Horizontal Drop Down Menus

 
  

 Kwotazzjonijiet ta' Dun G. De Piro (Malti)


 [ A - F ]

 

ALLA


'Alla huwa fuq kulhadd, ghalhekk ghandu l-qawwa li jiddiriegi n-nies tad-dinja kollha ... mhux biss ghandu l-qawwa, imma anke jezercitaha..1924 p. 5)

"Alla bit-tjubija tieghu jimla s-sema u l-art....." (1924 p.9)

 

"Id-daghwa hija att ta' ingratitudni l-aktar ikrah.......huwa delitt li wiehed jinsulta u jwegga' qalb missieru li jkun gebbed hajtu kollha ghal uliedu, imma x'delitt huwa li wiehed jinsulta u jwegga' l-qalb ta' dak il-Missier taghna li jinsab fis-sema......?" (19224 p.9)

 

"....(Alla).... u sid tal-qasam" (1928 p.5)

 

"Alla msieheb mal-Missjunarju" (1930 p.15)

 

"....mal-Missjunarju tal-lum ukoll, Alla ghadu jissieheb bil-grazzja tieghu, bhalma kien ghamel ma' l-ewwel Appostli fil-bidu tal-knisja." (1930 p.16)

 

"(Alla) ....li huwa l-Missier l-aktar mahbub...." (1933 p.10)

 

"Alla jrid li kulhadd isalva, irid ghalhekk li kulhadd ikun jaf is-sewwa." (1933 pp. 18-19)

 

 

ALLA, APPROVAZZJONI TA'


 

"....inhossu l-kobor u l-qawwa ta' Alla li tant jaf jisserva bil-fomm tat-tfal iz-zghar biex jaghti l-approvazzjoni tieghu, jaghfas is-sigill tieghu fuq dik l-opra li wiehed ikun qabad jaghmel fl-Isem Imqaddes tieghu" (1926 p.16)

 

"....kien Alla l-Imbierek li permezz ta' id it-tfal iz-zghar nizzel is-sigill tieghu fuq l-opra taghna. (l-opra tal-boroz ta' l-istudju)" (1929 p.16)

 

 

ALLA - BNIEDEM, GESU KRISTU


 

".....(Gesu Kristu)....Alla Bniedem...." (1933 p.10)

 

 

ALLA, FIDUCJA F'


 

"Il-kliem divin "Jekk il-Mulej ma jibnix id-dar ghalxejn jithabtu l-bennejja') li jqabbad fiducja totali gewwa fina, minghajr l-ebda riserva fl-ghajnuna ta' Alla; anzi ahjar li jaghtina fidi qawwija...." (1933 pp. 5-6)

 

".....il-grajja evangelika tal-habba ta' l-armla hi bizzejjed biex tqawwilna ruhna....nixhtu 'l fuq il-harsa taghna u nqieghdu t-tama taghna kollha fih li hu l-Missier l-aktar mahbub, Il-ghaliex meta huwa Alla li qieghed jibni ma jahdmux ghalxejn dawk li qeghdin itellghu l-hitan."

 

"....huwa Alla li medd idejh ghall-opra (ta' twaqqif tal-MSSP) u tissoda fina t-tama taghna fl-ghajnuna ta' Alla li tant tiswa, skond ma jghallimna l-kliem tal-Profeta Rjali,....."Jekk mhux Alla li jibni d-dar, ghalxejn jahdmu dawk li qeghdin jibnuha." (1933 p.13)

 

 

ALLA - HLAS - KARITA'


 

"Alla wieghedd li jhallas b'dak l-istess kejl li jkun moghti lill-ohrajn...." (1922 p.29)

 

"....drabi ohra (Alla) wieghed ukoll li mhux biss ihallas bl-istess qies izda bil-bosta u bosta aktar...."

 

"....iweghidna wkoll (Alla) drabi ohra li kulmin jaghti xi haga ghall-imhabba tieghu, jigi mhallas il-mitt darba f'din l-art u wkoll il-glorja tas-sema."

 

"Kif naraw mill-kliem ta' Gesu', il-premju ta' dawk li jhallu xi haga ghalih huwa kbir bil-bosta."

 

"Xi nghid mbaghad ghall-premju l-iehor fis-sema (mwieghed ghal min ihalli kollox u jimxi wara Gesu' Kristu? Minghajr dubju, dan hu l-akbar premju li l-bniedem jista' jircievi." (1922 p.32)

 

 

ALLA, KELMA TA'


 

"Imma taf fejn hu kollox? Li taghti widen ghall-Kelma t'Alla, li tiswa daqs id-dinja kollha bil-hwejjeg kollha taghna." (1933 p.38)

 

 

ALLA, OPRI TA'


 

".....l-opri ta' Alla ....igibu bhala sinjal u bhala tizjin taghhom il-kuntrarjeta' u .....l-ispirtu ta' Alla li kien dejjem jissieheb mal-kuntrarjeta' bhal ziffa soda u helwa kien jonfoh fil-qala tal-imsejkna dghajsa taghna, imhabbta mill-mewg." (1933 p.6)

 

"Din id-drawwa hekk qaddisa mhux ta' min ihalliha tintilef il-ghaliex imbarra l-indulgenzi li wiehed jaqla' hija tista' tkun ukoll ta' gid kbir ghal ruhna."

