Fr
Martin Cilia mssp
Nistghu nghidu li l-ispiritwalità
ta’ Guzeppi De Piro kienet spiritwalità
intimament ewkaristika.
L-ewkaristija kienet is-sors, l-ghan u
l-quccata tal-hajja sacerdotali tieghu. F’wahda mill-priedki tieghu huwa
jirrifletti:
“L-Ewkaristija hija l-misteru tal-fidi taghna; il-misteru ta’ l-imhabba,
il-misteru ta’ l-umiltà.
Kif fil-hajja tieghu fuq l-art, id-divinita
tieghu kienet mohbija fl-Ewkaristija anke l-umanita tieghu hija mohbija.
L-umanita kienet tahbi d-divinita tieghu bl-istess mod bhalma shaba tipprova
tahbi x-xemx pero x-xemx tinfed is-shaba bir-raggi taghha.
Ghal De Piro il-kuntatt ma’ l-Ewkaristija halla l-istess effett.
Fl-Ewkaristija huwa kien isib il-farag, il-ferh u l-qawwa biex jaghmel
ir-rieda t’Alla. “Fit-tqarbin l-aktar li nitlob hu li nsir naf ir-rieda
tieghU u li naghmilha b’qalbi kollha.” Bhalma x-xemx thalli effett bla
ma l-persuna tinduna, ahna biss nistghu naraw l-effetti li l-Ewkaristija
halliet fuq De Piro - hajja moghtija lil-ohrajn u b’hegga kbira biex
l-imhabba ta’ Alla li kienet taqbad f’qalbu tasal ghand min ghadu qatt ma
sema’ bija.
Waqt li jitlob huwa jirrifletti li din is-shana ta’ imhabba li tohrog
mill-qalb ta’ Alla ma tistax ma tmisx lil min jersaq qrib u taghmlu haga
wahda ma' dan Alla li x-xewqa profonda tieghu hi li jurina din l-imhabba u
li jhallina nduquha. Ghalih l-Ewkaristija kienet l-estensjoni ta'
l-Inkarnazzjoni u ghal min jersaq lejha bil-fidi torbtu mal-qalb ta’ Alla
b’rabta hekk kbira li tbidlu f’dak li jkun se jircievi.
Fuq
dan hu jikteb:
"Fl-Ewkaristija Gesu’ jinghata intimament lil min jersaq lejh… il-qofol ta'
l-imhabba hi l-ghaqda intima bejn dak li jhobb u dak li jkun mahbub, u
l-ebda ghaqda ma hi iktar intima minn dik bejn il-Mulej u l-qalb ta’ dak li
jircevih... Bhal mal-hadid jinbidel u jissafa bil-qawwa tan-nar, hekk
il-qalb li tircievi l-Ewkaristija bil-Fidi tinbidel fil-Mulej Gesu’." |