Kwotazzjonijiet ta' Dun G. De Piro (Malti)
[ G - L ]
GENITURI - MHABBA - VOKAZZJONI - TFIXKIL
"....kif qatt nistghu nikkundannaw u ma naghdrux omm li
tibki l-ghaliex ma tafx taqtaghha li tinfired minn binha
l-mahbub? " (1922 p.22)
"....l-imhabba (zbaljata tal-genituri) tibqa dejjem arma
qawwija f'idejn id-dimonju." (19222 p.23)
GENITURI - VOKAZZJONI
"Dawk kollha li jkollhom x'jaqsmu ma' tfal imsejha
ghas-servizz ta' Alla u wisq aktar meta jkun hemm fin-nofs
xi vokazzjoni missjunarja, jafu liema huwa wiehed mill-akbar
tfixkil...l-imhabba tal-genituri lejn uliedhom." (1922 p.22)
"Lill-genituri mbaghad infakkruhom fil-hlas ghal mitt darba
mwieghed mill-istess Gesu' li qatt ma jwieghed ghal xejn."
(1922 p.23)
"....liema huwa dak il-missier jew dik l-omm li mietu jibku
s-sagrificcju li ghamlu ta' binhom ghall-imhabba ta' Gesu'
Kristu?" (1922 p.23)
"Il-genituri ...ghal uliedhom ghandhom jaghmlu dak kollu li
jrid Alla; ghalhekk ghandhom ihalluhom liberi li jimxu
mas-sejha ta' Alla...." (1924 p.5)
"....nitkellem ma' dawk il-genituri li jghaddu hajja kollha
kemm hi ta' fidi, mimlija bl-imhabba evangelika u li jqaddsu
l-granet tal-gimgha bix-xoghol u bil-prattika tal-virtujiet
nisranija, iqaddsu wkoll is-snin tat-tfulija ta' wliedhom u
hekk jigbdu fuqhom il-barka tas-sema u wkoll bosta drabi xi
sejha biex wiehed jimxi aktar fil-qrib wara l-Imghallem
Divin. Dawn il-genituri jikkunsidraw bhala unur kbir li
Alla...jaghzel mill-familja taghhom xi wiehed ghas-servizz
tieghu." (1925 p.12)
"Spiss ahna naraw li huma wkoll (il-genituri tar-religjuz
jew missjunarju) isiru religjuzi bl-imhabba tal-qalb u
minghajr ma jilbsu l-libsa jissiehbu fil-mitt darba aktar
imwieghed lilll-iben taghhom." (1925 p.12)
"....infakkru lill-missirijiet u lill-ommijiet li jahtu meta
jfixklu l-vokazzjoni ta' wliedhom u jichdu lil Alla haddiem
fil-qasam tieghu...." (1931 p.13)
"Lill-ommijiet nghidulhom idarru 'l uliedhom jaghmlu xi
sagrificcju ghall-missjonijiet." (1931 p.21)
"....ikunu qeghdin jizbaljaw dawk il-genituri li jidhrilhom
li huma ghandhom imexxu lil uliedhom minghajr ma jaghtu kas
ta' dak li l-Providenza qieghda tiddisponi minnhom; ghax
b'dan il-mod ikunu qeghdin jirruftaw l-unur li l-grazzja
tal-vokazzjoni ggib maghha." (1931 p.23)
'U jekk...bosta drabi naraw li anke fost il-kuntrarju
tal-familja l-vokazzjoni tibqa' miexja, titqawwa u ssehh,
x'ikun qatt jekk kulhadd ighin, u joqghod attent biex ma
jintilfux vokazzjonijiet?" (1931 p.23)
"Xi jkun qatt kieku kulhadd, partikularment l-ommijiet,
jitolbu 'l Alla biex joghgbu jixhet id-don tal-vokazzjoni
fuq il-pajjiz, fuq il-familja tieghu?" (1931 p.23)
"....x'parti kbira tista' tiehu Malta fl-ezerctu ta' Kristu
partikularment fuq il-kamp tal-Missjoni; kollox jiddependi
mit-talb taghna u specjalment mit-talb ta' l-ommijiet."
(1931 p.23)
"Lill-ommijiet nghidulhom jitolbu ghall-vokazzjonijiet."
(1931 p.43)
"....il-vokazzjoni hija haga kollha kemm hi ta' Alla biss,
izda Alla jmur jinqeda bl-opra tal-kreaturi biex ikompli
l-hsibijiet imqaddsa tieghu. U fost kulhadd jistghu jkomplu
din l-opra l-genituri u dawk li ghandhom il-hsieb tat-tfal.