 

 

ANGLI


 

"....ahna nsejhu....lill-Angli u l-qaddisin ghaliex huma bil-bosta gheziez ghal Alla u jhobbu wkoll lilna u jistghu jghinuna fit-talb taghna bl-intercessjoni qawwija taghhom. (1923 p.34)

 

"L-angli u l-qaddisin huma intercessuri bil-bosta qawwija quddiem Alla, il-ghaliex huma servi fidili tieghu, anzi huma l-hbieb l-aktar mahbubin tieghu;...." (1923 p.34)

 

 

ANGLU KUSTODJU


 

"Semma' lehnek Anglu ghassa tieghi u dahhalli ftit f'mohhi x'jigifieri l-kelmiet, "Jiena mahluq ghall-hena u l-gmiel u l-mistrieh tal-genna.' " (1924 p.20)

 

"Il-favuri li ahna nircievu minghand l-anglu kustodju huma bla tarf." (1926 p. 15)

 

"Il-favuri li ahna nircievu minghand l-anglu kustodju huma bla tarf. L-ewwelnett dan l-anglu jharisna minn bosta u bosta tigrif kemm tar-ruh u kemm tal-gisem mill-bidu....sal-mewt; matul hajjitna huwa jbeghidna mid-dnub u mill-gibdiet hziena.....iharisna mit-tentazzjonijiet u jaghmlilna kuragg sabiex inkomplu fil-hsibijiet tajba taghna, jiddefendina mill-assalti tad-dimonju meta huwa jkun irid iwaqqaghna, imbaghad jekk fil-kaz ghal xi dizgrazzja ahna naqghu, jaghmel dak kollu li jista' sabiex igeghilna nikkonvertu u naghmlu penitenza ta’ dnubietna; iwassal quddiem it-tron ta' Alla l-opri tajba u t-talb taghna; fl-ahhar nett l-ahjar favur li huwa jaghmlilna matul hajjitna huwa dak li jassistina b'qawwa kbira kontra l-ghadu fil-pont tal-mewt sabiex hekk immutu fil-grazzja ta' Alla u nkunu nistghu niehdu sehem mit-tgawdija li huwa jgawdi fis-sema. F'dan il-mument hekk tal-biza' huwa jaghmel dak kollu li jista' sabiex ma jhalliniex nintilfu; huwa jaghmlilna kuragg sabiex ma niddisprawx, jaghtina d-dawl u jqawwina fil-fidi u jgeghilna nindmu u jaqilghelna l-veru soghba ta' dnubietna." (1926 p.15)

 

"....rajna kemm favuri nircievu minghand dan l-anglu (kustodju) jixraq ukoll li ahna....inkunu rikonoxxenti lejn dan l-anglu, tal-favuri li ahna nircievu minghandu." (1926 p.17)

 

 

ANGLU KUSTODJU - VOKAZZJONI MISSJUNARJA


 

"Nispera li l-anglu Kustodju tieghek ihabbar lilek ukoll dan iz-zelu ta' din l-opra hekk sabiha (tal-Missjoni) u li hi tant mixtieqa mill-Papa (Pija XI), li zzejjen din il-hajja bil-kuntentizza li ma tispicca qatt." (1933 p.38)

 

 

APPOSTOLAT


 

(Appostolat) "....inkomplu nahdmu fil-qasam t'Alla ghall-gid ta' l-ohrajn." (1923 p.27)

 

"...dawk kollha li jifhmu u jhossu l-kobor, in-nobbilta' u l-qawwa ta' l-Appostolat Kattoliku." (1923 p.24)

 

(hegga fl-Appostolat) "....hidma li ma tafx x'inhi ghejja, li ma tafx x'inhi nuqqas ta' almu, ghall-gieh u ghall-glorja tal-Knisja ta' Kristu." (1931 p.24)

(Appostolat) "....ix-xoghol qaddis....li ssalva l-erwieh." (1931 p.35)

 

 

APPROVAZZJONI TA' ALLA


 

" ...inhossu l-kobor u l-qawwa ta' Alla li tant jaf jisserva bil-fomm tat-tfal iz-zghar biex jaghti l-approvazzjoni tieghu, jaghfas is-sigill tieghu fuq dik l-0pra li wiehed ikun qabad jaghmel fl-Isem Imqaddes tieghu." (1929 p.16)

 

"...kien Alla l-Imbierek li permezz ta' id it-tfal iz-zghar nizzel is-sigill tieghu fuq l-opra taghna. (l-opra tal-boroz ta' l-istudju). (1929 p.16)

 

 

ART IMQADDSA - MISSJONI


 

"...(it-) Terra Santa. Id-Dar Ta' Gesu Krisru; id-dar tal-Feddej taghna; id-dar ta' l-Ewwel Missjunarju." (1927 p.40)

 

 

ATT EROJKU TA' KARITA'


 

"...l-att erojku ta’ karita jikkonsisti filli wiehed joffri lil Alla (ghall-) erwieh tal-purgatorju dawk l-opri kollha tajba li jinghamlu f'din il-hajja u s-suffragi li wiehed jircievi wara mewtu." (1929 p.29)

 

"Dan l-att (erojku ta' karita') mhux biss ta' vantagg ghall-erwieh tal-purgatorju, imma wkoll ghal dawk li jaghmluh " (1929 pl.29)

 

 

AWTORITA' GESU


 

"....Gesu' ma kienx kuntent li jghallimna biss bil-kliem, izda ried ukoll jghallimna bl-ezempju li jkollna rispett lejn l-awotrita; narawh infatti jitwieled gewwa stalla biex jobdi ghall-kmand fieragh ta' l-imperatur, imut imdendel fuq salib minghajr ma jehodha kontra s-sentenza hekk qarrieqa." (1923 pp. 29-30)

