Guzeppi De Piro u Marija

 

  Fr Martin Cilia mssp

“Sbieh l-jum…l-ghodwa ta’ filghodu, dawk il-kuluri li jimlew id-dinja b’ferh, tama u hajja gdida.  Il-fjur jiftah, l-ghasafar jghannu, jiehdu sahha l-menti u l-qalb timtela’ bil-ferh b’tama li l-wedghiet u x-xewqat taghna ser ikunu realizzati.  Anke l-marid jixxennaq ghal ghodwa, ghal sbih il-jum.  Fi sbieh il-jum kollox grazzja, kollox imhabba, kollox imgedded.  It-tbexbix  javvanza u x-xemx titla’… bhal Marija stilla ta’ filghodu li thabbar jum gdid u ggib maghha lil Gesu, x-xemx tal-grazzja.”

 

Kliem poetiku li juri realita profonda u jdahhalna fil-qalb mimlija mhabba li kellu l-fundatur taghna ghal Marija. F’Marija De Piro kien jara l-mudell ghal min jixtieq ikun dixxiplu tal-Mulej Gesu’, ghal min jixtieq jaghmel programm ta’ hajtu “dak li jghidilna Hu”.   B’din l-imagini ta’ Marija, l-Fundatur idawwalna fis-sejha missjunarja taghna li ahna wkoll insiru jum gdid bit-tahbira ta' l-Ahbar it-Tajba tal-Vangelu li jinfed id-dlam ta' l-umanita’.  Ahbar li kapaci timla’ bit-tama u radd il-hajr lil kull minn jircevieha bil-fidi.

 

De Piro jara f’Marija tabernaklu haj li tircievi l-Kelma u li ssir mudell ghal kull min irid jimxi wara l-Imghallem fis-smieh tal-Kelma tieghu, haga li De Piro iqis bhal l-aqwa haga, bazi ta' l-ispiritwalita’.  L-Iva ta’ Marija u l-fidi taghha isiru mhux biss mudell izda wkoll ghajnuna fil-mixja tal-hajja taghna biex nikbru fl-imhabba.

 

Il-fidi issir musbieh li jdawwal l-istorja tal-bniedem fil-mumenti kollha. F’wahda mill-isbah riflessjonijiet li jaghmel Guzeppi De Piro jikkontempla kif Marija quddiem l-istorja umana ta’ Gesu’ titqawwa bil-fidi u fid-dghjufija u l-fragilita umana temmen fil-qawwa u fl-id mohbija ta’ Alla.

 

Il-gratitudni u r-radd ta hajr quddiem il-pjan ta’ Alla jsiru ghanja gdida fil-jum gdid ta' l-umanita, joholqu l-kuluri godda tal-Qawmien u jdawwlu d-dinja bil-frott tal-guf taghha Gesu’.  Dan ghal min jemmen isir il-mudell tal-hajja tal-Fidi li b’xiedha ta’ hajja thabbar lid-dinja l-imhabba li tinbed f’kull min jhalli lil Alla jaghmlu tahbira tal-prezenza tieghu u li jsir “bhal Marija stilla ta’ filghodu li thabbar jum gdid u ggib maghha lil Gesu, x-xemx tal-grazzja.”

 

Back to Articles

Back to Studies

 

 
     
 
Website designed & maintained by MSSP| Disclaimer | Copyright | Privacy Policy | Sitemap |
© 2006 Missionary Society of Saint Paul, MSSP