Il-Lajci:
Ruh u gisem il-Knisja. ‘Intom ruh il-Knisja’ kienet l-ghajta tal-Papa
fil-Gublew il-Kbir, ‘intom l-idejn, ir-riglejn, il-mohh u l-qalb tal-gisem
haj ta’ Kristu fid-dinja tal-illum.’ Lajci li mimlijin b’esperjenza hajja u
awtentika tal-Vangelu jiskopru l-karizmi unici taghhom u joffru lilhom
infushom ghall-qadi tal-komunità
nisranija imxerrda mad-dinja kollha.
‘Hi
l-imhabba tal-Mulej li timla l-qalb, hi l-imhabba tal-Mulej li ssuqna’, din
kienet il-konvinzjoni profonda ta’ Guzeppi De Piro, sacerdot li ghalkemm
frott il-kultura u l-mentalita’ ta' zmienu holom fil-boghod, holom fi Knisja
li ghax hajja, trid tinxtered mad-dinja kollha. Holom li anke il-lajci
jkollom sehem minn dik l-imhabba li tmexxina. Imhabba li kapaci turina toroq
li qatt ma nkunu hlomna u li tmexxina f’merghat li ghalkemm mistura huma
zguri ghax frott ta’ weghda li tinbet minn intimita mal-Mulej li huwa haj u
prezenti fil-Knisja tieghu.
De Piro
fehem li frott l-imhabba jinbet l-altruizmu. Ghal De Piro il-lajci ma kienux
biss dawk li jistghu jghinu finanzjarjament il-hidma missjunarja tal-Knisja
izda hu emmen li hemm bzonn ta' spirtu: spirtu li jaghti l-hajja, spirtu li
jsir ir-ruh ta’ hidmet il-knisja, spirtu li jonfoh fi qlub dawk kollha li
huma ghatxana biex iduqu il-benna tal-Mulej. Ghalih kull vokazzjoni kienet
issib il-bidu u l-gherq taghha f’sejha li Alla jaghmel lil min f’qalbu
tghallem jisma’ l-Kelma ta’ dak li b’kelmtu ghamel l-art u s-smewwiet tant
li De Piro jistqarr li ‘lil kull mahluq Alla jsejjahlu ghal xi haga.’
Ghal Guzeppi
De Piro l-esperjenza ta’ Alla ma kienetx maghluqa ghal ftit maghzula biex
ikunu sacerdoti fis-Socjetà
missjunarja tieghu, izda bhall-ilma li jaqta’ l-ghatx, Alla kien, ghadu u
jibqa relevanti ghall-bniedem fil-komplessita kollha tieghu. Iktar ma wiehed
jidhol fil-qalb u l-hsieb ta’ Guzeppi De Piro iktar jiskopri kemm kienet
tfisser ghalih l-hajja nisranija u s-sens profond li kellu tant li jghid “li
wiehed jghix l-hajja ta’ Kristu mhux xi ideal ghall-mistici biss izda
hija l-veru s-sens tal-hajja nisranija.’ Huwa kien konvint li hemm mixja ta’
hajja nisranija li trid issir. Jistqarr fil-kitba tieghu li “Bhalma
novizzjat huwa importanti ghal hajja religjuza u seminarju tajjeb huwa
indispensabli ghall-formazzjoni tas-sacerdoti hekk wkoll huwa importanti
l-katekezi biex tifforma nsara ferventi.”
|