 

 

AWTORITA' CIVILI - UBBIDJENZA


 

"Duttrina sublimi (li nirrispettaw - u noqoghdu taht is-setgha li filwaqt li ggieghel lill-bniedem jaghti gieh u sottomissjoni lis-setgha ta' din l-art, hija terfghu wkoll 'il fuq ghaliex tghallmu li fihom ikun qieghed jaghti qima 'l Alla stess, kif nistghu naraw mill-kliem ta' Missierna San Pawl, "Nulla potestas nisi a Deo", li bihom ighallimna li kull setgha hija gejja minn Alla."(1923 p.29)

 

"Infatti r-Re ta' din l-art mhux haga ohra hlief ambaxxatur tar-re tas-sema; ghalhekk Missierna San Pawl fl-ittra tieghu li baghat lil Timotju (lTim. ll. 1-2-3) jghidilna li ghandna nitolbu ghalihom ghaliex huma mibghuta minn Alla biex imexxuna u sabiex jiehdu kura taghna mhux biss fil-hwejjeg ta' din l-art, izda wkoll f'dawk li johduna fil-hajja ta' dejjem." (1923 p.29)

 

 

BENEFATTURI -MISSJONI - GESU KRISTU - MUDELL


 

"Thobb il-Missjonijiet u tithabat ghalihom juri li ghandek f'qalbek il-karita tal-Feddej Divin, li jhalli d-disgha u disghin naghga fidila biex imur ifittex dik li tbieghdet mill-merhla tal-Knisja.: (1928 p.22)

 

 

BENEFATTURI MSSP (ISTITUT)


 

"U biex tqawwu qalbkom, u ma tahsbux li huwa ghalxejn dak li intom taghmlu mieghu, bl-akbar pjacir igharrafkom li allavolja ghadu ckejken l-Istitut (MSSP)....dan l-ahhar Alla xehet fuqu ragg ta' mhabba specjali u tah il-grazzja li ghall-0pra ta' wiehed mill-fratelli katekisti tieghu sata' jifrex idu ''fuq il-muntanji ta' l-Abbisinja...." (1928 p.4)

 

"Iservi dan (li Fra Guzepp mar il-Missjoni) lill-qarrejja godda ta' dan l-Almanakk (ta' l-Istitut tal-Missjoni MSSP) biex jithajru jibdew jghinu din l-opra huma wkoll." (1928 p.5)

 

"Iservi dan (li Fra Guzepp mar il-Missjoni) ghall-hbieb antiki taghna biex iqawwi l-hidma taghhom favur l-Istitut tal-Missjoni (MSSP)" (1928 p.5)

 

"Il-Missjunarji....qabel ma jsiru, qabel ma jaslu biex jitilqu fuq il-Kamp tal-Missjoni, ghandhom jigu mhejjija fl-istudju ghal zmien twil....

Ghalhekk dawk li jridu jaraw l-Istitut (MSSP) ighaddi, ’ l quddiem u jkollhom sehem mill-hidma tal-Missjunarji tieghu jixraq li mil-lum jibdew ighinu u jixhtu s-sold taghhom f'xi borza ta' l-istudju." (1928 p.5)

 

"Jiftakru (L-Benefatturi) li meta jaghtu lill-Kamp tal-Missjoni xi appostlu gdid, ikunu jaghmlu gid bla qies lilhom u lill-proxxmu taghhom." (1928 p.5)

 

(Il-Benefatturi) "....dawk kollha li jaghrfu l-Istitut taghna tal-Missjoni (MSSP), ....iridulu l-gid, u kull fejn jistghu jghinuh, jithennew jisimghu fuqu....." (1929 p.3)

 

"Is-Socjeta, zzomm tifkira wisq ghaziza ta' dawk kollha li b'xi mod jew iehor ikun joghgobhom jaghtuha l-ghajnuna taghhom biex hija tista' tkompli dejjem aktar ix-xoghol qaddis taghha li ssalva l-erwieh....." (1931 p.35)

 

"Fil-waqt li sejrin nohorgu dan l- "Almanakk" niftakru fil-hbieb u benefatturi taghna u nizzuhom hajr ta' dak kollu li ghamlu maghna matul is-sena li ghaddiet u ghas-sena li gejja nfakkruhom li ma nistghux nilqghu b'manjiera ahjar l-istedina tal-Papa (Piju XI) biex nikkommemoraw ic-centinarju tal-Fidwa tal-Bniedem (1933), hlief billi naghtu ruhna b'hegga aktar kbira ghall-opra tal-Missjoni." (1933 p.1)

 

"....din il-gabra gentili u qalbiena ta' ammiraturi u hbieb taghna li jafu jitfghu fil-gholi l-harsa tal-menti taghhom u jafu jzommu qalbhom imghammra bil-hsieb ta' Alla u ta' l-opri tieghu." (1933 p.12)

 

"Malli tqieghdet l-Ewwel Gebla ta' l-Istitut Missjunarju f'Sant Agata, ir-Rabat indunajna b'ghageb u konsolazzjoni taghna kemm u kemm huwa ghal qalb il-hbieb taghna kollha." (1933 p.18)

 

"Ahna nizzu hajr lill-hbieb taghna kollha u nitolbu 'l Alla li jhallashom tal-gid kollu li jaghmlulna u nixtiqulna." (1933 p.18)

 