Infatti, mhux darba u tnejn li niltaqghu ma' religjuxi u
qassisin li, nizzu hajr ta’spiss lil Alla, ghogbu jaghtihom
omm hekk tajba li forsi kienet l-ewwel wahda li zerghat jew
li saqqiet u kabbret iz-zerriegha tal-vokazzjoni fil-qalb
taghhom." (1932 p.38)
"Bl-istess manjiera l-genituri u ohrajn li ghandhom il-hsieb
tat-tfal iqeghdulhom quddiem ghajnejhom id-diversi
professjonijiet tal-hajja, huwa xieraq ukoll li jitkellmu
maghhom fuq dak li jmiss il-vokazzjoni, jigifieri li sservi
r-Re tar-rejjiet u tahdem ghas-salvazzjoni ta' l-ohrajn u
tkabbar dejjem is-Saltna ta' Kristu." (1932 p.38)
GENITURI - VOKAZZJONI - TALB
"Xi jkun qatt kieku kulhadd, partikularment l-ommijiet,
jitolbu 'l Alla biex joghgbu jixhet id-don tal-vokazzjoni
fuq il-pajjiz, fuq il-familja tieghu?" (1931 p.23)
"....x'parti kbira tista' tiehu Malta fl-ezerctu ta' Kristu
partikularment fuq il-Kamp tal-Missjoni; Kollox jiddependi
mit-talb taghna u specjalment mit-talb ta' l-ommijiet."
(1931 p.23)
"Lill-ommijiet nghidulhom jitolbu ghall-vokazzjonijiet. "
(1931 p.43)
GENNA
"Tezor taghna hi art twelidna....izda tezor....aktar gholi u
sabih ta' bidu bla tmiem u miftuh ghal kull wiehed fostna,
hi l-patrija tal-Genna." (1924 p.2))
GENNA -INFERN
"F'din id-dinja kollox ighaddi, kollox jispicca u ma jibqax
haga ohra hlief l-infern b'kastig tal-hziena u s-sema,
premju ghal dawk li jkunu habbew lil Gesu' Kristu f'din
il-hajja." (1922 p.32)
"Sakemm ghandna l-vera Fidi, ahna ninsabu fit-triq
tal-genna: mitlufa l-Fidi, tintilef ir-ruh." (1924 p.20)
GESU' - AWTORITA'
"....Gesu' ma kienx kuntent li jghallimna biss bil-kliem,
izda ried ukoll ighallimna bl-ezempju li jkollna rispett
lejn l-awtorita'. Arawh infatti jitwieled gewwa stalla biex
jobdi ghall-kmand fieragh ta' l-imperatur; imut imdendel fuq
salib minghajr ma johodha kontra s-sentenza hekk qarrieqa."
(1923 pp.29-30)
GESU, QALB TA'
"....il-Qalb ghaziza tal-mahbub taghna Sidna Gesu'
Kristu...." (1932 p.30)
GESU KRISTU, ALLA - BNIEDEM
"... (.Gesu' Kristu) ....Alla Bniedem...." (1933 p.10)
GESU' KRISTU, APPREZZAMENT MINN
"....Dak l-gharus (Gesu' Kristu) li jaccetta kull weghda."
(1933 p.38)
GESU' KRISTU, DAWL
"....il-veru dawl li huwa Gesu' Kristu...."
(1922 p.11)
GESU' KRISTU - FIDI
....l-Imghallem Divin li mill-glorja tieghu nizel fostna
mhux ghal haga ohra hlief biex jaghti lil kulhadd id-dawl
tal-vera fidi." (1924 p.17)
GESU' KRISTU - KNISJA
"il-Fundatur Divin tal-Knisja...."
(1933 p.13)
GESU' KRISTU - MHABBA
"....Gesu li xerred id-demm prezzjuzissimu tieghu u
sahansitra halla hajtu fuq is-salib ghall-imhabba ta'
l-ulied tieghu." (1924 p.9)
GESU' KRISTU - MHABBA (BNEDMIN, LEJN IL-)
"Il-Bambin Gesu' jberikna lkoll u jaghtina l-qawwa biex
nistghu ngharrfu lil haddiehor dik l-imhabba li ahna nafu li
huwa ghandu ghal kull bniedem." (1929 p.1)
GESU' KRISTU; MHABBA LEJN
"....l-imhabba lejn Gesu' Kristu....taghti lill-erwieh
tas-sorijiet dak id-distakk minn nieshom u minn pajjizhom u
timliehom b'dik il-hegga biex ifittxu jaslu u jaghtu ruhhom
ghat-taghlim nisrani ta' dawk it-tfal, biz-zelu kollu li taf
taghti l-grazzja ta' Alla biss." (1928 p.26)
GESU' KRISTU - MUDELL - BENEFATTURI - MISSJONI
"Thobb il-Missjonijiet u tithabat ghalihom juri li ghandek
f'qalbek il-Karita' tal-Feddej Divin, li jhalli d-disgha u
disghin naghga fidila biex imur ifittex dik li tbieghdet
mill-merhla tal-Knisja." (1928 p.22)
GESU' KRISTU, GHARUS DIVIN
"....l-gharus divin - Gesu.: (1931 p.20)
GESU' KRISTU - SALVAZZJONI
"Iva, hemm bzonn li Gesu' jkun is-Sultan u r-Re tad-dinja
kollha u li r-renju tieghu jinfirex fuq il-popli kollha."
(1927 p.16)
"....ix-xewqa qawwija li Gesu' ghandu ghas-salvazzjoni ta'
l-erwieh...." (1920 p.35)
"Minn harsa lejn il-Kurcifiss nitghallmu x'tiswa ruh ta'
bniedem." (1933 pp.8-9)
"....Gesu Kristu....ghandu ghatx tant kbir ghall-erwieh...."
