjonijiet, jaraw humiex jikkorrispondu huma wkoll." (1933 p.32)

 

 

VOKAZZJONI - TALB


 

"Xi jkun qatt kieku kulhadd, partikolarment l-ommijiet, jitolbu 'l Alla biex joghgbu jixhet id-don tal-vokazzjoni fuq il-pajjiz, fuq il-familja tieghu?" (1931 p.23)

 

"....x'parti kbira tista' tiehu Malta fl-ezerctu ta' Kristu partikularment fuq il-kamp tal-Missjoni; kollox jiddependi mit-talb taghna u specjalment mit-talb ta' l-ommijiet!" (1931 p.23)

 

"Lill-ommijiet nghidulhom jitolbu ghall-vokazzjonijiet." (1931 p.43)

 

ITOLBU GHALL-VOKAZZJONIJIET." (1932 p..17)

 

 

VOKAZZJONI - TALB - GENITURI


 

"Xi jkun qatt kieku kulhadd, partikularment l-ommijiet, jitolbu 'l Alla biex joghgbu jixhet id-don tal-vokazzjoni fuq il-pajjiz, fuq il-familja tieghu?" (1931 p.23)

 

"....x'parti kbira tista' tiehu Malta fl-ezerctu ta' Kristu partikularment fuq il-kamp tal-Missjoni; kollox jiddependi mit-talb taghna u specjalment mit-talb ta' l-ommijiet!" (1931 p.23)

 

"Lill-ommijiet nghidulhom jitolbu ghall-vokazzjonijiet." (1931 p.43)

 

 

VOKAZZJONI - TFIXKIL - GENITURI - MHABBA


 

"....kif qatt nistghu nikkundannaw u ma naghdrux omm li tibki l-ghaliex ma tafx taqtaghha li tinfired minn binha l-mahbub?" (1922 p.22)

 

"....l-imhabba (zbaljata tal-genituri) tibqa' dejjem arma qawwija f'idejn id-dimonju." (1922 p.23)

 

 

VOKAZZJONI - UBBIDJENZA


 

"Lil kull mahluq (Alla) jsejjahlu ghal xi haga, u issa kif huwa gwaj ghal dak is-sudditu li ma jobdix lill-princep, hekk ukoll huwa ta' gwaj akbar ghal dak il-bniedem li ma jobdix ghall-vuci ta' Alla." (1924 p.5)

 

 

VOKAZZJONI MISSJUNARJA


 

"Huma bosta u mhux bhal xulxin il-manjieri li bihom Alla joghgbu jsejjah il-Missjunarji biex ikomplu jxerrdu d-duttrina tieghu fuq l-art kollha kull fejn jinsabu l-bnedmin." (1924 p.21)

 

"Barra minn dan min jidhol fid-dar t’Alla jsir biex nghidu hekk kanal tal-grazzja bejn il-familja u d-Divinita'; huwa nfatti jaghmel spiritwali kull xorta ta' ghaqda li jkollhom il-kreaturi u ghalkemm ikun jinsab boghod mill-genituri u mill-ahwa tieghu, madankollu l-imhabba lejhom hi dejjem hajja u pura, jahseb spiss fihom u ma jehda qatt li jitlob ghalihom bosta drabi matul il-gurnata l-benedizzjonijiet tas-sema." (1925 p.11)

 

"Il-Vokazzjoni Missjunarja hija ta' dinjita' kbira. Izda s-sagrificcji li hija titlob huma kbar ukoll." (1931 p.13)

 

"Mac-cahda jimxi l-gid fil-Vokazzjoni Missjunarja." (1931 p.13)

 

"....(il-vokazzjoni missjunarja)....l-istedina mill-gholi....ghat-tixrid tas-Saltna ta' Kristu fl-art." (1933 p.1)

 

 

VOKAZZJONI MISSJUNARJA - ANGLU KUSTODJU


 

"Nispera li l-Anglu Kustodju tieghek ihabbar lilek ukoll dan iz-zelu ta' din l-opra hekk sabiha (tal-Missjoni) u li hi tant mixtieqa mill-Papa (Piju XI), li zzejjen din il-hajja bil-kuntentizza li ma tispicca qatt." (1933 p.38)

 

 

VOKAZZJONI RELIGJUZA


 

"U ma turiniex forsi l-esperjenza ta' kuljum li l-familji u specjalment il-genituri tar-religjuz jircievu aktar grazzji....?" (1925 p.12)