"...Malli ftahna dan l-Istitut tal-Missjoni (MSSP) kulhadd donnu miftiehem, kien jurina x-xewqa li jghin l-opra l-gdida, u billi l-ghadd ta' dawn beda jikber, fhimna li tkun haga tajba li jigbru lil kulhadd flimkien...." (1933 p.25)

 

 

BIRKIRKARA, ORATORJU


 

"Opra tassew sabiha (L-Oratorju ta' Birkirkara fejn it-tfal jilaghbu u jitghallmu d-Duttrina) u dawk kollha li kellhom l-okkazzjoni li jaghmluha mat-tfal, jifhmu tajjeb kemm hija mehtiega, l-aktar fiz-zminijiet taghna." (1931 p.35)

 

"....Fra Guzepp Caruana....guvni qalbieni u ta' hidma l-aktar kbira....specjalment lejn....is-Socjeta ghaziza tieghu li minn ckunitu dejjem habbha ferm, b'imhabba bhalma tifel ihobb 'l ommu."

 

"....(Fra Guzepp)....l-ewwel Missjunarju ta' din il-Kumpanija (MSSP) mindu dahal fil-Kumpanija sakemm telaq ghall-art tal-Missjoni dejjem kien jitolbu (‘l Alla), u qatt ma qata' qalbu, hekk ukoll ahna ghandna nitolbu bhalu biex Kristu jibghat hafna Missjunarji fil-ghalqa tieghu tad-dwieli u specjalment f'din il-Kumpanija Maltija ta' San Pawl....biex gurnata ghad taghmel gid kbir fl-erwieh u unur lil Malta u lill-Knisja ta' Gesu Kristu." (1928 pp.28-30)

 

"Fra Guzepp mhux minn dawk li jaqtghu qalbhom izda fejn jara l-bzonn, aktar imidd ghonqu ghax-xoghol." (1930 p.15)

 

"....il-mahbub pijunier tal-Kumpanija taghna (MSSP) Fra Guzepp Caruana...." (1932 p.28)

 

 

CIVILTA' FIDI


 

"....il-fidi ddahhal maghha c-civilta'....." (1928 p.22)

 

 

DAGHA


 

"Id-dagha huwa delitt li wiehed jaghmel kontra l-Maesta' t'Alla, u tant huwa kbir dan id-delitt li magenbu l-ohrajn kollha huma zghar il-ghaliex dan id-dnub imur kontra Alla, inezzghu mill-glorja tieghu u jimlieh bil-misthija u bid-disprezzi." (1924 p.9)

 

"Imhabba l-vizzju tad-dagha, il-bniedem jitbaxxa u jaqa' fi grad taht l-annimali u l-istess dimonju." (1924 p.9)

 

"id-daghwa hija att ta' ingratitudni l-aktar ikrah....huwa delitt ikrah li wiehed jinsulta u jwegga' qalb missieru, li jkun gedded hajtu kollha ghal uliedu; imma x'delitt huwa li wiehed jinsulta u jwegga' l-qalb ta' dak il-Missier taghna li jinsab fis-sema, il-qalb ta' dak Gesu' li xerred id-demm prezzjozissimu tieghu u sahansitra halla hajtu fuq is-salib ghall-imhabba ta' l-ulied tieghu?" (1924 p.9)

 

"Huwa tassew krudil dak l-iben li bil-eghmil tieghu jdejjaq 'l ommu, imma xi nghidu ghal dawk l-insara li jdejqu l-OMM aktar helwa fost l-ommijiet kollha, li johduha kontra taghha bi kliem ikrah li lanqas jixraq biss li wiehed isemmi?' (1924 p.10)

 

"Id-daghwa mhux biss hi kerha fiha nfisha imma hija wkoll aktar kerha u tal-biza' fil-konsegwenzi li ggib maghha." (1924 p.10)

 

"Id-daghwa tiehu l-bniedem fit-telfa ta' dejjem, thassar il-generazzjonijiet billi toqtol ir-ruh ta' l-innocenti u taghti l-valenu lil dawk il-qlub hekk puri u sbieh; tqalleb is-socjeta' u teqred il-familja, il-paci tispicca ghal kollox u l-infern ikun ga beda." (1924 p.10)

 

"U ahna, issa li nafu l-kruha u l-hsara tal-vizzju tad-dagha, nistghu nibqghu bierda u nhallu lil Alla jigi offiz b'dan il-mod?" (1924 p.10)

 

"Bhala veri nsara, ulied ta' Missier wiehed, ghandna ninxteghlu biz-zelu meta nisimghu l-isem t'Alla mkasbar." (1924 p.10)

 

 

DAWL, GESU' KRISTU


 

 

"...il-veru dawl li huwa Gesu" Kristu...." (1922 p.11)

 

 

DJOCESI TA' MALTA, MHABBA LEJN


 

"U naghmlu taghna l-kliem ghaziz tal-Papa Missjunarju (Piju XI....fil-waqt li ahna naqilbuh lejk eccza Revma. f'xewqa l-aktar mixghula biex il-Fundatur Divin tal-Knisja jsawwab dejjem aktar bil-kotra l-grazzji tieghu fuq din id-djocesi tant ghaziza ghall-qalb tieghek paterna." (1922 p.13)

 

 

DNUB


 

"fid-dinja jinsab id-dnub u l-fidi tghallimna li d-deni kollu gej mid-dnub: (1922 p.27)

 

"Inhobbu lil Alla Sidna jekk noboghdu li jobghod Hu u nhobbu li jhobb Hu, fi kliem iehor jekk naharbu d-dnub u naghmlu s-sewwa." (1924 p.20)

 

"Kif id-dawl u d-dlam ma jghammrux flimkien, hekk ukoll il-karita' u d-dnub ma jinstabux f'ruh wahda f'hin wiehed." (1924 p.20)

 

 

EMIGRANTI MALTIN - FIDI


 

"u l-ghaliex il-poplu Malti ghandu stampat fih hekk tajjeb dan l-ispirtu tar-religjon, huwa jgibu mieghu kull fejn imur." (1923 p.2)

 

"....f'kull parti tad-dinja li fiha jinsabu l-Maltin hemmhekk ghandek tara wkoll fihom l-ispirtu religjuz li jispikka f'kull opra taghhom."