(1933 p.20)
GESU' KRISTU MISSJUNARJU
"....Sidna Gesu Kristu, il-Missjunarju Divin iffonda
l-Knisja....u baghat kullimkien l-ewwel tnax-il Missjunarju,
l-Appostli mqaddsa, u qalilhom, 'morru ghallmu n-nies
kollha....'" (1926 p.20)
"....Gesu' Kristu....Feddej taghna....l-Ewwel Missjujnarju."
(1927 p.4)
"....Gesu' Kristu stess kien l-Ewwel fost il-Missjunarji."
(1927 p.8)
GESU KRISTU SULTAN
"Gesu' ....huwa l-veru Re bhala Alla u bhala bniedem;
il-ghaliex bhala Alla Huwa haga wahda mal-Missier tas-sema,
bhala bniedem Huwa ghandu l-qawwa kollha moghtija lilu
mill-Missier Etern.: (1927 p.16)
Hija (il-festa ta’ Kristu Re) caqalqet id-dinja
min-nghas ikrah li fih kienet mixhuta; fethet quddiemha
l-vera triq li tiehu ghall-paci." (1927 p.16)
"....(Gesu' Kristu)....ir-Re tar-rejiet...." (1932 p.38)
GUSTIZZJA - ZVILUPP - POPLI
"Huwa (Gesu') ippronunzja dawn il-kelmiet li huma ta' gid
kbir ghall-popli u ghan-nazzjonijiet....'aghtu lil Cesare
dak li hu ta' Cesare u lil Alla dak li hu t'Alla' (Math XII,
21)" (1923 p.29)
GLORJA (ALLA) - SALVAZZJONI (OHRAJN) - MAHFRA (DNUBIET)
"Ma jistax ikun li Alla ma jahfirx id-dejn taghna mieghu
meta ahna nhabirku biex inkabbru l-glorja tieghu u nsalvaw
l-erwieh ta' l-ohrajn." (1922 p.27)
GRATITUDNI GHALL-FIDI
"Inqisu li minn qalbna ma jonqos qatt il-hajr 'l Alla
ghad-don tal-Fidi li ghogbu jaghtina minghajr ebda mertu
taghna u nzommu hajja fina x-xewqa li kull min ghadu mhux
imzejjen bih, ifittex jiehu sehem maghna." (1933 p.18)
GWERRA - KONSEGWENZI
"Id-dinja kollha wara l-gwerra (1914 - 1917) baqghet imhawda
ghal kollox. Dizordni l-aktar kbira kienet il-konsegwenza
ta' dan il-flagell terribbli; il-popli kollha nxteghlu
kontra xulxin u jfittxu dejjem li jeqirdu wiehed lill-iehor.
Is-socjeta' tinsab imhassra u mpestata b'tant duttrini foloz
u qarrieqa li jfittxu li jnehhu kwalunkwe sentiment tajjeb
ta' Religjon, iwieghdu l-paci u l-paci ma tasal qatt." (1927
p.16)
HAJJA NISRANIJA
"Biex nghixu ghall-qalb t'Alla ghandna nemmnu l-veritajiet
li Huwa wriena, nosservaw l-ghaxar Kmandamenti bil-ghajnuna
tal-grazzja tieghu li tinghata bis-Sagramenti u bit-Talb.
Il-veritajiet li Alla wriena huma principalment dawk li
jinsabu migburin fil-Kredu jew simbolu ta' l-Appostli u
jissejhu veritajiet ta’ fidi ghaliex ghandna
nemmnuhom b'fidi shiha, bhala mghallmin lilna minn Alla li
la jitqarraq u lanqas jista' jqarraq." (1923 p.39)
"Inhares dejjem u f'kollox il-kelma t'Alla Sidi u tal-Knisja
Mqaddsa tieghu u hekk nisthoqq il-kuruna tal-hajja." (1924
p.21)
"Imma taf fejn hu kollox? li taghti widen ghall-Kelma t'Alla
li tiswa daqs id-dinja kollha bil-hwejjeg kollha taghha."
(1933 p.38)
HAJJA RELIGJUZA - TFIXKIL - VOKAZZJONI
"Xi whud....ghalkemm b'intenzjoni tajba, huma jpingu
b'kuluri l-aktar skuri d-diffikultajiet u t-tfixkil li
wiehed jista' jiltaqa' mieghu fil-hajja religjuza." (1932
p.38)
"Ohrajn....jerfghu fuq spallejhom responsabbilta' hekk
tal-biza li jbieghdu xi erwieh minn dik it-triq li ghaliha
l-Imghallem Divin ikun qieghed isejhilhom." (1932 p.38)
HLAS - KARITA' - ALLA
"Alla wieghed li jhallas b'dak l-istess kejl li jkun moghti
lill-ohrajn...." (1922 p.29)
"....drabi ohra (Alla) wieghed ukoll li mhux biss ihallas
bl-istess qies izda bil-bosta u bosta aktar...." (1922 p.29)
"....iweghidna wkoll (Alla) drabi ohra li kulmin jaghti xi
haga ghall-imhabba tieghu, jigi mhallas il-mitt darba f'din
l-art u wkoll il-glorja tas-sema." (1922 p.29)
"Kif naraw mill-kliem ta' Gesu', il-premju ta' dawk li
jhallu xi haga ghalih huwa kbir bil-bosta." (1922 p.31)
"Xi nghidu mbaghad ghall-premju l-iehor fis-sema (mwieghed
ghal min ihalli kollox u jimxi wara Gesu' Kristu? Minghajr
dubju dan hu l-akbar premju li l-bniedem jista' jircievi."
