JOSEPH DE PIRO - Official Site of the Cause of Canonisation



JOSEPH DE PIRO - Official Site of the Cause of Canonisation

 
 
 

Guzeppi De Piro u San Pawl

 

Fr Martin Cilia mssp
 

Il-Fundatur taghna, Guzeppi De Piro ghazel bhala l-festa principlali ghas-Socjeta Missjunarja taghna lil San Pawl fil-konverzjoni tieghu.  

 

Wiehed zgur ma jistax jitkellem fuq spiritwalita’ missjunarja kif jifhem Guzeppi De Piro, minghajr referenza ghall-ispiritwalita’ Pawlina.  F’San Pawl, De Piro ra mhux biss ra l-appostlu li gabilna l-fidi izda wkoll il-mudell ta’ dawk li jimxu wara l-Mulej fil-hajja missjunarja.  F’qalbu dejjem kien hemm x-xewqa li ahna naghtu lil ohrajn dak li San Pawl ta’ lilna. F’San Pawl De Piro ra l-bniedem li ghalih Kristu sar hajtu u mhabbtu, tant li ghal aktar minn darba jikkwota l-kliem ta’ San Gwann Grizostmu “l-qalb ta’ Pawlu hija l-qalb ta’ Kristu” u jitlob lil Alla li l-membri tas-socjeta tieghu jkollhom qalbhom tixbah lil dik ta' l-Appostlu Missierna.

 

De Piro jirrifletti fuq l-esperjenza ta’ Pawlu fit-triq ta’ Damasku u fuq iz-zewg mistoqsijiet li ghamel Pawlu li saru ghalih programm ta’ hajtu kollha: Min int Mulej?, X’trid minni?  Ghan-nisrani dawn il-mistoqsijiet isiru fundamentali, li taghraf il-wisa, l-fond u l-gholi ta' l-imhabba ta’ Kristu u r-rieda tieghu fil-hajja taghna li isir ikel ghal kull min jemmen.  Dawn huma l-bazi u l-ghan ta’ kull mixja ta’ fidi.  Ejjew naghmlu taghna t-talba li ghamel Guzeppi De Piro zmien ilu:

 

“Ejjew nitolbu lill-Appostlu Missierna li jaghtina aktar vokazzjonijiet u jnissel fil-qalb taghna xewqa li nbatu ghal    Kristu, hegga li nkunu t'ghajnuna ghall-ohrajn u li nhobbu lill-Imghallem Divin bl-istess qalb li bih habbu  hu”

 

Back to Articles

Back to Studies

 

 
     
 
Website designed & maintained by MSSP| Disclaimer | Copyright | Privacy Policy | Sitemap |
© 2006 Missionary Society of Saint Paul, MSSP