 

"...ma nistghux ma naghtux it-tifhir lill-Maltin kollha ta' din il-kolonja (ta' Tunez) ghal dan l-att sabih ta' fidi u ta' qima lejn ir-Religjon......" (1923 p.22)

 

"....il-Maltin li jinsabu gewwa Detroit....tassew ta' min ifahharhom ghall-imhabba taghhom lejn Alla u lejn il-hwejjeg kollha li jmissu lilu." (1923 p.27)

 

"Din il-missjoni ....(mill-patrijiet kapuccini f'Detroit) sehhet fil-parrocca taghhom (Maltin f'Detroit) u ghamlithom dejjem izjed qalb wahda u fehma wahda f'Gesu' Kristu." (1923 p.27)

 

"Il-mawra ta' Monsinjur Gonzi fl-Amerika (1926) kienet ta' bosta gid ghall-Maltin li jinsabu hemm....u tkun ukoll ta' ghajnuna kbira sabiex jistghu jzommu tajjeb f'qalbhom it-tezor tal-fidi ta' Gesu' Kristu." (1927 p.12)

 

"....l-imgiba tal-Maltin ta' Franza hija l-istess wahda tal-Maltin ta' New York, ta' Detroit, ta' Toronto fl-Amerika, ta' Sydney, ta' Melbourne u ta' Adelaide fl-Awstralja kif xehdu (qassisin Maltin)....li kull meta dehru fost il-Maltin f'dawk l-inhawi li semmejna, ingabru madwarhom b'hegga kbira biex jaghtu lok ghall-professjoni tal-Fidi ta' missirijiethom...." (1929 p.14)

 

"....il-Malti, meta jsiefer, mhux biss jiehu mieghu l-Fidi tieghu, izda huwa jibqa' wkoll izommha, ighozzha u jipprofessaha." (1929 p.14)

 

"....il-fidi timxi mal-karattru tar-ruh tal-bniedem u ghalhekk jimporta hafna li wiehed iqawwi, fil-gid, ir-rieda ta' l-emigrant biex ihoss u jiehu r-responsabbilta tal-karattru tieghu skond it-twem- min tieghu u ma jaqax ilsir ta' l-ispirtu tad-dinja u jdur mieghu bhalma l-pinnur idur mar-rih." (1930 p.12)

 

"...meta l-emigrant jitlaq minn pajjizu....meta jinsab imdawwar minn nies bi drawwiet ghal kollox xorta ohra minn tieghu, allura jdur fuq ruhu u jekk fiha jsib x'jaghmel tajjeb ghal dawk li halla warajh f'pajjizu, ghandna nahsbu li kollox imur sewwa ghalih. Izda jekk x'hin jaghtiha ghat-tiftix gewwa ruhu ma jirnexxilux jiltaqa' ma’ l-eghruq tat-twemmin tieghu, jigri li ma’ l-ewwel rih daqsxejn qawwi, il-fidi tieghu tbattilu u tista' wkoll tinhasadlu minn fuq ruhu...." (1931 p.13)

 

"....il-Malti jaf jiehu mieghu r-religjon tieghu wkoll (meta jsiefer)...." (1931 p.21)

 

 

EMIGRANTI MALTIN - SACERDOT


 

"Ta' min ifahharhom tassew dawn il-qassisin li jmorru f'artijiet fejn jinsabu l-Maltin ghaliex ma jistghux ma jaghmlux hafna gid lil huthom li jinsabu boghod minn pajjizhom." (1929 p.30)

 

 

EMIGRANTI MALTIN - PREDIKAZZJONI - SACERDOT


 

"...dawn l-erba' sacerdoti Maltin qassmu bl-abbundanza lil shabhom Maltin (ta' Detroit) il-hobz tant mehtieg tal-Kelma t'Alla." (1924 p.7)

 

 

EVANGELIZZAZZJONI - MHABBA TA' ALLA


 

"Il-Bambin Gesu", jberikna lkoll u jaghtina l-qawwa biex nistghu ngharrfu lil haddiehor dik l-imhabba li ahna nafu li huwa ghandu ghal kull bniedem." (1929 p.1)

 

 

EWKARISTIJA


 

(L-Ewkaristija) "....il-mejda ta' l-angli...." (1923 p.21)

 

(L-Ewkaristija) "....l-ostja mqaddsa tal-sagrificcju...." (1926 p.20)

 

(L-Ewkaristija) "....il-hobz tas-sema...." (1927 p.12)

 

(L-Ewkaristija) "....il-hobz ta' l-Angli...." (1931 p.7)

 

(L-Ewkaristija) "....Gesu' prezenti u mistohbi taht l-ostja...." (1921 p.9)

 