(1922 p.32)
HNIENA, OPRI TAL-
"Id-duttrina mqaddsa tghallimna li hemm l-opri tal-hniena u
dawn huma erbatax. It-taghlim li jinsab fihom hu sabih
bil-bosta u Gesu' Kristu fil-jum tal-haqq ghad irid
jiggudikana fuqu." (1923 p.13)
INFERN - GENNA
'F'din id-dinja kollox jghaddi, kollox jispicca u ma jibqax
haga ohra hlief l-infern b'kastig tal-hziena u s-sema,
premju ghal dawk li jkunu habbew lil Gesu' Kristu f'din
il-hajja." (19222 p.32)
"Sakemm ghandna l-vera Fidi, ahna ninsabu fit-triq
tal-genna; mitlufa l-Fidi, tintilef ir-ruh.". (1924 p.20)
INTENZJONI RETTA - QAWWA
"Meta haga nkunu qeghdin naghmluha ghal Alla biss, ma
ghandniex ghax nibzghu mit-tfixkil." (1929 p.27)
INTERCESSURI
"Barra minn Alla, ahna nsejhu wkoll lill-Madonna, lill-Angli
u l-qaddisin ghaliex huma bil-bosta eghziez ghal Alla u
jhobbu wkoll lilna u jistghu jghinuna fit-talb taghna
bl-intercessjoni qawwija taghhom. L-angli u l-qaddisin huma
intercessuri bil-bosta qawwija quddiem Alla, il-ghaliex huma
servi fidili tieghu, anzi huma l-hbieb l-aktar mahbubin
tieghu; il-Madonna hija l-aktar qawwija ghaliex hija l-omm
t'Alla u mimlija bil-grazzja, din hija r-raguni li ghaliha
ahna nsejhulha spiss, tant aktar li Gesu' stess hallihielna
bhala Omm." (1928 p.34)
ISQOF
"....(l-isqof) bhala rapprezentant tal-Vigarju ta' Kristu,
bhala Kristu fostna...." (1933 p.10)
KARITA' - -ALLA - HLAS
"Alla wieghed li jhallas b'dak l-istess kejl li jkun moghti
lill-ohrajn...." (1922 p.29)
"....drabi ohra (Alla) wieghed ukoll li mhux biss ihallas
bl-istess qies izda bil-bosta u bosta aktar...." (1922 p.29)
"....iweghidna wkoll (Alla) drabi ohra li kulmin jaghti xi
haga ghall-imhabba tieghu, jigi mhallas il-mitt darba f'din
l-art u wkoll il-glorja tas-sema." (1922 p.29)
"Kif naraw mill-kliem ta' Gesu', il-premju ta' dawk li
jhallu xi haga ghalih huwa kbir bil-bosta." (1922 p.31)
"Xi nghidu mbaghad ghall-premju l-iehor fis-sema (mwieghed
ghal min ihalli kollox u jimxi wara Gesu' Kristu? Minghajr
dubju dan hu l-akbar premju li l-bniedem jista' jircievi."
(1922 p.32)
KARITA', ATT EROJKU TAL-
"....l-att erojku ta' karita' jikkonsisti filli wiehed
joffri lil Alla (ghall-erwieh tal-purgatorju dawk l-opri
kollha tajba li jinghamlu f'din il-hajja u s-suffragi li
wiehed jircievi wara mewtu." (1922 p.29)
"Dan l-att (erojku ta' karita') mhux biss ta' vantagg
ghall-erwieh tal-purgatorju, imma wkoll ghal dawk li
jaghmluh." (1922 p.29)
KARITA' (ELEMOSINA) - MISSJONI
"Wahda mill-isbah karitajiet certament hi dik li biha jigu
meghjunin il-missjonijiet imqaddsa. Ghalhekk issa naghmlu
uzu tajjeb mill-parir li jaghtina l-Ispirtu s-Santu
('Il-Karita' tghatti kotra tad-dnubiet') u nfittxu li
naghmlu dejjem u kemm nistghu biex nghinu dawn l-opri sbieh
tal-missjoni." (1922 p.8)
"Jekk sabiha hija l-opra ta' dawn is-segwaci ta' Gesu'
Kristu (il-missjunarji) xejn anqas ma hija taghkom, anzi
biex nghid hekk l-opra tajba taghkom tghaddi b'xi mod l-opra
tal-Missjunarju ghaliex jekk il-Missjunarju ma jkollux
l-ghajnuna taghkom, kif jista' jaghmel il-gid fl-erwieh?"
