Free Website Visitor Counter JOSEPH DE PIRO - Official Site of the Cause of Canonisation JOSEPH DE PIRO - Official Site of the Cause of Canonisation Horizontal Drop Down Menus JOSEPH DE PIRO - Official Site of the Cause of Canonisation JOSEPH DE PIRO - Official Site of the Cause of Canonisation
 


JOSEPH DE PIRO - Official Site of the Cause of Canonisation

 
 

Il-Qaddej ta’ Alla, Guzeppi De Piro

Hajtu u Hidmietu fil-Qosor


F'Zghoritu u Zghozitu

Dun Guzeppi De Piro twieled fl-Imdina, fit-2 ta’ Novembru 1877. Missieru, Alessandro u ommu Ursola Agius, kienu t-tnejn ta’ nisel nobbli.  Kien is-seba’ tifel fost disa’ ahwa. Wara li rcieva l-edukazzjoni primarja tieghu fid-dar tal-familja, hu ghadda ghall-Liceo tal-Belt, ghall-formazzjoni sekondarja. Fl-ahhar klassi ghamel l-ezami tal-Matrikola. Dahal l-Universita’ fejn ghamel tlett snin jistudja l-Arti u x-Xjenza. Mat-tmiem ta’ dan il-kors, fl-1897, hu beda l-istudji li kellhom iwassluh biex jilhaq avukat.

 

Ta’ min ighid, izda, li f’dawn is-snin Guzeppi ma kienx jistudja biss.  Sa llum is-Socjeta Missjunarja ta’ San Pawl ghad ghandha diversi pitturi li hu kien ghamel fi tfulitu u f’zoghzitu.  Mhux darba u tnejn li De Piro ha sehem f’kompetizzjonijiet anke nazzjonali, u rebah xi premijiet. Waqt li kien l-Universita’ Guzeppi ghamel anke zmien suldat fil-Milizia Maltija.
 

Minn Student tal-Ligi ghal Seminarista… u mbaghad Sacerdot 


Il-kors ta’ avukat ma spiccahx. Dan mhux ghax ma kienx kapaci imma ghax Alla kien hejja triq ohra ghalih.  Fil-fatt waqt li fit-8 ta’ Mejju 1898, Guzeppi kien qieghed ma’ shabu fil-Knisja tal-Gizwiti, il-Belt, jaghmel is-Supplika tal-Madonna ta’ Pompei, huwa ra bic-car li Alla riedu sacerdot. Ghax kien imrobbi fit-talb u fid-direzzjoni spiritwali, iz-zaghzugh malajr qal iva lil Alla. Dik is-sena stess, 1898, Guzeppi mar Ruma u hemm beda l-istudji tal-Filosofija u t-Teologija.
Kellu joqghod fil-Kullegg Capranica u l-korsijiet jaghmilhom fl-Universita’ Gregoriana.

 

Il-pjanijiet tas-seminarista Guzeppi kienu kbar. Kien jixtieq li jaghmel ghaxar snin jistudja Ruma.  Imma gara mod iehor.  Tant inhakem mill-mard, li kellu jitlob lill-Arcisqof ta’ Malta, Pietru Pace, biex itih il-possibilità li jordna wara biss kwazi erba’ snin li kien ilu li halla Malta. Il-permess inghata u Guzeppi gie ordnat f’Ruma fil-15 ta’ Marzu 1902. Huwa ghamel l-ewwel quddiesa solenni tieghu fil-Katidral tal-Imdina, f’Marzu tal-istess sena.


 

Sehmu fil-Knisja Maltija u Ghawdxija


Wara li rritorna Ruma biex itemm it-tielet sena tat-Teologija, Dun Guzepp mar l-Isvizzera biex jiehu sahhtu.  Hemmhekk dam sal-1904. Huwa rritorna Malta u beda jahdem bhala sacerdot fil-Parrocca tal-Qrendi.  Kien sejjer tajjeb hafna u kien qieghed jaghmel hafna gid. Il-Qrendin kollha kienu jhobbuh ferm. Imma l-hidma tieghu hawn ma kellhiex ittul hafna ghax fl-1907 l-Arcisqof Pace ghazel lil De Piro bhala direttur tal-Istitut Fra Diegu, fil-Hamrun. 

