Guzeppi De Piro u s-Sacerdozju

 

Fr Martin Cilia mssp
 

“J’Alla tghix hajtek b’mod li jistghu jghidu ghalik: Ara is-sacerdot skond il-qalb ta’ Alla.”  Kliem li jdahhalna fil-programm tal-hajja tal-Fundatur taghna Guzeppi De Piro u jurina xaqq ta’ dawl fuq l-imhabba kbira li kellu l-fundatur ghas-sacerdozzju.

 

Minn meta kien qieghed jaghmel l-ghazla ta’ hajtu hassu zghir wisq quddiem sejha daqshekk kbira u jikteb: “meta Alla ghazilni ghalih sabni fost il-midinbin.”  Ghal Guzeppi De Piro  “fejn is-sacerdot jizra’ z-zerriegha tal-Vangelu, hemm jiddi d-dawl tal-hajja vera” u kien dan id-dawl li xtaq iwassal bis-sacerdozzju tieghu u billi jghin il-vokazzoni ta dawk li jhossu din l-istess sejha.

 

Kien jaf minn l-esperjenza tieghu li min jimxi wara Kristu b’radikalita u b’sagrificcju jkollu l-grazzja ta’ relazzjoni intima ma' l-Imghallem Gesu tant li jghid: “Alla jinghata kompletament lil dawk li jhallu kollox biex jhobbuh.”

 

Din l-Imhabba intima u assomiljanza ma' Kristu jsiru ghal De Piro il-pedament tal-hajja missjunarja u tax-xewqa li s-sacerdot jkun moghti ghal kulhadd hekk li jista jhaddan id-dinja kollha jistqarr u jirrifletti:  ”is-sacerdot appostlu ta’ Kristu ma jillimitax l-missjoni tieghu ghal pajjiz wiehed, ghal belt wahda.  Infatti ghalih id-distanzi ma jaghmlux differenza, jitlaq lil artu, jsellem lil hbiebu, l-familja, l-genituri u jitlaq il-boghod bil-qawwa tal-Kelma, l-arma tieghu wahdanija.”

 

Din ix-xewqa tikber u tithawwel fl-art ghammila ta' l-imhabba ta’ Alla li meta tkun fil-qalb tas-sacerdot tkabbar b’mod awtomatiku x-xewqa li n-nar ta' l-imhabba t’Alla jaqbad fl-ohrajn wkoll: “Dawk li ghandhom demm Kristjan fil-vini taghhom b’mod naturali jhossu go fihom ix-xewqa li jghinu u jhobbu lil ohrajn, l-istess xewqa li taqbad fil-qalb ta' l-Imghallem taghhom.”

 

Din il-konvinzjoni, l-imhabba lejn is-sacerdozju u x-xewqa li huwa jghix bhala Kristu iehor l-vokazzjoni tieghu, twasslu biex jistqarr: “Fl-ahhar ta’ hajjitna tkun ta’ konsolazzjoni kbira jekk inkunu nistghu nghidu: 'jiena hdimt mhux biss biex insalva ruhi izda hdimt kemm stajt biex ohrajn jsiru jafu u jhobbu lil Gesu Sidna.' ”

 

Back to Articles

Back to Studies

 

 
     
 
Website designed & maintained by MSSP| Disclaimer | Copyright | Privacy Policy | Sitemap |
© 2006 Missionary Society of Saint Paul, MSSP