(1923 p.14)
"L-elemosina hija haga necessarja ghall-Knisja mqaddsa - u
verament jekk ma tghinux il-Missjunarju, il-Knisja ma tibqax
izjed kattolika, jigifieri ma tkunx tista' tigi mxerrda fuq
l-art kollha." (1924 p.10)
"Fit-talb u l-beneficenzi taghkom ftakru f'dan l-Istitut
tal-Missjoni. (MSSP)" (1926 p.10)
"....l-opra tal-Propagazzjoni tal-Fidi....l-istess id
tal-Papa miftuha quddiem il-Fidili kollha biex tigbor
is-sold ta' kulhadd u mbaghad tqassam bil-hsieb u bil-qalb
ta' missier fuq il-ghalqa bla tmiem tal-Missjonijiet skond
il-bzonn ta' kull wahda minnhom." (1926 p.23)
"Ghinu l-Missjoni l-lum u thallux ghall-ghada." (1928 p.8)
"....din l-ghajnuna (materjali) li naghtu lill-Missjonijiet,
tigbed bhalma jghid il-Papa (Piju XI), bosta grazzji godda
fuq pajjizna stess; ghalhekk ma nkunux qeghdin innaqsu minn
taghna izda nzidu ghax bosta huma t-toroq tal-Providenza li
tahseb f'kulhadd, thallas lil kulhadd skond eghmilu."
(1928 p.10)
"Fl-atti tal-generozita' tieghek tinsiex il-Kamp
tal-Missjoni." (1928 p.11)
"Ghamilt int hafna gid fil-hajja tieghek? Tista’ tkompli
taghmel wara l-mewt tieghek ukoll meta tiffonda borza ta'
l-istudju, tkun qieghed tkompli taghmel il-gid fil-persuna
tal-Missjunarji li l-karita' tieghek tkun tat lill-Knisja."
(1928 p.12)
"Ghamilt int ftit gid f'hajtek? Tista' tpatti
billi tiffonda borza ta' l-istudju, ghat-taghlim u
t-trobbija ta' l-Aspiranti Missjunarji. Il-Missjunarji li
jigu ffurmati bil-ghajnuna tal-generozita' tieghek jahdmu
ghalik ukoll..." (1928 p.12)
"Kulhadd ghandu jghin, kulhadd ghandu jaghmel xi haga
(ghall-Missjoni); min hu msejjah....biex jaghti xi haga
mill-gid tieghu....." (1928 p.14)
"L-ghajnuna lill-missjunarji, ghal kemm nistghu,
naghtuhielhom illum qabel ghada." (1928 p.17)
"Min ighin il-Missjunarju jkollu l-hlas tal-Missjunarju."
(1928 p.22)
"Iservi dan (li familja Buddista gappuniza hallset il-vjagg
ta' l-ewwel Isqof Gappuniz ghal Ruma u lura) lill-familji
ta' nsara li jistghu, u li qeghdin ighinu l-opra
tal-propaganda tal-Fidi, biex aktar jitheggu f'dan l-eghmil
taghhom tajjeb. Iservi mbaghad aktar u aktar lil dawk
il-familji li ghadhom lura f'din il-bicca (li jghinu
l-Missjoni) biex huma jiftakru li ghandhom id-dmir jaqbzu
ghas-salvazzjoni ta' l-erwieh ta' huthom il-pagani." (1928
p.24)
"Min jaghti ghall-Missjoni, ikun qieghed jislef 'l Alla!"
(1928 p.25)
"Ghin il-Vokazzjonijiet Missjunarji!" (1929 p.9, 1930 p.13,
1931 p.31, 1932 p.29)
"....hija haga ta' bzonn li wiehed ighin
il-Missjunarju....kulmin ghandu gewwa l-vini tieghu demm
nisrani, il-bzonn li jghin il-proxxmu tieghu....huwa bzonn
tal-qalb li tfittex li timxi wara dik ta’
l-Imghallem Divin Gesu' Kristu." (1930 p.6)
"Tinsewx l-opra tas-Santa Infanzia." (1930 p.21)
"Inkitbu u gieghlu lil min jinkiteb fl-Opra
tal-Propagazzjoni tal-Fidi." (1930 p.24, 1931 p.15)
"Kieku kulhadd....(jaghti mill-ftit li jista') skond
l-affarijiet tieghu, kemm jista' jigbed barka fuqu u kemm
jista' jaghmel gid ma' hutu l-pagani!" (1930 p.30)
"....aktar u aktar, bla ma nehdew, nghinu l-Missjunarji u
l-opra tal-Missjoni." (1930 p.32)
"Ftakru fl-opra ta' San Pietru ghall-kleru indigenu." (1930
p.33)
"Trid taghti darbtejn f'darba? Ghin malajr!" (1930 p.34)
"Haga hekk tal-ghageb (il-Vokazzjoni Missjunarja) nammirawha
u nghinuha....billi nghinu xi borza ta' l-istudju biex biha
jkun jista' dejjem jithejja zaghzugh ghal Missjunarju."