(L-Ewkaristija) "....l-ostja divina...." (1932)

 

(L-Ewkaristija) "....il-hobz ewkaristiku...." (1933 p.32)

 

 

EWKARISTIJA - MALTA


 

"....Malta, mhabba.....fil-qima kbira li ghandha lejn Gesu' sagramentat....." (1931 p.5-6)

 

 

EWKARISTIJA - SACERDOT - PACI - SALVAZZJONI


 

"....(is-) Sacerdot....joffri l-ostja divina u permezz taghha jaqla ghal hutu l-paci, jehlishom mit-telfien ta' dejjem u jdahhalhom fil-merhla tal-maghzulin." (1932 p.30)

 

FAMILJA - VOKAZZJONI


 

"...harsu bl-ghajnejn tal-fidi u ghandkom tghidu li s-sejha ghal wara Gesu' Kristu, specjalment jekk tkun xi sejha ghall-missjoni aktar milli hija ta

gid ghall-individwu, hija wkoll bhala veru patrimonju tal-familja." (1925 p.12)

 

"Dik ir-ruh....li Alla jaghzel ghalih tkun tirrapprezenta l-familja kollha fid-dar t'Alla, tahdem, titlob fl-isem taghha u ddahhalha siehba fil-grazzji taghha u fl-opri tajba li taghmel." (1925 p.12)

 

"U ma narawx forsi li din il-verita" (li vokazzjoni hi barka fuq il-familja kollha) tidher bic-car mill-qari tal-hajja tal-qaddisin? U ma turiniex forsi l-esperjenza ta' kuljum li l-familji u specjalment il-genituri tar-religjuz jircievu aktar grtazzji u Alla jaghmilhom b'bosta manjieri fidili lejh fis-servizz imqaddes tieghu fl-imhabba u fil-prattika tat-talb u xi drabi wkoll fix-xewqa ta’ qdusija aktar gholja?" (19254 p.12)

 

"Jekk.......sejha ghal wara Gesu' Kristu hija don u proprjeta' tal-familja kollha, hekk l-obbligu li tigi mizmuma din is-sejha ma hijiex ta' wiehed, imma taqa' fuq iz-zewg nahiet...." (1925 p.12)

 

"....meta Alla jaghti d-don tal-vokazzjoni lil xi hadd, dan ma jkunx moghti lilu biss izda wkoll lill-familja tieghu kollha, il-ghaliex kollha kemm hi tigi onorata." (1931 p.23)

 

"U jekk....bosta drabi naraw li anke fost il-kuntrarju tal-familja l-vokazzjoni tibqa' miexja, titqawwa u ssehh, x'ikun qatt jekk kulhadd ighin u joqghod attent biex ma jintilfux vokazzjonijiet?" (1931 p.23)

 

 

FIDI


 

"Kif is-Sema jisboq din l-art, xejn inqas il-Fidi jisboq kull gid tal-gnus, il-ghaliex il-bidu u t-tmiem taghha hu Alla nnifsu." (1924 p.20)

 

"Sakemm ghandna l-vera Fidi, ahna ninsabu fit-triq tal-Genna: mitlufa l-Fidi, tintilef ir-ruh." (1924 p.20)

 

"....(il-) fidi....dik iz-zerriegha tas-senapa li jithaddet minnha l-Evangelu Mqaddes....." (1924 p.25)

 

"....harsu bl-ghajnejn tal-fidi...." (1925 p.12)

 

"....it-tezor tal-fidi ta' Gesu" Kristu...." (1927 p.12)

 

"....il-Fidi ddahhal maghha c-civilta' u l-liberta'" (1928 p.22)

 

"....it-tahbit u l-frugha ta' din id-dinja, l-erruri u l-falsitajiet li bhal sriep iduru madwar ruhna, bosta drabi jtaffu l-qawwa ta' l-impressjoni tal-fidi li nkunu ircivejna mal-maghmudija." (1930 p.12)

 

"....il-fidi timxi....mal-qawwa tar-ruh tal-bniedem...." (1930 p.12)

 

"....il-Fidi ta' Kristu...din il-gawhra, l-eghzez fost kollha." (1930 p.32)

 

 

FIDI - CIVILTA'


 

"....il-Fidi ddahhal maghha c-civilta'..."

 

 

FIDI - EMIGRANTI MALTIN


 

"U l-ghaliex il-poplu Malti ghandu stampat fih hekk tajjeb dan l-ispirtu tar-religjon, huwa ...jgibu mieghu kull fejn imur." (1923 p.2)

 

"....f'kull parti tad-dinja li fiha jinsabu l-Maltin hemmhekk ghandek tara wkoll fihom l-ispirtu religjuz li jispikka f'kull opra taghhom" (1923 pp. 2-3)

 

"....ma nistghux ma naghtux it-tifhir lill-Maltin kollha ta' din il-kolonja (ta' Tunez) ghal dan l-att sabih ta' fidi u ta' qima lejn ir-Religjon...." (1923 p.22)

 

"....il-Maltin li jinsabu gewwa Detroit....tassew ta' min ifahharhom ghall-imhabba taghhom lejn Alla u lejn il-hwejjeg kollha li jmissu lilU." (1923 p.27)

 

"Din il-missjoni....(mill-patrijiet kapuccini f'Detroit) sehhet fil-parrocca taghhom (Maltin f'Detroit) u ghamlithom dejjem izjed qalb wahda u fehma wahda f'Gesu' Kristu." (1923 p.27)

 