 

"....jekk xi guvni biex isir religjuz ihalli l-genituri u 'l hutu, dawn kollha bl-istess generozita' ghandhom jinfirdu minnu...." (1925 p.12)

 

 

XHIEDA


 

"Nistqarru dejjem u kullimkien lil Gesu Nazzarenu u l-Knisja Mqaddsa tieghu quddiem il-bnedmin u Gesu' jistqarrna quddiem il-Missier Etern tieghu." (1924 p.20)

 

 

XITAN - MISSJONI


 

"F'dawn l-artijiet (tal-Missjoni) id-dimonju jqanqal gwerer l-aktar qalila sabiex ma jhallix il-Kelma tal-Vangelu tigi mxerrda u hekk tinqered is-saltna tieghu." (1922 p.10)

 

 

XITAN - MISSJUNARJU


 

"F'din il-gwerra kontra l-haddiema ta' Gesu' Kristu, huwa (ix-xitan) mhux biss jisserva bil-hzunija tieghu proprja, imma wkoll bl-istess bnedmin li....aktar ifittxu bi kwalinkwa manjiera li jhassru dak kollu li l-Ministru ta' Gesu Kristu jkun ghamel b'tant tahbit." (1922 p.10-11)

 

 

ZGHAZAGH


 

"....il-bosta gibdiet lejn il-vanita’ ta' din id-dinja malajr imissu l-mohh u l-qalb, specjalment ta' l-aktar zghazagh u ghalhekk ta' l-aktar li ma ghandhomx esperjenza." (1924 p.7)

 

"Huwa dan pont tal-hajja ta' importanza kbira (biex zaghzugh jaghmel l-ghazliet ta' hajtu), povru tfajjel jinsabu quddiemu hafna toroq izda huwa ghadu ma jistax jifhem liema ghandu jaqbad." (1927 p.26)

 

"Hemm dawk (iz-zghazagh) ukoll li jhossuhom migbudin ghas-servizz t'Alla....izda ma jafux x'inhu li ghandhom jaghmlu u ma jistghux jaghtu xejra soda lill-hsieb taghhom." (1927 p.26)

 

"Jekk fil-menti ta' wiehed minn dawn (iz-zghazagh li jhossuhom migbudin ghas-servizz ta' Alla) ighaddi l-hsieb li jista' jmur fil-boghod idawwal bil-Fidi tieghu lil dawk li ghadhom l-inqas jafu li l-Iben ta' Alla sar bniedem, x'ikun minnu qatt? Jista' jkun dan il-hsieb li fil-Providenza kbira ta' Alla jghinu jaqtaghha darba ghal dejjem." (1927 p.26)

 

"Il-hsad huwa ta' kotra kbira. Il-haddiema huma ftit. Hekk hu l-mument tal-ghazla (ghaz-zaghzugh li qed ifittex liema triq jaqbad), hekk hu l-mument tal-grazzja li tghinu jwiegeb ghall-mistoqsija li kien ilu jaghmel lilu nnifsu, 'X'se nsir jiena?'" (1927 p.26)

 

"....Fra Guzepp Caruana....guvni qalbieni u ta' hidma l-aktar kbira lejn l-istitut (ta' San Guzepp) u specjalment lejn il-Kumpanija ghaziza tieghu (MSSP) li minn ckunitu dejjem habbha ferm b'imhabba bhalma tifel ihobb l-omm tieghu." (1928 p.28)

 

"....Istitut (MSSP) li jahseb biex jilqa' zghazagh li jkollhom is-sejha ghall-Missjonijiet. Hemmhekk huma jigu mghallma l-gherf spiritwali biex bih jaghrfu jqaddsu ruhhom l-ewwel u mbaghad ir-ruh ta' l-ohrajn. Huma jfittxu li jimxu wara l-passi tal-kbir Appostlu Pawlu, li taghhom huwa l-Protettur." (1930 p.35)

 

"...il-Kumpanija ta' San Pawl (MSSP) fethet....Djar....biex jilqghu dawk iz-zghazagh li jhossu s-sejha t'Alla u jaghtu tama li jistghu jsiru Missjunarji u bhall-Appostli jitilqu 'l barra (minn pajjizhom) biex iwasslu l-Kelma t'Alla u jifirxu dejjem aktar is-Saltna ta' Kristu." (1931 Qoxra quddiem, gewwa; 1932 p.44, 1933 p.39)

