Il-Qaddej ta' Alla, Guzeppi De Piro
Fundatur tas-Soċjetà Missjunarja ta' San
Pawl (1877-1933)
-
Hajtu f'Ordni Kronologika -
1877
Twieled fl-Imdina, fit-2 ta’ Novembru 1877 min-nobbli Alessandru dei
Marchesi De Piro u Ursola Agius. Kien is-seba’ fost disa’ aħwa. Fi tfulitu
barra l-edukazzjoni primarja u sekondarja tgħallem u avanza fl-arti
tal-pittura. Daħal l-Universita’ ta’ Malta u għal 3 snin kien fil-Fakulta’
ta’ l-Arti u Xjenza.
1897
Bejn l-1897 u l-1898 għamel parti mill-kors tal-Liġi. Kemm dam l-Universita’
kien imsieħeb fir-Royal Malta Militia.
1898
Ta’ 21 sena ħass is-sejħa għas-saċerdozju u fit-8 ta’ Mejju 1898, waqt
is-supplika tal-Madonna ta’ Pompej iddeċieda li din kienet triqtu. Bħala
student tal-Capranica, beda l-istudji tal-Filosofija u t-Teoloõija
fl-Universita’ Gregorjana, f’Ruma fl-1898.
1902
Ordnat Saċerdot fil-15 ta’ Marzu 1902, fil-Bażilika ta’ San Ġwann Lateran,
Ruma. Bejn l-1902 u l-1904 għamel żmien f’Davos, l-Isvizzera, għall-kura.
1904
Irritorna Malta u għal kważi 3 snin ħadem fil-Parroċċa tal-Qrendi.
1907
Intgħażel bħala Direttur ta’ l-Istitut Fra Diegu, Ħamrun, għall-iltiema
bniet.
1910
Jagħti bidu għas-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl billi jilqa’ l-ewwel żewġ
membri.
1911
Inħatar Monsinjur tal-Katidral ta’ Malta.
1915
L-Arċisqof Mawru Caruana għażlu bħala segretarju tiegħu.
1918
Bejn l-1918 u l-1920 kien rettur tas-Seminarju Maġġuri ta’ Malta, fl-Imdina.
1919
Kien fost il-mexxejja tal-Maltin li għenu biex tinżamm il-kalma fl-inkwiet
tas-Sette Giugno.
1920
Laħaq dekan tal-Katidral ta’ Malta.
1921
Malta tingħata Kostituzzjoni Ġdida.
Dun. De
Piro ta’ s-sehem sħiħ tiegħu fl-Assemblea Nazzjonali li wasslitha fit-tmiem.
1922
Għal xi xhur fis-sena 1922 hu kien flok il-Kappillan tal-Parroċċa tal-Gudja.
Żdiditlu d-direzzjoni ta’ Istituti oħrajn għall-iltiema:
1922
Id-Dar ta’ San Ġużepp f’Santa Venera
1922
L-Istitut ta’ Ġesu’ Nazzarenu, fiż-Żejtun
1925
Id-dar ta’ San Ġużepp, f’Għajnsielem, Għawdex
1925
Id-Dar taċ-Ċkejknin,
f’Santa Venera
1927
L-Istitut ta’ San Franġisk
ta’ Paola, f’Birkirkara.
1930
Wettaq ħidma ta’ medjazzjoni bejn il-Knisja u Lord G. Strickland.
1932
Bejn 1932 u 1933 kien Senatur fit-Tielet Parlament Malti.
1933
Miet fis-17 ta’ Settembru 1933.
Back to His Life
|