(1931 p.13)
"Fil-kontijiet tal-gimgha, tax-xahar jew tas-sena ara hsibtx
ghall-missjoni. Alla jbierek l-ghajnuna li taghtina." (1931
p.27)
"Ghin l-ezerctu ta' Kristu llum u toqghodx tistenna
l-ghada." (1931 p.32)
"Kemm u kemm vokazzjonijiet ohra nkunu nistghu nghinu jekk
ma’ taghna tinghaqad l-ghajnuna taghkom ukoll." (1932 p.5)
'''malli thossu l-lehen misterjuz qieghed jistedinkom ghal
xi opra tajba, la thallux tahrab dik l-okkazjoni u fittxu
mmeritaw quddiem Alla billi tghinu l-opra tal-Boroz ta'
l-istudju." (1932 p.17)
"Ghin il-boroz ta' l-istudju." (1932 p.30)
"Meta nghinu l-Missjoni permezz tal-Boroz ta' l-Istudju,
inkunu qeghdin nghinuha f'hajjitna, f'mewtna u wara mewtna
wkoll." (1932 p.34)
"Ighin darbtejn min ighin malajr!" (1932 p.38)
"Fil-Jum Missjunarju l-insara mxerrdin mad-dinja kollha
jahsbu jghinu, kulhadd skond ma jista', l-opra mqaddsa
tat-tixrid tal-Fidi." (1933 p.7)
"Fil-jum Missjunarju nahsbu wkoll kemm u kemm missjunarji
ghandhom bzonn l-ghajnuna taghna biex jistghu jkomplu l-opra
ghaziza taghhom." (1933 p.23)
"Fil-Jum Missjunarju nahsbu li kulma naghtu 'l Alla jkollna
tieghu l-mitt darba aktar, u li kull min jaghti
ghall-Missjonijiet, ikun jaghti 'l Alla." (1933 p.26)
"Fil-Jum Missjunarju hu d-dmir ta' kulhadd li jghin l-Opri
Pontificji tal-Propaganda u tas-Santa Infanzia." (1933 p.28)
"Opra ohra ta' min ighinha hi l-Opra ta' San Pietru Appostlu
biex isiru qassisin mill-istess pajjizi tal-Missjoni."
(1933 p.20)
KARITA' (ELEMOSINA) - MISSJONI - PREMJU
"Il-Papa (PIJU XI) jaghmilha ta' tallab ghall-gid ta' hutna
l-infidili. Hadd ghalhekk ma ghandu jisthi jitlob ghal gid
hekk kbir ta’ hutu l-bnedmin, ghal opra hekk kbira ta'
karita u ta' civilta'. Wara kollox, meta nkunu nistiednu lil
haddiehor biex jaghmel opra tajba inkunu qeghdin naghmlu
l-gid mieghu wkoll ghax inkunu ngeghluh jimmerita quddiem
Alla, li jaghti l-mija fil-wiehed." (1930 p.4)
"Hidma ta' din l-ghamla (ghajnuna ghall-Missjoni) tigbdilna
fuq ruhna gid liema bhala f'hajjitna, f'mewtna, u wara
mewtna wkoll. Kemm hu tabilhaqq li mac-cahda jimxi l-gid
fil-vokazzjoni Missjunarja!" (1931 p.13)
"Kemm jahdmu n-nies tad-dinja biex jakkwistaw xi haga li,
wara ftit, il-mewt tehdilhom kollox? Mela, kemm u kemm aktar
ghandna nahdmu biex insalvaw l-erwieh li l-hlas tieghu hu
r-renju tas-sema?
(1933 p.28)
KARITA' (ELEMOSINA) - RIPARAZZJONI
"Jekk ahna rridu nhallsu ghal dan id-dejn (ma' Alla) f'din
l-art, nisimghu x'ighid l-Ispirtu s-Santu u nfittxu
mill-aktar fis li nsewwu ghall-hsara li ghamilna. Il-kelmiet
ta' l-Ispirtu s-Santu: "Il-Karita' tghatti l-kotra
tad-dnubiet', jigifieri li jekk ahna naghmlu karita'
innaqqsu mid-dejn taghna ma' Alla." (1922 p.27)
KELMA TA' ALLA
"Imma taf fejn hu kollox? Li taghti widen ghall-kelma
t'Alla, li tiswa daqs id-dinja kollha bil-hwejjeg kollha
taghha."
(1933 p.38)
KMANDAMENTI - SAGRAMENTI - TALB - KREDU - FIDI
"Biex nghixu ghall-qalb t'Alla ghandna nemmnu l-veritajiet
li Huwa wriena, nosservaw l-ghaxar Kmandamenti bil-ghajnuna
tal-grazzja tieghu li tinghata bis-Sagramenti u bit-Talb.