"Il-mawra ta' Monsinjur Gonzi fl-Amerika (1926) kienet ta' bosta gid ghall-Maltin li jinsabu hemm....u tkun ukoll ta' ghajnuna kbira sabiex jistghu jzommu tajjeb f'qalbhom it-tezor tal-fidi ta' Gesu' Kristu." (1927 p.12)

 

"....l-imgiba tal-Maltin ta' Franza hija l-istess wahda tal-Maltin ta' New York, ta' Detroitl, ta' Toronto fl-Amerika; ta' Sydney, ta' Melbourne u ta' Adelaide fl-Awstralja kif xehdu (qassisin Maltin)....li kull meta dehru fost il-Maltin f'dawk l-inhawi li semmejna, ingabru madwarhom b'hegga kbira biex jaghtu lok ghall-professjoni tal-Fidi ta' missirijiethom...." (1929 p.14)

 

"....il-Malti, meta jsiefer, mhux biss jiehu mieghu l-Fidi tieghu, izda huwa jibqa wkoll izommha ighozzha u jiprofessaha." (1929 p.14)

 

"...il-fidi timxi mal-karattru tar-ruh tal-bniedem, u ghalhekk jimporta hafna li wiehed iqawwi, fil-gid ir-rieda ta' l-emigrant biex ihoss u jiehu r-responsabbilta' tal-karattru tieghu skond it-twemmin tieghu u ma jaqax ilsir ta' l-ispirtu tad-dinja u jdur mieghu bhalma l-pinnur idur mar-rih." (1930 p.12)

 

"....meta l-emigrnat jitlaq minn pajjizu....meta jinsab imdawwar minn nies bi drawwiet ghal kollox xorta ohra minn tieghu, allura jdur fuq ruhu u jekk fiha jsib x'jagh;mel tajjeb ghal dak li halla warajh f'pajjizu, ghandna nahsbu li kollox imur sewwa ghalih. Izda jekk x’ hin jaghtiha ghat-tiftix gewwa ruhu ma jirnexxilux jiltaqa’ ma' l-eghruq tat-twemmin tieghu, jigri li ma l-ewwel rih daqsxejn qawwi il-fidi tieghu tbattilu u tista' wkoll tinhasadlu minn fuq ruhu...." (1930 p.13)

 

"....il-Malti jaf jiehu mieghu r-religjon tieghu wkoll (meta jsiefer)...." (1931 p.21)

 

 

FIDI - Gesu Kristu


 

"....l-Imghallem Divin li mill-glorja tieghu nizel fostna mhux ghal haga ohra hliefg biex jaghti lil kulhadd id-dawl tal-vera fidi." (1924 p.17)

 

 

FIDI, GRATITUDNI GHALL-


 

"Inqisu li minn qalbna ma jonqos qatt il-hajr 'l Alla ghad-don tal-Fidi li ghogbu jaghtina minghajr ebda mertu taghna u nzommu hajja fina x-xewqa li kull min ghadu mhux imzejjen bih, ifittex jiehu sehem maghna." (1933 p.18)

 

 

FIDI - KMANDAMENTI -SAGRAMENTI - TALB - KREDU


 

"Biex nghixu ghall-qalb t'Alla ghandna veritajiet li Huwa wriena nosservaw l-ghaxar Kmandamenti bil-ghajnuna tal-grazzja tieghu li tinghata bis-Sagramenti u bit-Talb. Il-veritajiet li Alla wriena huma principalment dawk li jinsabu migburin fil-Kredu jew Simbolu ta' l-Appostli u jissejhu veritajiet ta' fidi ghaliex ghandna nemmnuhom b'fidi shiha, bhala mghallmin lilna minn Alla li la jitqarraq u lanqas jista' jqarraq". (1923 p.39)

 

 

FIDI - LIBERTA'


 

"....Il-Fidi ddahhal maghha....l-liberta'." (1928 p.22)

 

 

FIDI - MALTA


 

(Malta) "....ghandha aktar tiftahar ghall-fidi fir-religjon, li gharfet dejjem izzomm qawwija u shiha ghal ghoxrin seklu." (1922, Dahla)

 

"Il-bniedem ghandu mnissel fih mill-istess natura s-sentiment tar-religjon....dan is-sentiment fil-poplu Malti kien qawwi bil-bosta u ghadu jidher sal-lum...." (1923 p.2)

 

"ir-religjon kienet dik li dejjem zejnet u kabbret dan il-poplu (Malti) li fiha kien specjali." (1923 p.2)

 

Meta mbaghad San Pawl fetah fommu biex jaghtihom id-dawl tal-fidi, allura dak il-poplu laqa' b'ferh kbir id-duttrina nisranija li qabdet tant tajjeb fuq il-gzira li sa zminijietna hija baqghet....dejjem soda kif tibqa' wkoll ghal li gej bil-ghajnuna ta' l-Appostlu S. Pawl." (1923 p.2)

 

"U l-ghaliex il-poplu Malti ghandu stampat fih hekk tajjeb dan l-ispirtu ta' religjon, huwa....jgibu mieghu kull fejn imur." (1923 p.2)

 

"Nitolbu ‘l Alla jzomm dejjem mixghul f'mohhna dan id-dawl tar-Relighon imqaddsa taghna fost tant tahbil li fih ninsabu." (1923 p.3)

 

"Jekk inqabblu l-pagna ta' din l-istorja (ta' Malta), (insibu li) ....mhux ghal haga ohra xerrdu demmhom (missirijietna) hlief biex izommu r-religjon nisranija dejjem trijonfata fuq kollox." (1923 p.34)