 

"....nghinu xi zaghzugh, li ahna nafu, fit-thejjija tieghu ghal Missjunarju, li hija tant twila u tiswa tant...." (1931 p.13)


....irressqu lejn l-Istitut Missjunarju (MSSP) iz-zghazagh ta' rieda tajba...." (1931 p.13)

 

"L-Opra ta' San Pietru Appostlu tikkonsisti filli jsir talb u gbir biex iz-zghazagh ta' l-inhawi tal-Missjoni jkunu jistghu jigu mmexxija tajjeb gewwa s-seminarji u promossi ghall-Ordni Sagri halli b'heffa aktar kbira dawk li huma ta' l-istess nisel taghhom jistghu jigu mirbuhin ghal Kristu jew inkella msahhin aktar fil-Fidi tieghu." (1931 p.32)

 

"din l-istampa (dwar il-Missjoni) hija wahda mill-ahjar qaddejja biex ixxandar il-hsieb missjunarju, biex tifforma l-menti u l-qalb taz-zghazagh biex trabbi u tigbor il-vokazzjonijiet missjunarji...." (1931 p.43)

 

"Ma ghhandna x'nistaghgbu xejn jekk f'dawn l-ahhar snin taz-zmien taghna, rajna jsalpaw minn Malta, ghall-Missjoni, qtajja', qtajja', ta' zghazagh u sorijiet...." (1932 pp. 15, 17)

 

(Id-Dar ta' Sant Agata)....bini....biex fih iz-zghazagh....jigu mhejjijin u mrobbijin fil-vokazzjoni taghhom tant sabiha, biex jitbieghdu minn pajjizhom u 'l boghod 'il boghod ifittxu u jsibu lil huthom u jaghtuhom id-dawl tal-Vangelu, lil Gesu' Kristu u l-Isem Imqaddes tieghU, iqeghduhulhom fil-qalb taghhom u fil-fomm taghhom." (1933 p.1)

 

(Id-Dar ta' SAnt'Agata) "Bini li ghandu jilqa' lil dawk li b'qalb kbira kif jixraq lis-snin taz-zghozija taghhom laqghu l-istedina li semghu mill-gholi biex jinxtehtu bil-hidma taghhom kollha ghat-tixrid tas-Saltna ta' Kristu fl-art. Iva, hawn jigu mhejjija dawn iz-zghazagh biex ikunu jistghu jobdu ghall-kmand tas-Sid tal-hsad,....'Morru u ghallmu lill-gnus kollha'.....'ippritkaw il-Vangelu lill-hlejjaq kollha.' " (1933 p. 7-8)

 

 

ZVILUPP - POPLI - GUSTUZZJA


 

"Huwa (Gesu') ippronunzja dawn il-kelmiet li huma ta' gid kbir ghall-popli u ghan-nazzjonijiet....'aghtu lil Cesare dak li hu ta' Cesare u lil Alla dak li hu t'Alla' (Matt XII, 21)." (1923 p.29)

 

 

ZVILUPP SHIH - MISSJONI


 

"Dan huwa li taghmel il-Fidi, maghha ddahhal ic-civilta' u l-liberta." (1928 p.22)

 

 

ZVILUPP SHIH - MISSJONI


 

"....xi bnadi (fil-Missjoni) insibu wkoll li t-taghlim tal-Vangelu gieb mieghu l-izvilupp f'kull xorta ta' civilta' u hargu bnedmin ta' kapacita f'kull xorta ta' hajja, izda ghax ma nahsbux fil-kleru ndigenu ma nsibux Isqfijiet biex jistghu jmexxu u lanqas sacerdoti biex bit-taghlim taghhom iwettqu l-fidi fi Krtistu u l-gid kollu li hija ggib maghha." (1931 p.32)

 

"U kif tiehu hsieb tar-ruh il-Missjoni tiehu wkoll kura tal-gisem billi ticcivilizza d-drawwiet hziena taghhom, billi tezercitahom fis-snajja', fix-xjenzi u hafna hwejjeg ohra ta' gid." (1933 p.33)

 

Mur lura ghall-Sayings, Writings and Homilies  

 

 
   

 
Website designed & maintained by MSSP| Disclaimer | Copyright | Privacy Policy | Sitemap |
© 2006 Missionary Society of Saint Paul, MSSP