Horizontal Drop Down Menus

 
 
 

Guzeppi De Piro u t-Talb

 

Fr Martin Cilia mssp
 

“Bhalma l-ilma huwa indispensabbli ghall-pjanta biex tikber; hekk huwa t-talb ghal min jemmen, sakemm ahna nitolbu nistghu nissahhu fil-virtu u fil-grazzja ta’ Alla.”

 It-talb ghal De Piro kien hafna iktar minn dover, minn dmir, jew minn obligu.  Ghall-fundatur taghna, it-talb kien relazzjoni, nifs u esperjenza intima ma dak li jhobbu.  Huwa jinsisti mal-membri tieghu li "l-aktar haga importanti fil-hajja tat-talb hi li wiehed “jisma’ u jaghmel l-Kelma ta’ Alla” . Hu jibni l-hajja spiritwali tieghu kollha fuq dak li huwa jsejjeh “id-dmir li wiehed jkun qrib l-qalb ta’ Alla biex jisma l-Kelma tieghu.”

 Fi zmien li kien ghal kura tieghu f’Davos fl-Isvizzera, ftit wara li kien ordnat sacerdot, il-boghod minn kulhadd huwa jikteb fid-djarju tieghu li “t-talb sar l-aqwa habib tieghi”  u li talab u talab fuq li talab.

Nistghu nghidu u nikkonkludu li t-talb kien ghalih l-ankra li kienet issalvah fil-mumenti difficli meta kien ikun ser jaqta’ qalbu. Aktar ma wiehed jidhol fil-qalb tal-fundatur taghna, aktar wiehed jinduna bil-profondita’ tar-relazzjoni li huwa kellu ma' Alla, relazzjoni li fiha kien ihossu tant protett u mahbub.

Ghal De Piro li wiehed jitlob kienet tfisser abbandun totali ghall-Ispirtu ta’ Alla li jmexxieh kif u fejn jrid hu. Ix-xewqa tieghu li jkun vicin u jinbidel fi Kristu dejjem kienet prezenti u dejjem kompliet tikber. “It-talb”, huwa jghid “jnehhi d-distanza taghna minn Alla u jghaqqadna mieghu bir-rabta ta' l-imhabba.”  Il-parir tieghu ghalina hu li: “Inzommu l-qalb taghna dejjem bhalma t-tempju ta’ Alla ghandu jkun; u meta wiehed ma jkunx jista jitlob jew jimmedita, wiehed ghandu jidhol fih innifsu, fil-qalba ta’ ruhu u jitkellem ma dak li qieghed fil-qalba ta’ qalbu. 

Ruhu u xewqtu huma espressi f’din it-talba li huwa jaghmel f’wahda mil-priedki tieghu u li nistghu ahna wkoll naghmluha taghna:

 “Mulej ghamel li qalbi tkun tixbah lil tieghek … qalbi hi fqira, izda inti timlieha bil-ghana tas-sema. Qalbi dghajfa izda inti tqawwini b’imhabbtek.  Qalbi bla kwiet izda inti timlieni bil-barka tieghek. Qalbi fid-dlam izda inti dawwaltni bid-dawl tieghek divin.”

 

Back to Articles

Back to Studies

 

 
     
 
Website designed & maintained by MSSP| Disclaimer | Copyright | Privacy Policy | Sitemap |
© 2006 Missionary Society of Saint Paul, MSSP