 

"Ahna ghandna tezor kbir fil-Fidi Mqaddsa moghtija lilna mill-hanin Alla minn fomm l-Appostlu Missierna San Pawl." (1924 p.20)

 

"....kemm kienet hanina maghna l-Maltin il-Providenza meta baghtitilna l-ewwel Missjunarju (San Pawl) biex jikkonvertina mid-dlam tal-paganezmu u jdawwalna bit-twemmin nisrani...." (1929 p.33)

 

"....fil-Providenza ta' Alla, Malta qabel haddiehor kellha taqla' d-don l-aktar ghaziz tal-Fidi fi Kristu, ghall-hidma ta' San Pawl Missierna." (1921 p.14)

 

 

FIDI - PARLAMENT - KONSAGRAZZJONI - QALB TA' GESU' - MALTA


 

 

"Din il-Konsagrazzjoni (tal-Parlament Malti, 10 ta' Frar 1922) tkun mela ta unur ghal pajjizna u turi dejjem lill-eghdewwa tar-religjon taghna li hija (Malta) ghadha zzomm dejjem dak li kienet irciviet minghand l-Appostlu tal-gnus kollha. (San Pawl)." (1923 p.33)

 

"Tkompli tkun ukoll din il-konsagrazzjoni (tal-Parlament Malti, 10 ta' Frar 1922) ta' konferma ta' l-istorja taghna kollha fejn ahna nsibu li missirijietna dejjem jithabtu biex izommu r-religjon nisranija bhala l-unika religjon ta’ l-art taghhom." (1923 p.34)

 

 

FIDUCJA F'ALLA


 

il-kliem divin ("Jekk il-Mulej ma jibnix id-dar ghalxejn jithabtu l-bennejja") li jqabbad fiducja totali gewwa fina, minghajr l-ebda riserva fl-ghajnuna ta' Alla, anzi ahjar li jaghtina fidi qawwija...." (1933 pp.5-6)

 

"...il-grajja evangelika tal-habba ta' l-armla hi bizzejjed biex tqawwilna ruhna....nixhtu 'l fuq il-harsa taghna u nqieghdu t-tama taghna kollha fih li hu l-Missier l-aktar mahbub, il-ghaliex meta huwa Alla li qieghed jibni ma jahdmux ghalxejn dawk li qeghdin itellghu l-hitan." (1933 p.1)

 

"...huwa Alla li medd idejh ghall-opra (ta' twaqqif tal-MSSP) u tissoda fina t-tama taghna fl-ghajnuna ta' Alla li tant tiswa, skond ma jghallimna l-kliem tal-Profeta Rjali...."Jekk mhux Alla li jibni d-dar, ghalxejn jahdmu dawk li qeghdin jibnuha." (1933 p.13)

 

 

FRATELLI KATEKISTI


 

"L-Istitut Malti tal-Missjoni maghruf taht l-isem ta' Kumpanija ta' San Pawl idahhal bhala Fratelli Katekisti dawk il-guvintur li jridu jaghtu ruhhom biex ighinu lis-Sacerdoti Missjunarji fid-djar ta' l-istess Istitut (MSSP). Ghandu jkollhom sahha tajba, u ta' zmien mhux inqas minn sittax u l-anqas aktar minn tletin sena. Iridu jkunu moghtijin ghas-servizz ta' Alla u jkollhom intenzjoni retta. Ghandhom ikunu ta’ kondotta tajba u jkollhom il-bidu ta' xi sengha." (1927 p.12)

 

"Il-fratelli Kateksiti tal-Kumpanija ta' San Pawl jigu maghzulin fost dawk iz-zghazagh li jridu jaghtu ruhhom biex ighinu lis-Sacerdoti Missjunarji ta' l-istess Istitut (MSSP). Ghandu jkollhom sahha tajba, ghandhom ikunu ta' zmien mhux inqas minn sittax u lanqas aktar minn tletin sena. Iridu jkunu mhejjijin biex iservu 'l Alla u jkollhom intenzjoni retta. Ghandhom ikunu ta' kondotta tajba u jkollhom il-bidu ta' xi sengha." (1928 p.30, 1929 p.2,1930 p.11, 1931 p.31, 1932 p.12)

 

 

FUNDAZZJONI - (MSSP) - GHAJNUNA MILL-ARCISQOF


 

"....IL-HIDMA TAGHNA FIT-TWAQQIF (TAL-MSSP, imcaqalqa u mmexxija mill-Providenza Divina, sabet dejjem fl-Eccza Tieghek Revma, dik l-ghajnuna ta' Missier li tant tiswa u li ahna biss nistghu nistmaw fil-kobor kollu taghha." (1933 p.12)

 

 

FUNDAZZJONI  MSSP - PROVIDENZA


 

"....il-hidma taghna fit-twaqqif (tal-MSSP) imcaqalqa u mmexxija mill-Providenza Divina, sabet dejjem fl-Eccza. Tieghek Revma. dik l-ghajnuna ta’ Missier li tant tiswa u li ahna biss nistghu nistmaw fil-kobor kollu taghha."(1933 p.12)

Mur ghall-Kapitlu li jmiss           

Mur lura ghall-Sayings, Writings and Homilies         

 

 
   

 
Website designed & maintained by MSSP| Disclaimer | Copyright | Privacy Policy | Sitemap |
© 2006 Missionary Society of Saint Paul, MSSP