Il-Veritajiet li Alla wriena huma principalment dawk li
jinsabu migburin fil-Kredu jew Simbolu ta' l-Appostli u
jissejhu veritajiet ta' fidi ghaliex ghandna nemmnuhom
b'fidi shiha, bhala mghallmin lilna minn Alla li la
jitqarraq u lanqas jista' jqarraq." (1923 p.39)
KNISJA - GHAQDA
"Dak li hu tal-ghageb fil-Knisja mwaqqfa minn Gesu' Kristu
hija minghajr dubju l-ghaqda kbira li tinsab fiha." (1923
p.7)
"Jekk ahna nixhtu l-harsa taghna fuq id-dinja
kollha....nilmhu l-insara kollha li jinghaqdu flimkien
mas-sacerdoti taghhom fil-qima u fl-imhabba; ahna nilmhu
wkoll is-Sacerdoti ta' kull djocesi li jaghmlu haga wahda
ma' l-isqfijiet taghhom; naraw fl-ahhar l-isqfijiet kollha
li b'qima kbira jkomplu dak kollu li jghid l-isqof ta' Ruma,
il-Papa."
KNISJA - GESU' KRISTU
"....il-Fundatur Divin tal-Knisja...."
(1933 p.13)
KNISJA - SAN GUZEPP
"(San Guzepp)....ihares il-knisja mill-eghdewwa u ghalhekk
l-isforzi kollha li jsiru biex jeqirduha jisfghu fix-xejn, u
jekk xi darba jkollhom xi effett, dan jigri sabiex il-Knisja
jkollha gid akbar." (1922 p.11)
KNISJA PRIMITTIVA - MSSP (ISTITUT)
"Sa mill-bidu tal-Knisja l-insara kienu jingabru flimkien
biex b'fehma wahda u b'qalb wahda joffru 'l Alla
s-sagrificcju mqaddes, it-talb....;, il-hajr....,il-fohrija
taghhom. U waqt dawn il-gabriet kienu jsiru l-kolletti ghal
dak kollu li hu mehtieg ghall-artal u minn dak li kien
jifdal, kienu jippartecipaw il-foqra. Wara tant u tant snin,
ghadha ssir l-istess haga. Ghalhekk malli ftahna dan
l-Istitut tal-Missjoni (MSSP)....kulhadd, donnhom miftehmin,
kien jurina x-xewqa tieghu li jghin l-opra l-gdida...."
(1933 p.25)
KONSAGRAZZJONI - PARLAMENT - QALB TA' GESU' - SAN PAWL -
MALTA
"Hija haga tassew ta' min jibqa jiftakarha, fost il-grajja
ta' Malta, il-konsagrazzjoni lill-Qalb ta' Gesu', li
l-Parlament Malti ghamel fil-festa tan-Nawfragju ta' San
Pawl f'Malta, 10 ta' Frar tas-sena li ghaddiet (1922). Dan
il-jum kien verament adattat ghal din ic-cerimonja solenni,
li kienet turi lid-dinja kollha l-fidi li dak il-kbir
Appostlu tant permezz tan-Nawfragju li huwa ghamel fuq din
l-art taghna (Malta), ghadha tezisti; mhux biss imma wkoll
kellha tkun imwettqa u bil-bosta aktar issodata fl-art
taghna." (1923 p.33)
"Din il-Konsagrazzjoni (tal-Parlament Malti, 10 ta' Frar
1922) tkun mela ta' unur ghal pajjizna u turi dejjem
lill-eghdewwa tar-religjon taghna li hija (Malta) ghadha
zzomm dejjem dak li irciviet minghand l-Appostlu tal-gnus
kollha (San Pawl) (1923 p.33)
KONSAGRAZZJONI - QALB TA' GESU' - MALTA - FIDI - PARLAMENT
"Din il-Konsagrazzjoni (tal-Parlament Malti, 10 ta' Frar
1922) tkun mela ta' unur ghal pajjizna u turi dejjem
lill-eghdewwa tar-religjon taghna li hija (Malta) ghadha
zzomm dejjem dak li kienet irciviet minghand l-Appostlu
tal-gnus kollha. (San Pawl)" (1923 p.33)
"Tkompli tkun ukoll din il-konsagrazzjoni (tal-Parlament
Malti, 10 ta' Frar 1922) ta' konferma ta' l-istorja taghna
kollha fejn ahna nsibu li missirijietna dejjem jithabtu biex
izommu r-religjon nisranija bhala l-unika religjon ta' l-art
taghhom." (1923 p.34)
KONSEGWENZI - GWERRA
"Id-dinja kollha wara l-gwerra (1914 - 1917) baqghet imhawda
ghal kollox. Dizordni l-aktar kbira kienet il-konsegwenza
ta' dan il-flagell terribbli; il-popli kollha nxteghlu
kontra xulxin u jfirttxu dejjem li jeqirdu wiehed
lill-iehor. Is-Socjeta' tinsab imhassra u mpestata b'tant
duttrini foloz u qarrieqa li jfittxu li jnehhu kwalinkwe
sentiment tajjeb ta' Religjon, iwieghdu l-paci u l-paci ma
tasal qatt." (1927 p.16)
KORRISPONDENZA - MISSJUNARJU
