Fr
Martin Cilia mssp
“Min
qatt
jista’
jifridna
mill-imhabba
ta’
Gesu
Kristu.”
F’dan
il-kliem
ta’
San
Pawl jingabar l-ghana ta'
l-ispiritwalita tal-fundatur taghna li kwazi f’ritornell kontinwu
fil-priedki tieghu jhabbar u jxandar din l-verita. Fuq
l-ispiritwalita’ ta’ zmienu De Piro jifforma l-ispiritwalita tal-qalb
b’devozzjoni lejn il-Qalb ta’ Gesu: “dik il-qalb li tant habbet lil
umanita.”
Ghalih il-qalb isir is-simbolu
ta' l-imhabba u tal-hajja. Ghal iktar min darba jirrifleti: “Il-qalb …
l-aktar importanti fil-gisem, izzomm il-hajja u s-sahha u meta filghaxija
jghajjew l-idejn, jinghalqu l-ghajnejn u
l-mohh jistrieh, il-qalb tkompli
thabbat u tara li l-hajja tkompli … u din il-qalb tal-Mulej bid-dawl,
l-imhabba
u t-tezori taghha tigi u
tghammar maghna fi qlubna."
Jistqarr li r-rabta m'Alla ghan-nisrani ma ghandiex tkun imnissla mil-biza
izda tikber fl-imhabba u tbiddel lil kull min tmiss u taghmel minnu
missjunarju li jhabbar din l-ahbar lill-ohrajn. “Ahna”, jghid
f’wahda mill-priedki tieghu,
“m’ahniex marbutin bi ktajjen tal-hadid, b’obbligu morali jew bil-biza
tal-infern, ahna marbutin bir-rabta helwa ta' l-imhabba ta’ Kristu Sidna.”
Il-kontemplazzjoni fuq l-imhabba
ta’ Alla twasslu biex jghid: “Ghal dejjem irid nghanni l-imhabba u
l-hniena
ta’ Alla.”
Anke ir-rabta ta' l-imhabba ma' l-ahwa tal-komunita u ma' l-ahwa
fil-missjoni ssir f’din il-qalb
divina ta’ Alla, fil-kliem
tieghu stess jghidilna:
“Il-qalb taghna marbuta mal-qalb tal-Mulej Gesu’ tkompli
thabbat ghalikom anke jekk
tkunu l-boghod minnha”.
B’hekk f’De Piro id-devozzjoni
lejn il-qalb tas-salvatur taghna tohloq fih mixja biex il-qalb tieghu issir
dejjem
iktar tixbah lil din il-qalb
divina mimlija mhabba t’Alla, ghax kif jghid huwa stess:
“ id-devot tal-qalb ta’ Gesu
jrid jkun huwa wkoll ta’ qalb
helwa u umli.”
Ghalih din ix-xewqa ssir talba hierga mill-qalb, talba li ahna wkoll nistghu
naghmluha taghna biex mieghu u bhalu nhallu l-Qalb ta’ Kristu tmiss il-qalb
taghna:
“Mulej ghamel li qalbi tkun tixbah lil tieghek
hekk li jistghu jghidu ghalija s-sacerdot, Kristu iehor.
Qalbi fqira, izda inti tghanieha bid-doni tieghek tas-sema.
Qalbi dghajfa, izda inti tatieha l-hajja u l-imhabba tieghek.
Qalbi bla kwiet, izda inti sseraha bil-barka tieghek.
Qalbi fid-dlam, izda inti ddawwalni bid-dawl tieghek divin.” |