Horizontal Drop Down Menus JOSEPH DE PIRO - Official Site of the Cause of Canonisation

Horizontal Drop Down Menus

 
 
 

Guzeppi De Piro u l-ewwel membru tas-Socjeta Fra Guzepp  Caruana.

 

  Fr Martin Cilia mssp

Bla dubju ta’ xejn nistghu nghidu li l-Fundatur taghna, Guzeppi De Piro, kien bniedem ta’ qalb kbira, bniedem li jaf jhobb b’imhabba ta’ missier u b’imhabba ta’ habib, bniedem li ghalih l-ewwel u qabel kollox kienet tigi s-Saltna u r-rieda ta’ Alla.  Fix-xhieda li ghandna ta’ nies li ghexu mieghu u ta’ persuni li kienu jafuh, johrog car hafna din it-tjubija naturali tieghu u l-ispirtu gentili li kellu ma kull min kien jersaq lejh.  Izda din l-intimita’ u l-paternita jidru b’mod specjali fil-korrispondenza li ghandna bejn il-fundatur u l-ewwel membru Fra. Guzepp Caruana.

 

Fra Guzepp stess jikteb: "Il-Mulej wera hniena kbira mieghi meta bla ma jisthoqqi tani l-grazzja li tibghatni l-missjoni.  Grazzja li kont illi nitlobilu ghal 17-il sena shah.  L-ewwel nghid grazzi lil Mulej u wara lilek Padre li bghattni hawn u qtajtli din ix-xewqa.  Certament tista’ tifhem kemm hassejtha il-firda minnek wara sbatax-il sena flimkien.  Hassejt hafna meta tlaqt minn l-istitut u meta tlajt fuq il-vapur.  Alla biss jaf x’hassejt Padre!! U meta tlaqtek mort mill-ewwel fil-kabina u kantajt Te Deum b’ringrazzjament ghal din il-grazzja li tani."

 

Fl-ittri li ghandna nistghu nikxfu ftit il-profondita tar-relazzjoni li kienet tezisti bejn l-qaddej ta’ Alla u Guzepp Caruana, li jistqarr: "inhossni tant obbligat lejk fl-attenzjoni kollha li dejjem taghtini u kull darba li nsib ruhi insemmi ismek Padre, insemmik b’rispett u b’tfihir."  F’De Piro, Guzeppi Caruana sab habib li baqa’ jsegwih f’dak kollu li kellu bzonn u fl-ispirtu li kellu nistghu niskopru l-formazzjoni spiritwali li hu kien ha minn ghand l-istess il-fundatur li ghalkemm mil-boghod baqa’ jiehu hsiebu u jghix il-konvinzjoni tieghu li "missjunarju mhux la kemm tibghatu u daqshekk, izda trid tibqa’ tiehu hsiebu". "Padre" jghidlu Fra Guzepp,’ inti bqajt l-unika wiehed li tahseb fija... il-Mulej Gesu’ jhallsek hu ghal dak li inti taghmel maghna."  Tant kien jiehu hsiebu, jahseb fih u jiktiblu li minn dak li ghadna f’idejna nistghu naraw li dejjem ha hsieb il-mixja spiritwali tieghu tant li jiktiblu lura u jghidlu: "dwar l-irtir tahseb xejn ghax naghmlu ma ndumx.  Padre nista’ nkun naf x’tista tagmel izjed ghalija?  Anke minn daqshekk boghod tahseb ghal hajja spiritwali tieghi.’"

 

Din ir-rabta ta’ fedelta’ anke lejn is-Socjetà ta’ San Pawl li taghha Fra Guzepp kien l-ewwel membru u l-ewwel missjunarju, tidher mill-interss genwin li kellu li s-Socjeta’ tikber u tkompli tissahhah fil-karizma missjunarja. F’wahda mill-ewwel ittri tieghu jistqarr mal-Fundatur f’semplicita’ ta’ tifel zghir: "Inhossni tant ferhan nisma’ minn ghandek li s-Socjetà taghna ghandha aktar vokazzjonijiet.  Nawguralek li jkunu membri qaddisa.  Jiena kuljum nitlob lil Alla jaghtina l-qawwa immexxu d-dghajsa zghira taghna."

 

Din ir-rabta mal-fundatur u mas-Socjetà kellha wkoll l-gheruq taghha fi spiritwalita’ profonda, l-ghajn vera li minnha jixrob il-missjunarju biex jkun jista’ jwassal il-Vangelu u jkun dixxiplu veru tal-Mulej Gesu’ bil-kliem u iktar bl-ghemil tieghu.  Din ix-xewqa li jinghata ghal kollox lil Alla u jkun ta’ gid ghas-Socjeta’ ta’ San Pawl, twasslu biex jikteb u jistqarr ma' l-istess fundatur: "fl-ahhar padre nitolbok biex titlob lill-Mulej jghaqqadni mieghu bl-imhabba u bhal ma kont l-ewwel membru tas-Socjeta’ u l-ewwel wiehed li mort il-missjoni, nkun jiena wkoll l-ewwel membru li nxerred demmi sa l-ahhar qatra biex tikber iz-zerriegha li inti zrajt.’'

 

Back to Articles

Back to Studies

 

 
     
 
Website designed & maintained by MSSP| Disclaimer | Copyright | Privacy Policy | Sitemap |
© 2006 Missionary Society of Saint Paul, MSSP