"Din l-ittra (ta' qassis Missjunarju Detroit, habib ta'
Mons. G. De Piro) kienet ghalina ta' kuragg biex inkomplu
nahdmu fil-qasam t'Alla ghall-gid ta' l-ohrajn." (1923 p.27)
"....xi ittra minghand il-Missjunarju....timla lil kulhadd
b'herqa aktar kbira biex wiehed jahdem aktar u aktar
ghat-tixrid tal-Fidi u ghall-firxa tas-Saltna tal-mahbub
Sidna Gesu' Kristu." (1929 p.20)
KREDU - FIDI - KMANDAMENTI - SAGRAMENTI - TALB
'Biex nghixu ghall-qalb t'Alla ghandna nemmnu l-veritajiet
li Huwa uriena, nosservaw l-ghaxar Kmandamenti bil-ghajnuna
tal-grazzja tieghu li tinghata bis-
Sagramenti u bit-Talb. Il-veritajiet li Alla wriena huma
principalemnt dawk li jinsabu migburin fil-Kredu jew Simbolu
ta' l-Appostli u jissejhu veritajiet ta' fidi ghaliex
ghandna nemmnuhom b'fidi shiha, bhala mghallmin lilna minn
Alla li la jitqarraq u lanqas jista' jqarraq." (1923 p.39)
KRISTU, MIXJA WARA
"Lil nies bhal dawn (li jibzghu) ....ma
nistghux....nghidulhom li l-hajja ta' dawk li jimxu wara
Gesu' hija hajja ta' kumdita' u ta' pjacir bhal dawk li taf
taghti d-dinja. Ghaliex Gesu' ma qalx hekk meta ltaqa' ma'
dak il- bniedem ta' bla kuragg, izda qallu 'Il-volpi
ghandhom l-eghrien taghhom....izda Bin il-Bniedem ma ghandux
fejn imidd rasu....'" (1922 p.8)
"Ghalhekk lil dawn (li jibzghu jimxu wara Gesu') nghidulhom
li jitolbu u l-kuragg ma jonqosx." (1922 p.8)
"....kuragg....din (li timxi wara Gesu') mhix haga li wiehed
ma jistax jaghmilha....lil dawn nghidulhom jitolbu u
l-kuragg ma jonqosx." (1922 p.8)
KRISTU,, MIXJA WARA - MHABBA (PROXXMU)
"....kulmin ghandu demm nisrani gewwa l-vini, il-bzonn li
jghin il-proxxmu tieghu....huwa bzonn tal-qalb li tfittex
timxi wara dik ta' l-Imghallem Divin Gesu' Kristu." (1930
p.6)
KRISTU RE (FESTA) - MISSJUNARJU
" (Il-festa ta' Kristu Re)....qawwiet il-qalb ta' tant u
tant missjunarji li jkomplu dejjem ikabbru r-renju ta'
Kristu." (1927 p.16)
LABORATORJU MISSJUNARJU
"Laboratorju Missjunarju....xi erwieh tajba, imcaqalqa
mill-grazzja t'Alla, jiltaqghu kultant flimkien u joffru
x-xoghol taghhom ghall-ghajnuna ta' xi ghalqa mill-Qasam
kbir tal-Missjoni." (1928 p.10)
"Dawn kollha (id-Dami tal-Laboratorju Missjunarju) matul
is-sena thabtu hafna u Alla mlielhom qalbhom bil-farag li
jifhmuh biss dawk li jhobbu u jahdmu ghall-proxxmu taghhom."
(1929 p.23)
LETTERATURA MISSJUNARJA
"Il-qari tal-grajja tal-missjoni li aktarx f'haddiehor
ikabbar il-kuragg u l-entuzjazmu, lilhom (lil nies
bezziegha) ghall-kuntrarju aktar jaqtaghlhom qalbhom...."
(1922 p.8)
"Aqra fuq il-Missjoni u aghti lill-ohrajn biex jaqraw."
(1928 p.29)
"F'kull librerija ta' kull skola jmissu jkun hemm xkaffa
ghall-Kotba tal-Missjoni." (1929 p.5)
"AQRA FUQ IL-MISSJONI." (1930 p.13)
"Haga hekk tal-ghageb (il-Vokazzjoni Missjunarja) nammirawha
u nghinuha billi nithaddtu fuq il-Missjonijiet, billi
nxerrdu l-istampa missjunarja...." (1931 p.13)
"Min ighallem lit-tfal jaqwralhom fatt missjunarju u
jgeghilhom jiktbuh." (1931 p.33)
"Kull min jigih f'idejh dan l-Almanakk ifittex li jghaddih u
jxerrdu fost l-ohrajn il-ghaliex din l-istampa hija wahda
mill-ahjar qaddejja biex ixxandar il-hsieb missjunarju, biex
tifforma l-menti u l-qalb taz-zghazagh biex trabbi u tigbor
il-vokazzjonijiet missjunarji u biex titlob l-ghajnuna
temporali wkoll." (1931 p.43)
LETTERATURA RELIGJUZA
"U ma narawx forsi li din il-verita' (li vokazzjoni hi barka
fuq il-familja kollha ) tidher bic-car mill-qari tal-hajja
tal-qaddisin?" (1925 p.12)
"Kemm jaghmel tajjeb il-qari tal-kotba mqaddsa!" (1933 p.37)
LIBERTA' - FIDI
"....il-Fidi ddahhal maghha...l-liberta'."
(1928 p.22)
|