 

Fra Diegu ma kienx l-uniku Istitut jew orfanatrofju f’idejn De Piro. Hu kellu jiehu f’idejh hamsa ohra: l-Istitut ta’ San Guzepp, f’Santa Venera; dak ta’ Gesù Nazzarenu, fiz-Zejtun; Dar ghac-ckejknin, f’Santa Venera; San Frangisk ta’ Paola, f’B’Kara; u San Guzepp, f’Ghajnsielem Ghawdex.

 

Fl-istess zmien Dun Guzepp De Piro gie mahtur Monsinjur u Dekan tal-Katidral tal-Imdina. Bejn l-1916 u l-1918 l-Arcisqof Mawru Caruana ghazlu bhala segretarju tieghu.  Fis-sentejn ta’ wara hu gie mqieghed Rettur tas-Seminarju Magguri, fl-Imdina.


 

Cittadin li habb verament lil Pajjizu


Imma s-servizz li ta De Piro ma kienx fil-Knisja biss. Huwa kien ukoll cittadin li ta sehem shih ghall-binja ta’ pajjizna.  Fil-fatt bejn l-1918 u l-1921 huwa ghamel parti mill-Assemblea Nazzjonali li kellha tiehu hsieb it-tfassil tal-Kostituzzjoni ta’ Malta.  F’dan l-istess zmien, jew ahjar fis-7,8, u 9 ta’ Gunju 1919, De Piro habrek biex tinkiseb il-paci bejn il-Maltin u l-Gvern Ingliz.
Mill-1932, sakemm miet (fl-1933), Dun De Piro kien ukoll senatur fit-Tielet Parlament Malti.


 

Fundatur tas-Socjeta Missjunarja ta’ San Pawl


Imma din ma kienitx il-hajja kollha ta’ Dun De Piro. Il-kontribut ewlieni li ta lid-dinja dan il-Malti kienet is-Socjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl.  Kien ilu jahseb fiha sa minn meta kien seminarista f’Ruma. Izda hemmhekk ma seta’ jaghmel xejn; kellu l-istudji li kienu jimpeduh. Lanqas ma seta’ jaghmel xejn fis-snin li kien l-Isvizzera. Huwa stess jikteb, “Qalb is-silg ta’ l-Alpi, daqshekk ‘il boghod mill-pajjiz fejn hsibt li npoggi l-progetti tieghi fil-konkret ma kien baqaghli xejn ghajr it-talb - l-aqwa kumpanija tieghi -  u tlabt, tlabt, tlabt”.  Meta rritorna Malta fl-1904 ittanta jaghmel xi haga billi avvicina xi sacerdoti u qalilhom bix-xewqa li jwaqqaf Socjeta. Imma lilu hadd ma fehmu. Kellha tigi s-sena 1910 biex seta’ jibda’ xi haga. Fil-fatt fit-30 ta’ Gunju ta’ dik is-sena, f’dar ckejkna qrib hafna tal-Katidral tal-Imdina, u vicin tal-palazz fejn hu nnifsu kien twieled, Guzeppi laqa’ l-ewwel zewg zghazagh li kellhom jaghmlu parti mis-Socjeta’ tieghu. Il-vokazzjonijiet baqghu jizdiedu u minhabba f’hekk De Piro kellu jfittex dar ohra, dejjem fl-Imdina. Ghadda anke ghat-tielet dar, sakemm f’Gunju tal-1933 il-membri tas-Socjeta’ tieghu marru biex izanznu d-Dar Centrali taghhom, dik ta’ Sant’Agata, fir-Rabat.

 

Is-Socjeta’ ta’ San Pawl, kif semmiha De Piro, kompliet tikber u tinfirex f’diversi djar ohra f’Malta, f’Ghawdex, u anke barra minn pajjizna. Fil-fatt, wara li De Piro nnifsu fl-1927, kien baghat l-ewwel missjunarju tieghu fl-Etjopja, fl-1948  marru l-ewwel membri fl-Awstralja.  Fil-Kanada marru fl-1959. Fl-1968 inbdiet il-missjoni tal-Peru’.  Fil-USA  wasalna fl-1973. Il-missjoni tal-Pakistan kellha l-bidu taghha fl-1981.  Fl-1998  il-Curia Generalizia marret Ruma. L-ahhar li morna kien fil-Filippini, fl-1999.

 

Hajtu f'Ordni Kronologika

 
   

 
Website designed & maintained by MSSP| Disclaimer | Copyright | Privacy Policy | Sitemap |
© 2006 Missionary Society of Saint Paul, MSSP